Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-nurmu ta' persuni/kumpanniji li l-pulizija ressqet fil-Qorti ta' Malta u Għawdex matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-Pulizija ressqet 896 persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi li l-piena tagħhom taqbeż is-sitt xhur priġunerija.
Leg 10 PQ #27003 Sitting 548 2007-07-09 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Santa Venera — Sienja fi Triq Mons De Piro

Question

Billi hemm sienja sħiħa f'għalqa fi Triq Mons. De Piro, Santa Venera, jista' l-Ministru jara din tistax tiġi ppreservata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-Supratendenza għall-Patrimonju Kulturali se jispezjona l-post imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, sabiex ikun jista' jipprepara rapport dwar din il-proposta.

PBS — Żieda ta' impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi proposta fil-PBS biex jiżdiedu l-impjegati? Jista' jgħid jekk hemmx xi deċiżjoni li jiżdiedu l-impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar żieda t’impjegati. Bħal issa qed issir evalwazzjoni dwar id-dipartimenti ta’ l-isports, aħbarijiet u reklamar biex jiġi deċiż kif dawn għandhom jissaħħu biex jitjieb is-servizz lill-udjenzi u lil min jirriklama.

Żwiġijiet/Separazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellna żwiġijiet u kemm kellna separazzjonijiet fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' żwiġijiet fis-snin indikati fil-Mistoqsija hu kif ġej:- Sena Malta Għawdex 2000 2,164 173 2001 2,017 136 2002 2,077 172 2003 2,169 181 2004 2,176 193 2005 2,188 158 2006 2,285 184 Dwar in-numru ta' separazzjonijiet, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26336.

WSC — Kont b'indirizz żbaljat

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tieħu passi biex ma tibqax tibgħat il-kontijiet tad-dar fi Triq Sant'Elena, Sliema lil min jgħix fir-residenza ta' ħdejha li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #27021 Sitting 548 2007-07-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Mġarr — Ħwienet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sejjer isir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex u li kienu mikrija mill-Lands lil terzi? Tista' tgħid jekk dawn it-terzi humiex sejrin jinstabulhom ħwienet alternattivi jew jekk huma humiex se jingħataw xi forma ta' kumpens?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-kirjiet tal-Ħwienet propjeta tal-Gvern huma regolati mid-Dipartiment tal-Artijiet nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kamra tas-sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26895 u jgħid meta se ssir it-tiswija meħtieġa tal-binja magħrufa bħala "Il-Kamra tas-Sajjieda" fl-Għadira fil-Mellieħa għax se tkompli ssirilha ħsara kbira u b'periklu li taqa'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ tiswija meħtieġ fuq “Il-Kamra tas-Sajjieda” fl-Għadira fil-Mellieħa ser jibda dalwaqt mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.

Kumpaniji ta' konsulenza — Xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26907 u jgħid liema xogħol fil-Ministeru tal-Finanzi ġie kuntrattat lil kumpanniji ta' konsulenza u kumpanniji ta' l-awditjar u jekk inħarġux tenders għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kċina diċenti

Question

Tista' l-Ministru tara li l-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata b'kera biċċa mill-kuritur fuq in-naħa ta' wara tad-dar biex ikollha fejn tista' tagħmel kċina diċenti għax bħalissa jkollha tuża kamra li lanqas konnessjonijiet mad-drain ma jista' jkollha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 10 PQ #27025 Sitting 548 2007-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra figuri dwar il-ħaddiema kollha ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu, kemm f'Malta kif ukoll barra, kemm full-time, part-time, b'kuntratt u b'konsulenza u jgħid f'kull każ x'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill-Onor Interpellant huma kif gej: Impjegati barra minn Malta li huma mħallsin salarju bażiku mill-Payroll lokali - 2 (Diretturi Germanja u UK). Impjegati barra minn Malta li huma mħallsin mill-ufficini ta' barra fil-Ġermanja u UK - 14 (3 Managers, 4 Co-ordinators, 7 Executives) Impjegati lokali Full Time - 122. (5 Diretturi, 1 Konsultent, 14 Senior Managers & Heads, 10 Managers, 9 Assistant Managers, 38 Executives, 6 Divisional Secretaries, 25 Senior Clerks, 4 Clerks, 4 Messenger Drivers, 4 Housekeepers u 2 impressed drivers) Impjegati Lokali Full bil-Kuntratt definit - 12 ( 2 Diretturi, 1 Manager, 5 Executives, 2 Senior Clerks u 2 Clerks)
Leg 10 PQ #27026 Sitting 548 2007-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Salajri

