Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #198 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tad-Detox — Abbuż ta' droga

Question

Minn Jannar 2003 sa 16 ta' Mejju 2003 kemm-il persuna talbet l-għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox minħabba abbuż ta' droga? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni Maltin — Ħabsijiet barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin li bħalissa jinstabu f' ħabsijiet barranin li (i) qed iservu sentenza ta' ħabs, (ii) qed jiġu investigati fuq xi reat?

Response (BORG, JOE)

Jiena nfurmat li bħalissa hemm seba' Maltin iservu sentenza ta' ħabs barra minn Malta - tlieta fl-Italja, tnejn fi Franza, wieħed fl-Eġittu u ieħor fl-Awstralja. Hemm ħames Maltin oħra li qegħdin f'ħabsijiet barranin li għadhom qegħdin jiġu nvestigati fuq xi reat - tnejn minnhom jinsabu ġewwa l-Italja, tnejn oħra ġewwa t-Tuneżija u wieħed ġewwa t-Turkija.
Leg 10 PQ #200 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tad-Detox — Problemi tad-droga

Question

Minn Jannar 2003 sa 16 ta' Mejju 2003 kemm persuni taħt it-tmintax-il sena talbu għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

San Ġiljan — Tiswija ta' toroq

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru f' B'Kara Road, San Ġiljan, liema xogħlijiet ilhom għaddejjin b'detriment għar-residenti, jista' l-Onor. Ministru ġentilment jgħid meta bejn wieħed u ieħor se jispiċċaw dawn ix-xogħlijiet? Din it-triq se tingħata wiċċ ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fi Triq San Ġiljan qed isir xogħol fit-tibdil tas-servizzi ta' l-ilma, tibdil f'partijiet mis-sistema tad-dranaġġ, rikostruzzjoni tal-pedamenti kif ukoll il-wiċċ tat-triq. Minħabba d-djuqija tat-triq u l-konġestjoni tas-servizzi li hemm taħt l-istess triq mhux possibli li dawn ix-xogħlijiet isiru fiż-żmien li kien stipulat. Għalhekk ix-xogħol kollu fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellan mistenni jitlesta' sa l-aħħar ta' Lulju.
Leg 10 PQ #210 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Skrivani

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati li għamlu l-aħħar eżami għall-clerks maċ-Ċivil? Jista' jgħid kemm għaddew minnhom? Jista' jgħid kemm minnhom bdew jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1 f’Seduta numru 4 tat-28 ta’Mejju 2003. Sa issa ħadd minn dawk li għaddew ma ġie msejjaħ.
Leg 10 PQ #211 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Childcare centre - child minders

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ikun hemm child minders fiċ-childcare centre ta' l-Isptar San Luqa ġurnata b'ġurnata, jiġifieri kemm ikun hemm careworkers kull ġurnata partikolari - mit-Tnejn sal-Ħadd? Jista' jgħid il-ħinijiet li jaħdmu dawn iċ-child minders?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mit-Tnejn sas-Sibt in-numru ta' 'careworkers' ikun hekk: 10 'careworkers' jibdew il-ġurnata li 6 minnhom jispiċċaw fis-2.00pm u 4 jibqgħu sas-7.30pm. Nhar ta' Ħadd ikun hemm 6 'careworkers' li jispiċċaw fis-2.00pm u 4 jispiċċaw fis-7.30pm. B'kollox hemm 15 -il 'careworker' li 11 minnhom jaħdmu fuq roster ta CDODO (C: 7.00am sa 2.00pm, D: 6.45am sa 7.30pm) u 4 jaħdmu mit-Tnejn sas-Sibt mis-7.00am sa 2.00pm.
Leg 10 PQ #212 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Childcare centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid il-ħinijiet li jkun miftuħ iċ-childcare centre ta' l-Isptar Sun Luqa? Jista' jgħid in-numru ta' tfal li jibqgħu sa fil-għaxija? Jista' jgħid in-numru ta' child minders li jibqgħu sa fil-għaxija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 211.
Leg 10 PQ #213 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Nursery

