Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #232 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Karta għall-ġbir ta' pilloli

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini Maltin li għandhom drug users card?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 232, nixtieq nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega xi jrid ifisser bi 'drug users card'.

Tarzna — Proġett dwar super yachts

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-istatus reports li ġab il-gvern dwar interessi barranin li se jkunu nvoluti fil-proġett dwar super yachts fit-tarzna humiex kollha pożittivi? Il-Ministru huwa konxju li din il-kumpannija Amerikana kellha problemi ta' cash flow fix-xhur li għaddew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kumpanija amerikana li l-Onorevoli Interpellant jista' jkun qed jirreferi ghaliha, u li kellha xi problemi ta' cash flow m'hix dik li maghha l-Malta Drydocks se tkun involuta fil-progett dwar is-Super Yachts.

IMF — Rapport dwar Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni li jiġi ppubblikat ir-rapport ta' l-IMF dwar Malta fid-dawl taż-żjara riċenti tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa mistenni li r-rapport jiġi ppubblikat lejn l-aħħar tas-sajf wara li dan jiġi diskuss kif ġara fil-passat fi ħdan l-IMF

Żejtun — Triq tal-Barrani - traffic lights

Question

Jista' l-Ministru, permezz tar-Roads Department, ġentilment jgħid fiex waslet it-talba sabiex isiru traffic lights fi Triq tal-Barrani, Żejtun (fil-junction li tgħaqqad Triq tal-Barrani, Żejtun, ma' Triq Vjal il-25 ta' Novembru, Żejtun) minħabba li din il-parti ta' Triq tal-Barrani hi ferm perikoluża u ta' spiss isiru inċidenti, uħud minnhom fatali? Minħabba l-periklu kbir li hemm f'din il-parti ta' Triq tal-Barrani u fid-dawl tal-fatt li din it-talba ilha pendenti snin twal, jista' il-Ministru ġentilment jinformani meta bejn wieħed u ieħor se jsiru dawn il-lights?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet il-permessi meħtieġa biex dan il-junction isir wieħed ikkontrollat mit-traffic lights hekk kif inhu s-suġġerit mill-Onor. Interpellant u x-xogħol neċessarju mistenni li jsir aktar 'l quddiem.

Żejtun — Qasam ta' Ganza - tpartit ta' flat

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jikkonsidra l-każ ta’ żewġ familji li t-tnejn joqogħdu fi flats tal-gvern li talbu biex ipartu l-flat tagħhom bejniethom għax waħda miż-żewġ familji għandha tifel b'diżabilita` u l-flat tal-familja l-oħra hu aktar adattat għaliha? Id-dettalji taż-żewġ familji qed jintbagħtu separatament. Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn għadhom ma nghatwx permess li jagħmlu dan meta ilhom li applikaw kważi erba’ xhur u anke ntalbu jmorru jieħdu ġurament? Ladarba dawn huma kuntenti li jbiddlu l-flat bejniethom, għaliex għandhom idumu daqshekk biex jingħataw il-permess li jagħmlu dan, partikolarment meta l-familja li għandha l-persuna b’diżabilita` qed tistenna bil-ħniena li tbiddel il-flat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li t-talba li g[amel referenza g[aliha l-Onor. Interpellant qed ti;i nvestigata u mog[tija l-attenzjoni xierqa mid-Dipartiment kon/ernat.

Liġi dwar id-drittijiet ta' l-annimali — Avviżi legali

Question

B'referenza għal-Ligi dwar Drittijiet ta' l-Annimali li għaddiet mill-Parlament fil-Leġislatura l-oħra jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk ġewx ippubblikati l-legal notices li hemm referenza għalihom f'din il-liġi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Avviżi Legali li għandhom x’jaqsmu mal-Konvenzjoni tal-Council of Europe, diġa ġew ippreparati. L-Avviżi Legali l-oħra ser jiġu ppreparati hekk kif jiġi mwaqqaf il-Kunsill tal-Animal Welfare fi żmien qasir.
Leg 10 PQ #1 Sitting 4 2003-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivana maċ-Ċivil — Ingaġġ

