Legislature:
Category:
Reset
Active:

UE — Investimenti fl-agro-industrija

Question

Jista’ il-Ministru jindika x’inhuma l-fondi reġjonali, Nazzjonali ta’ l-UE sabiex pajjiżna jattira u jwessa’ (jippromwovi) l-investimenti ġodda fl-Agro-Industrija?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onervoli Interpellant li attwalment Malta qed tibbenefika minn “Pre-Accession Funds” bl-ghan ewlieni li nsahhu l-istrutturi nazzjonali u nippreparawhom ghad-dhul fl-Unjoni Ewropeja. Fir-rigward ta’ l-Agro Industrija, Malta qed tibbenefika minn dawn il-Progetti: Fondi li gejjin Fondi li Mill-Unjoni jinhargu mill- Ewropeja Gvern Malti (Million Euros) (Million Euros) 1) Integrated Administration Control 1.00 - Systems (IACS) 2) Elaboration of a Code of Food Agriculture Practice (GOCAP) 0.142 - 3) Scoping Study: Institute of Agribusiness MCAST 0.096 - 4) Animal Health/Public Health 0.580 - (Veterinary Control) 5) Capacity Building at the Viticulture 0.500 0.250 Unit 6) Feasibility Study for the Construction of 0.025 - A Cold Storage Facility 7) Rural Development Project 1.350 0.01 8) Pilot Rural Development Support 1.450 0.230 Schemes 9) Capacity Building in Malta-Oenology Unit 0.450 0.200 10) Capacity Building in the Food and Veterinary 0.150 - Regulation Division in the area of milk Production Totali 5.743 0.690 B’dan it-tishih, pajjizna jkun qed ihajjar ukoll l-investimenti godda f’dan is-settur.

UE — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid min se jħallas it-TARIC dovuti lill-UE fuq l-importazzjoni tal-materja prima ta’ l-ikel u tal-prodotti ta’ l-ikel importati minn non EU wara sħubija skond il-kalkoli ta’ l-importazzjoni attwali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea hija ser issegwi l-iskeda tat-tariffi li għandha l-UE, ħlief ghal dak li ġie maqbul fin-negozjati li Malta kellha ma' l-Unjoni. Pero f’dan il-kuntest tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li l-UE għandha ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ l-fuq minn mitt pajjiż ieħor. Dan ifisser li bħala membru ta’ l-UE, Malta tkun tista’ timporta ukoll minn dawn il-pajjiżi mingħajr tariffi jew tariffi preferenzjali.

UE — Importazzjoni ta' zokkor u ċereali

Question

Ladarba l-Gvern Nazzjonalista aċċetta li jgħabbi lill-poplu bil-piż ta’ Lm6 miljun sabiex jissusidja l-prezz għoli taz-zokkor u ċereali mportati mill-UE fl-ewwel tmien xhur biss ta’ sħubija sħiħa ta’ Malta fl-UE, (kif dikjarati fl-SMPPMA), jista’ il-Ministru jgħid jekk dawn il-flus humiex ġejjin: a) mit-taxxi ġodd; b) minn tnaqqir tal-benefiċċji soċjali; c) jew minn sorsi oħrajn?

Response (DALLI, JOHN)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li fin-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea, l-Gvern ħaseb sabiex ikollu pjan strateġiku li jwassal għhall-vijabilita’ ta l-agrikoltura f’Malta permezz ta’ investiment u ta’ għajnuna speċjali lill-bdiewa u r-raħħala. Il-Gvern ħaseb ukoll sabiex jagħmel tajjeb ghal xi differenzi li jista’ ikun hemm fil-prezzijiet ta’ xi prodotti mportati wara s-sħubija. Tajjeb li wieħed jgħid li huwa ippjanat li parti minn dan is-sussidju ser ikun ġej mill-UE.

UE — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid minn meta l-prodotti ta’ l-ikel importati minn non EU countries se jibdew ikunu kkontrollati permess tas-87 kwota li l-UE se timponi fuq pajjiżna wara s-sħubija? Jista’ il-Ministru jagħtini breakdown tal-kwoti tal-prodotti in kwestjoni u minn liema pajjiżi?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant jaf li fil-Uruguay Round l-Unjoni Ewropea introduċiet sistema ta’ tarrif quotas fuq numru ta’ prodotti minflok is-sistema ta’ liċenzjar u kwoti kwantitattivi li kienu jeżistu qabel. B’rizultat ta’ dan, wara sħubija fl-UE Malta ukoll tkun tista’ timporta dawn il-prodotti b’tariffi mnaqqsa. Dettalji dwar il-kwoti li qed jagħmel referenza għalihom l-Onorevoli Interpellant jinsabu fit-TARIC li hija aċċessibbli mill-Website ta’ l-Unjoni Ewropea.

UE — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid minn meta l-prodotti ta’ l-ikel importati minn non EU countries se jibdew ikunu kkontrollati permezz tal-539 special saveguards li l-UE se timponi fuq pajjiżna wara s-sħubija? Jista’ il-Ministru jagħti breakdown tal-prodotti u l-pajjiżi li magħhom se jkollna nibdew nosservaw dawn is-salvagwardji speċjali mposti fuq l-importazzjoni ta’ l-ikel tal-poplu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mill-arranġamenti dwar il-kummerċ fil-qafas tal-World Trade Organisation (WTO) huwa possibbli li pajjiż jintroduci special safeguards fuq ċerti prodotti meta s-settur ikun qed jiffaċċja ċirkostanzi speċjali. Bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta se tkun tista’ tieħu din it-tip ta’ azzjoni kontra xi prodotti li jkunu ġejjin minn barra mill-UE. Dettalji dwar il-special safeguards li qed jagħmel referenza għalihom l-Onorevoli Interpellant jinsabu fil-WTO Integrated Database li hija aċċessibbli mill-Website ta’ l-WTO.

UE — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u d-dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq zokkor, qmuħ u ċereali mportati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rati ta’ dazju għas-sena 2004, għall-oġġetti mportati għal ġewwa l-Unjoni Ewropeja, għadhom ma’ ġewx stabbiliti. Dawn jiġu ppublikati normalment għal ħabta ta’ Novembru 2003.”