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-livelli differenti ta' salarji, allowances u fringe benefitsoħra li jgawdu minnhom il-ħaddiema ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill-Onor Interpellant huma kif gej: Grad Salarju (Gross) Allowance Fringe Benefits Beneficcji Lm Fis-Sena Taxxabbli Taxxabbli Oħra Diretturi Lokali 11,387 2,500 Karozza u Fuel Mobile Phone (capped) Home Phone (capped) Senior Managers/ 10,350 3,537 Mobile Phone (capped) Heads i/c Departments Home Phone (capped) Senior Managers/ 10,350 1,300 Home Phone (capped) Heads Managers 8,945 950 Home Phone (capped) Assistant Managers 8,451.08 600 Senior Executives 7,390.72 400 + Extra Allowance 250 - Marketing + Extra Allowance 100 - Enforcement + Extra Allowance 100 - Product Planning Executive Secretaries 6,491.08 Senior Clerks i/c of Drivers / Mess. 5,751.40 400 Tourist Info Clerks & 5,751.40 Senior Clerks Clerks 5,751.40 Office Asst. 4,749 300 Junior Office Asst. 4,449 Il-ħaddiema kollha igawdu minn Health Scheme u Endowment Policy. Diretturi Stazzjonati fl-ufficini ta' barra minn Malta (Ġermanja /UK) Grad Salarju (Gross) Allowance (Lm Fis-Sena) Taxxabbli Lokali (Grad ta' Direttur) 11,387 23,829 Lokali (Grad ta' Senior Manager) 10,350 26,236 Allowance oħra applikabbli ma' L'emolumneti globali: Settling in Allowance - 40 gurnata / Jew klassi A jew B. B tiddependi mill-grad. Titjira lill-Ufficjal fil-bidu w fl'aħħar tas-servizz tiegħu barra minn Malta. Trasport ta' l-affarijiet personali għal / mill post ta' stazzjonar barra minn Malta. Insurance ta' saħħa u ħlas ta' 90% għal spejjes medici li ma humiex koperti bl' insurance. Hlas tat-telephone calls u kera tat-telephone. Allowance għal edukazzjoni tad-dipendenti (100%) Kiri ta' karozza inkluz ir-running expenses. (Applikabbli biss għad-Direttur tal-Germanja minħabba il-Grad Lokali.
Leg 10 PQ #27027 Sitting 548 2007-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Time-share touts

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena s'issa, mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2007, x'passi ttieħdu kontra time-share toutsli għadhom idejqu u jabbużaw mit-turisti f'diversi lokalitajiet? Jista' jgħid kemm kien hemm time-share touts involuti u f'liema lokalitajiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mill-ewwel ta' Jannar 2007 sat-tletin ta' Gunju 2007 ittieħdu 21 azzuoni legali kontra 18-il Ouside Promotional Contact. Il-pieni jammontaw għall Lm 6,500. L-infrazzjonijiet tal-ligi saru kif gej: Qawra 13 Bugibba 1 Sliema 5 San Giljan 1 Mellieha 1

Ħlas ta' ċens

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'se jkun it-titolu legali ta' dawk li qed jiġu nfurmati mill-Awtorita' tad-Djar li jistgħu jifdu ċ-ċens ta' l-art li fuqha kienu bnew id-dar tagħhom meta ngħataw HOS Plot fuq bażi ta' ftehim preliminari fl-1982?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-plots maħruġa mill-Awtorita' tad-Djar ingħataw b'titolu ta' ċens perpetwu u, jekk dan iċ-ċens jinfeda, l-art li fuqha nbnew ir-residenzi tkun libera u franka.

Sptar Mater Dei — Tender

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26731 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Konsulenti maniġerjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26674 u jikkonferma li bħalissa hemm grupp ta' konsulenti maniġerijali li qed jagħmlu xogħol ta' konsulenza dwar l-istruttura u s-sistemi maniġerijali tal-MITTS? Jekk iva, liema hi din id-ditta, kif saret is-sejħa għas-servizzi tagħha u liema kienu d-ditti jew kumpanniji oħra ta' konsulenza li ġew ikkonsultati? Kemm se jiswa dan l-eżerċizzju ta' konsulenza? Kemm mistenni jdum biex jitwettaq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

IT tenders

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26671 jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb fir-rigward ta' l-IT tenders kollha marbutin mal-arranġamenti dwar Schengen? Min kienu l-adjudication committee membersu l-core evaluation committee members f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Is-sistema ta’ IT magħrufa bħala SISoneforall ġiet mogħtija lill-pajjiżi kollha li qed jaspiraw li jidħlu fix-Schengen fit-tkabbir li jmiss mill-Gvern Portugiż. Is-sistema l-oħra li eventwalment ser tintuża għas-SIS II ingħatat mill-awtoritajiet Taljani li preżentement qed jgħinu lill-Pulizija Maltija fi proġett ta’ kooperazzjoni ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea. Sistema oħra magħrufa bħala National Stop List qed tiġi żviluppata internament mill-MITTS waqt li ċertu tibdil fis-sistema Personal Identification Secure Comparison and Evaluation System (PISCES) qed isir bħala għajnuna mill-awtoritajiet Amerikani. F'dawn iċ-ċirkostanzi ma kienx hemm bżonn li jinħareġ tender u għalhekk l-ebda adjudication committee ma ġie maħtur.

Ibraġġ — Għalqa

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsiijiet parlamentari 26387 u 26490 u 26688 cioe' : Għandi rapporti li fi Triq is-Siegħ, l-Ibraġġ hemm għalqa li tinfed għal Triq il-Miżieb li qed tintuża bħala rubbish dump u li minkejja li skond il-mapep tal-MEPA hija pproġettata li trid issir Triq il-Wejba, għandha bini fuq art li n-nies ingħataw x'tifhem li hi art tal-gvern. Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hiex se ssir din it-triq kif indikat fil-website tal-MEPA? U jekk iva, jista' jikkonferma wkoll jekk xi bini mbarrat li hemm fl-inħawi ħdejn Triq il-Miżieb li jinfed għal Triq is-Siegħ inbeniex bil-permessi meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Balzan — Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu nstallati traffic lights fil-junctionbejn Triq Birbal u Vjal il-Bon Pastur/Wesgħa Prof. Guze Aquilina, Hal Balzan peress li matul ir-rush hour hu diffiċli li wieħed jimmanuvra f'dawn it-toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku qed tinvestiga din il-talba ħalli naraw x’jista jsir.