Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema li għalqu l-eta' ta' 61 sena
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm persuni li għandhom ‘il fuq minn 61 sena ngħataw estensjoni biex baqgħu jaħdmu f’xi wieħed mid-dipartiment li jaqa’ taħtu? Xi kriterji jintużaw biex persuna tingħata estensjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemm l-ebda persuna fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura li ngħatat estensjoni biex tibqa' taħdem wara l-61 sena.
Il-kriterji biex persuna tingħata estensjoni wara l-61 sena huma stabbiliti mill-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu ntitolat għall-għajnuna medika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuni li huma ntitolati g[all-G[ajnuna So/jali jew Pensjoni ta' l-Eta' jew dawk li jbatu minn diabete, tuberkolo]i jew lebbra huma ntitolati li jing[ataw il-Karta r-Ro]a g[all-G[ajnuna Medika.
Persuni o[ra jkunu ntitolati g[all-Karta r-Ro]a g[all-G[ajnuna Medika jekk jissodisfaw it-test tal-me]]i skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' So/jali. Dan it-test hu maqsum f']ew; partijiet, wie[ed dwar assi kapitali u l-ie[or dwar id-d[ul, inklu] d[ul minn pagi, img[axijiet, renti u kirjiet. L-assi kapitali ta' persuna we[edha ma jridux jaqb]u Lm4,000 filwaqt li dawk ta' koppja mi]]ew;a jew li jg[ixu b[ala mi]]ew;a g[al finijiet ta' l-imsemmi Att, ma jridux jaqb]u Lm7,000. Dwar id-d[ul, it-test jag[mel differenza bejn persuni li ja[dmu u dawk li ma ja[dmux kif ukoll in-numru ta' persuni fid-dar.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu ntitolat għall-għajnuna tal-wens?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex persuna tkun intitolata g[all-Pensjoni tal-Wens trid tkun persuna mhux mi]]ew;a jew armla li tipprova g[as-sodisfazzjon tad-Direttur tas-Sigurta' So/jali li
1. hi /ittadina Maltija u tkun regolarment tirrisjedi f'Malta
2. tissodisfa t-test tal-me]]i skond il-provvedimenti tal-Parti IV tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' So/jali u
3. tkun qed tie[u [sieb, we[edha u fuq ba]i full-time u regolarment, ta' wie[ed mill-;enituri tag[ha, jew [utha, nannietha, zijietha, ;enituri jew a[wa tar-rispett li
i. jkun jew tkun qed tg[ix fl-istess dar ta' abitazzjoni ta' l-applikanti, u
ii. min[abba infermita' jkun jew tkun kostretta li tg[addi [ajjitha f'sodda jew f'wheelchair.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-anzjani li jabitaw fid-dar ta’ l-anzjani ta’ Bormla qed jintalbu ħlas biex jittestjawhom għad-dijabete?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla, l-e]amijiet tad-dijabete li jkunu ordnati mit-tobba jsiru bla [las.
Bormla — Qasam tad-djar Verdala - Tiswija ta' tankijiet ta' l-ilma
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fit-tankijiet ta’ l-ilma li hemm fuq il-bjut tal-housing estate Verdala, f’Bormla, peress li wieħed minnhom li jinsab fuq flat no. 58 qed jagħmel ħafna ilma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
G[addejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar g[all-azzjoni me[tie;a.
Jaħseb il-Ministru li għandu jkun projbit it-tipjip fir-ristoranti, b’mod partikolari f’dawk żgħar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' l-emendi li jridu jsiru fil-liġi dwar il-kontroll tat-Tabakk li tagħha sar l-ewwel qari fis-26 ta' Mejju 2003.
Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li l-artiklu 574A tal-Kodiċi Kriminali (li jitkellem dwar is-setgħa tal-Qorti li ex officio tiddeċiedi jekk l-avvert ta’ imputat kienx ġustifikat jew le) jidħol fis-seħħ? Jekk le, meta huwa maħsub li jidħol fis-seħħ?