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal li jattendu n-nursery ta' l-Isptar San Luqa ġurnata b'ġurnata, jiġifieri jgħid kemm ikun hemm tfal kull ġurnata partikolari, mit-Tnejn sal-Ħadd?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mit-Tnejn sal-Ġimgħa n-numru ta' tfal li jattendu ċ-'Child Care Centre' varja minn 20 sa 35. Pero s-Sibtijiet u l-Ħdud in-numru jinżel konsiderevolment. Tfal li jattendu ċ-Ċentru hemm miktubin b'kollox 55.
Leg 10 PQ #214 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Childcare centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-etajiet tat-tfal li jistgħu jattendu ċ-childcare centre ta' l-Isptar San Luqa? Jista' jgħid jekk ikunx hemm eċċezzjonijiet għall-eta' massima stipulata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li normalment jattendu tfal bejn sena u 3 snin, Eċċezjonijiet isiru wara talba li issir bil-miktub u permess jingħata kemm il-darba jkun hemm post.

Lija — Triq Geraldu Azzopardi

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq Geraldu Azzopardi, f'Ħal Lija peress li din it-triq tinsab f'kondizzjoni ħażina ħafna u dan b'detriment għar-residenti ta' l -istess triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq Ġeraldu Azzopardi hija waħda mid-diversi toroq li qed jiġu spezzjonati mill-Awtorita' dwar it-Trasport biex tiġi nkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat. Ix-xogħol f'dawn it-toroq ser isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Żejtun — Tal-Ħabel l-Abjad - ilma tat-tisqija

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid għalfejn il-bdiewa li jinsabu fl-inħawi Tal-Ħabel l-Abjad, l/o Żejtun jinsabu mingħajr ilma tat-tisqija? X'passi ħa jew qed jieħu d-dipartiment konċernat biex dawn il-bdiewa jkollhom l-ilma tat-tisqija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li r-rapporti li jircievi d-Dipartiment ta’ l-Agrikultura fi ħdan dan il-Ministeru dwar ħsarat fis-sistema tat-tqassim ta’ l-ilma jiġu mmedjatament riferuti lid-Dipartiment tad-Drenaġġ fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura. F’dawn l-aħħar xhur kienet qiegħda ssir tiswija estensiva fuq ħsarat, anke vandali, fis-sistema tat-tqassim ta’ l-ilma mill-ġibjun ta’ Ħabel l-Abjad. Għalkemm għad hemm fejn iridu jsiru t-tiswijiet, ma jdumx ma jibda jitqassam l-ilma f’diversi friegħi minn dan il-ġibjun.

Wied il-Għajn — Ilma tat-tisqija ta' Sant'Antnin

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ilma tat-tisqija ta' Sant'Antnin qed jasal għand il-bdiewa b'riħa ta' drenaġġ? Possibbli jsiru investigazzjonijiet biex jiġi kkonfermat li dan l-ilma fil-fatt hu tajjeb għat-tisqija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien ġejt infurmat li kmieni x-xahar li għadda waslulna rapporti illi l-ilma li kien ħiereġ mill-impjant ta' Sant Antnin ma kienx qiegħed ikun ta' kwalita' tajba. Id-Dipartiment ivverifika minnufih mal-laboratorji tad-Dipartiment tad-Drenaġġ, li huma responsabbli għall-kwalita' ta' l-ilma, li għarraf illi dak l-ilma ma kien fih l-ebda ħsara għas-saħħa. Illum dan l-ilma reġa qiegħed joħroġ nadif bħal qabel.
Leg 10 PQ #224 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Attard — Skola Tumas Dingli - kumpless sportiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-isports complex fl-iskola Tumas Dingli, f'Ħ'Attard? Jista' jgħid kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol u jipprovdi kopja tal-pjanti ta' kif ġej il-kumpless? Min se jkun responsabbli mix-xogħlijiet u meta hu maħsub li x-xogħol jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ix-xogħol hu mistenni li jibda hekk kif tingħata l-award tat-tender. Peress li l-kuntratt għadu ma ngħatax, mhux qed tiġi żvelata l-istima ta' l-ispiża.
Leg 10 PQ #225 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Imġarr — Skola Ġanni A. Cilia - xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq il-hall u partijiet oħra ta' l-iskola Ġanni A. Cilia, fl-Imġarr?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ix-xogħol jinbeda meta t-tender ikun pubblikat u jiġi magħżul kuntrattur mid-Direttur tal-Kuntratti.