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu l-eżami ta’ skrivan maċ-ċivil fl-aħħar sejħa? Kemm għaddew? Meta se jibda l-proċess ta’ ingaġġ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm 994 kandidat li għamlu l-eżami ta’ skrivan mas-Servizz Pubbliku fl-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fl-10 ta’ Settembru 2002. Minn dawn għaddew 545 kandidat. L-ingaġġ ta’ skrivani jsir skond l-ordni tal-mertu tar-riżultat u meta jkun il-bżonn skond il-ħtiġijiet tas-Servizz.
Leg 10 PQ #1 Sitting 4 2003-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivana maċ-Ċivil — Ingaġġ

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu l-eżami ta’ skrivan maċ-ċivil fl-aħħar sejħa? Kemm għaddew? Meta se jibda l-proċess ta’ ingaġġ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm 994 kandidat li għamlu l-eżami ta’ skrivan mas-Servizz Pubbliku fl-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fl-10 ta’ Settembru 2002. Minn dawn għaddew 545 kandidat. L-ingaġġ ta’ skrivani jsir skond l-ordni tal-mertu tar-riżultat u meta jkun il-bżonn skond il-ħtiġijiet tas-Servizz.

Gwardjani mal-CCF — Ingaġġ

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex ikunu ngaġġati gwardjani mal-CCF? Kemm applikaw u minn liema lokalita’ ġejjin l-applikanti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċess għall-ingaġġ ta` gwardjani mal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin se jibda u dalwaqt ser isiru l-interviews. Il-lokalitajiet li minnhom ġejjin il-295 applikant huma kif jidher hawn taħt:- Żurrieq 18 Għaxaq 7 Paola 17 St Venera 5 Siġġiewi 5 Kirkop 5 Żebbuġ 10 Mosta 3 San Ġiljan 2 Balzan 2 Attard 3 Gżira 3 Marsa 12 Għawdex 6 G`Mangia 1 San Ġwann 2 Żabbar 11 Fgura 7 St Lucia 6 Pieta` 2 Naxxar 1 Għargħur 2 Buġibba 1 Gudja 3 M`Xlokk 5 M`Scala 7 B`Kara 10 Qrendi 17 Żejtun 26 Senglea 6 Iklin 1 St Paul`s Bay 4 Mġarr 2 Sliema 4 Safi 7 B`Bugia 13 Qormi 10 Luqa 5 Tarxien 11 Msida 1 Floriana 1 Vittoriosa 1 Mtarfa 1 Mrieħel 1 Mellieħa 1 Rabat 2 Kalkara 3 Valletta 8 Mqabba 3 Ħamrun 8 Cospicua 3

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikanti mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li għandhom xi membru tal-familja b’diżabilita’? Minn liema lokalita’ ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment g[all-Akkomodazzjoni So/jali g[andu 184 applikazzjoni fejn xi membru tal-familja g[andu problemi ta' mobilita'. Il-lokalitajiet minn fejn ;ejjin dawn l-applikazzjonijiet huma kif jidher fit-Tabella li qed inpo;;i fuq il-Mejda tal-Kamra.

Applikazzjonijiet — Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali - Single Parents

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għal dawk li huma single parents? Minn liema lokalita’ ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena infurmat illi d-Dipartiment g[andu 735 applikazzjoni pendenti ming[and single parents. Dawn huma maqsumin hekk, 334 ming[and nisa single bi tfal 401 ming[and nisa separati bi tfal Il-lokalitajiet li qed japplikaw minnhom huma kif jidhru mit-Tabella li qed inpo;;i fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tarzna ta' Bormla — Ħaddiema Barranin