Attard — Triq iż-Żahar - xogħol ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' drenaġġ fi Triq iż-Żahar, Ħ'Attard?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Attard — Triq Santa Katerina - traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu t-traffic lights fi Triq Santa Katerina f'Ħ'Attard?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fi Triq Santa Katerina hu ppjanat li ssir Pelican Light u mhux Traffic Lights kif semma l-Onor. Interpellant. Ix-xogħol ta' twaħħil tal-Pelican Light fit-triq imsemmija, mistennija tiġi nkluża f'tender li għandha toħroġ aktar 'l quddiem

Lottu pubbliku — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar xi problemi li allegatament inqalgħu dwar il-privatizzazzjoni tal-lottu pubbliku? Dawn jinvolvu xi differenzi bejn ix-shareholders prospettivi Maltin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess wasal fl-istadju finali tiegħu u qegħdin naħdmu sabiex jintlaħaq ftehim bejn il-Maltco Consortium u r-riċevituri tal-lottu. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, il-Privatisation Unit mhuwiex infurmat li hemm xi differenzi bejn ix-shareholders prospettivi Maltin.

Abbozz tal-kostituzzjoni Ewropea

Question

Il-Gvern Malti ma jħossx li huwa opportun li jagħmel pubbliku ir-riżervi u l-qbil tiegħu dwar diversi aspetti ta' l-abbozz tal-kostituzzjoni Ewropea li ġiet imxandra dan l-aħħar?

Response (BORG, JOE)

Il-membru tal-Konvenzjoni nominat mill-Gvern Malti diversi drabi esprima ruħu pubblikament dwar il-pożizzjoni tal-Gvern fuq diversi oqsma matul dawn l-aħħar sittax-il-xahar. Fir-rigward ta' l-abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea, il-Gvern, filwaqt li qed janalizza l-abbozz fl-aspetti kollha tiegħu, qieghed jiffoka l-attenzjoni tçgħu, in partikolari, fuq l-aspett istituzzjonali, li jidher le ser ikun is-suggett ta' trattattivi twal. Fuq din il-materja, ir-rappreżentant tal-Gvern kien issottometta emendi bil-miktub għall-proposti oriġinali tal-Presidju, liema emendi jinsabu fuq il-website tal-Konvenzjoni. Issa li għadhom kif ġew ippubblikati proposti riveduti dwar l-istituzzjonijiet, il-Gvern qed jerġa' jevalwa l-pożizzjoni li għandu jaddotta anke fid-dawl ta' dik meħuda minn stati oħra u b'mod partikolariu stati żgħar u stati li għandhom similaritajiet għal Malta. Il-Gvern irid li l-Kostituzzjoni Ewropea tħares id-drittijiet tal-pajjiżi u l-popli kollha ta' l-Unjoni u in partikolari li l-interessi nazzjonali tagħna ma jigux inwarrba. Ta min wçħed jinnota il-Gvern jçħu l-pożizzjoni finali tçgħu waqt il-Konferenza Inter-Governattiva (IGC) li ser tiltaqa' wara li l-Konvezjoni tkun spiċċat ix-xogħol tagħha.