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin fit-Tarzna ta’ Bormla? Jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalita’ huma, xi grad għandhom u x’salarju għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa t-Tarzna ta` Bormla qegħda timpjega tliet ħaddiema barranin ta` Nazzjonalita Ngliza: ISEM GRAD SALARJU GROSS 1. Joseph P Moore Chief Executive LM118,727 2. David Kahlbom Production Executive LM 59,124 3. Chris Bell Commercial Executive LM 59,124 N.B. l. Is-salarji gross jinkorporaw l-Housing Allowance ta`: J.P. Moore LM15,000 p.a. C. Bell LM 5,850 p.a. D. Kahlbom LM 5,850 p.a. 2. Barra s-salarji, dawn l-Executives igawdu minn `fringe benefits` oħra li jikkonsistu f`biljetti tal-ajru, Term Assurance, Health Insurance, Relocation costa u karozza tal-kumpanija.

Malta Drydocks — Dipartimenti

Question

Jista’ il-Ministru jgħid f’kemm-il dipartiment hi maqsuma l-Malta Drydocks? Jista’ jgħid minn kemm il-ħaddiem (skond il-grad) hu magħmul kull dipartiment?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 6.

Bejgħ ta' alkoħol — Eta' minima

Question

Jogħġbu l-Ministru jixtarr l-utilita’ u l-bżonn urġenti li l-eta’ minima għall-konsum ta’ l –alkaħol tkun l-eta’ ta’ 18-il sena u mhux ta’ 16-il sena?

Response (BORG, TONIO)

Qed jiġu ikkunsidrati diversi proposti għal kontroll aħjar tal-konsum u l-abbuż ta` l-alkoħol; meta tittieħed deċiżjoni, isiru l-emendi neċessarji.
Leg 10 PQ #38 Sitting 4 2003-05-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Programmi ta' l -UE

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienu l-klijenti ta’ l-ETC li bbenefikaw minn programmi ta’ l-UE (bħal Leonardo) u ġew mibgħuta għal perjodi ta’ taħriġ barra minn Malta, speċjalment dawk li huma bla xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-klijenti ta' l-ETC li bbenefikaw mill-programm tal-Leonardo da Vinci jammontaw għal total ta' 51. Dawn kienu maqsuma fi tliet gruppi matul l-aħħar tlett snin. 30 minnhom intbagħtu fis-sena 2000 filwaqt li l-21 l-oħra ser jintbagħtu din is-sena. Fosthom, hemm grupp ta' 15 il-persuna li jirreġistraw ma' l-ETC bħala unemployed. i) 30 benefiċarju intbagħtu taħt il-kategorija ta' trainers fl-FAS International Consulting Ltd., fl-Irlanda. Dawn marru għal ġimgħatejn bejn Marzu 2001 u Diċembru 2002. Waqt l-exchange il-benefiċarji mit-Training Services Division ta' l-ETC irċievew informazzjoni u taħriġ dwar l-FAS apprenticeship training; il-kontenut tal-kors; kif wieħed jamministra kors; servizzi dwar id-diżabili kif ukoll interventi ma' l-unemployed. ii) Żewġ gruppi ta' tlett persuni kull wieħed ser jakkwista esperjenza ta' ġimgħa bejn Novembru 2003 u Marzu 2004 fir-Reggio Emilia Childcare Centres, fl-Italja li huma magħrufa għall-faċilitajiet li għandhom biex iqegħdu tfal fiċ-ċentru ta' kull attivita'. Il-benefiċarji ser ukoll japprofittaw minn opportunita' biex jitgħallmu aktar dwar il-proċess pedagoġiku adattat minn dawn iċ-ċentri. Dan ser ikun ta' profitt minħabba li f'Malta għad ma hawnx standards relatati mal-preparazzjoni pedagoġika tal-ħaddiem f'dan is-settur. iii) 15-il individwu li jirreġistraw bħala unemployed ma' l-ETC ser imorru għal 12-il ġimgħa ġo lukandi u ristoranti ta' kwalita' fl-Irlanda. L-iskop ta' dan il-proġett, ,i qiegħed isir f'kollaborazzjoni ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu, huwa biex dawn l-individwi jiksbu esperjenzi ġodda f'dan is-settur kif ukoll iżidu mal-possibiltajiet tagħhom li jsibu xogħol. Dawn il-placements ser jibdew fil-bidu ta' Settembru ta' din is-sena sa l-aħħar ta' Novembru ta' l-istess sena. Dan ifisser li kull benefiċarju ser jagħmel madwar tlett xhur jaħdem fl-Irlanda u meta jirritornaw Malta ser jiġu mogħtija ċertifikat kif ukoll xogħol b'kuntratt f'wieħed mill-hotels ta' kwalita' fi xtutna.

MEPA — Pjan lokali tan-nofsinhar ta' Malta

Question

Jogħġbu l-Ministru jindika timeframe li matulu huwa maħsub li l-local plan tan-nofsinhar ta’ Malta (tal-MEPA) jkun lest?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-MEPA mistennija toħroġ id-draft tal- Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta għall-konsultazzjoni mal-pubbliku għal madwar Ottubru 2003
Leg 10 PQ #40 Sitting 4 2003-05-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Attivita' Move for Health

Question

Wara s-suċċess miksub fil-“Move for Health” organizzata mill-Health Promotion Unit tad-Dipartiment tas-Saħħa, liema attivita’ saret fil-bidu ta’ Mejju 2003 u li fiha ħadu sehem kważi 100 ruħ, jaħseb il-Ministru li mixjiet simili fil-kampanja Maltija għandhom jibqgħu jiġu organizzati regolarmanet matul is-sena (barra s-sajf ovvjament)?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa organizza l-mixja fil-kampanja dan ix-xahar (Mejju) sabiex isaħħaħ il-kuxjenza pubblika dwar l-importanza ta` l-attivita` fiżika għall-ħajja b'saħħitha u l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi marbuta ma` l-attivita` fiżika. Madankollu, l-istess dipartiment għamel appell sabiex jistieden lid-dipartimenti, setturi oħra fil-gvern u liċ-ċivil, il-media u ukoll lis-setturi privati biex huma ukoll jagħtu l-appoġġ, jieħdu azzjoni u joħolqu inċentivi ħalli tiżdied il-kultura ta` l-attivita` fiżika fost il-poplu Malti u Għawdxi. Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa jinsab lest li jikkollabora ma` dipartimenti, kunsilli lokali, u setturi (kemm tal-gvern, kif ukoll tal-privat) li jixtiequ jaħdmu flimkien ħalli jinkiseb l-istess għan. Dan hu l-mod l-iktar sostenibbli li bih wieħed jista` jsaħħaħ is-saħħa pubblika fil-gżejjer Maltin. Sadanittant, id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa lest li jibqa` jorganizza regolarment sa fejn hu possibbli l-mixjiet fil-kampanja Maltija matul is-sena.

Impjiegi — Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika l-persentaġġ ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol dovuti għall-ħaddiema li waqgħu mill-għoli minn fost l-inċidenti kollha matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qeg[da tin;abar u risposta ser ting[ata f'xi Seduta o[ra.

Impjiegi — Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jindika kemm kienu l-inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol li ġew rapportati lill-awtorita’ tas-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol mill-1 ta’ Jannar, 2003 sal-lum u kif jipparaguna ruħu dan in-numru ma’ dawk ta’ l-istess perjodu tas-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieg[da tin;abar u risposta ser ting[ata f'xi Seduta o[ra.

MEPA — Ref. PAB587/95/E

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fuq liema kriterji nħareġ il-permess tal-MEPA biex isiru xogħlijiet li jinsabu kif indikati fil-mistoqsija parlamentari 2688 tal-15/12/98, Seduta nru. 35?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġiet irrifjutata PA 443/98, kif issemma qabel, daħlet applikazzjoni PA 455/01 “to replace existing stairs in front garden”. L-applikazzjoni ġiet approvata fit-2 t’ April 2001 għax l-istruttura (canopy) fil-front garden tneħħiet u allura ma kienx hemm iżjed oġġezzjoni għall-proposta.