Response (BORG, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali Numru 110/2003 tal-11 ta` April 2003 li jġib fis-seħħ b`effett mill-1 ta` Ottubru 2003, il-parti l-kbira ta` l-artikoli ta` l-Att ta` l-2002 li jemenda l-Kodiċi Kriminali li kienu għadhom ma nġibux fis-seħħ, fosthom l-artikolu 139 ta` l-istess Att li jintroduċi appuntu l-artikolu 574A fil-Kodiċi Kriminali.
Jista’ l-Ministru jekk jogħġbu jinformani jekk l-artikli tal-kodiċi kriminali li jittrattaw il-plea bargaining ġewx fis-seħħ jew le u f’każ li għadhom ma ġewx fis-seħħ, jista’ jgħid jekk wasalx il-mument li jidħlu fis-seħħ?
Response (BORG, TONIO)
Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-artikolu 108 tal-Att ta` l-2002 li jemenda l-Kodiċi Kriminali billi jintroduċi fl-istess Kodiċi l-artikolu ġdid 453A li jipprovdi għal sentenza fuq talba tal-partijiet. F`dan ir-rigward naghmel riferenza għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 44 f`din l-istess Seduta.
Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li tidħol fis-seħħ il-parti tal-Liġi tal-Probation il-ġdida li tittratta dwar il-community service?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa infurmat li ai termini tal-Avviż Legali 74 tal-2003, dik il-parti tal-liġi li rrefera għaliha daħlet fis-seħħ fl-1 ta` Ġunju 2003.
Valletta — Monument tifkira tal-Gran Mastru La Valette
Question
Jikkonsidra l-Ministru li ssir xi forma ta’ tifkira lill-Gran Mastru La Valette, forsi anke xi monument, peress li sal-lum ma jeżisti ebda monument, speċjalment fil-Belt Valletta li jfakkar lil din il-personalita’?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Japprezza l-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħdin infasslu l-proġetti u prioritajiet.
Jista' jkun aktar floku li l-proġett isir mill-Kunsill Lokali milli mill-Gvern Ċentrali.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq ġobon u butir importati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rati ta’ dazju għas-sena 2004, għall-oġġetti mportati għal ġewwa l-Unjoni Ewropeja, għadhom ma’ ġewx stabbiliti. Dawn jiġu ppublikati normalment għal ħabta ta’ Novembru 2003.”
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq trab tal-ħalib xkumat u prodotti magħmula minnu mportati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 59.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq il-laħam taċ-ċanga tal-friża mportati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 59.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq tessuti mportati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 59.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq tabakk importati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 59.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq il-beverages and tobacco importati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 59.
B'referenza għar-residensa "l-Għorfa" li tinsab fi Triq Margaret A Murray, Naxxar, u wara li titlesta l-Bypass li fiha diġa qed isiru x-xogħlijiet, jista` l-Ministru jgħid kif il-familja li toqgħod fir-residensa hawn fuq imsemmija se tgawdi dawk id-drittijiet ta` safety meta l-membri ta` din l-istess familja jiġu biex joħorgu mid-dar tagħhom bil-vettura ladarba, kif jidher sal-lum, se jkunu kostretti joħorgu direttament ġol-main road?
Jarax il-Ministru li għandha ssir xi forma ta`
service road
bħalma jidher li diġa sar iktar `l isfel fit-triq u dan bħala protezzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-post indikat mill-Onor. Interpellant jinsab qrib il-junction li tgħaqqad il-bypass mad-dħul għall-Għargħur. L-Awtorita' trid tara li dan il-junction ikun wieħed skond kif suppost, u dan mingħajr ma jinħoloq periklu żejjed la għar-residenti u lanqas għall-vetturi li jgħaddu mill-inħawi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti biex isir reserved parking f' Sacred Heart Street, Raħal Ġdid u quddiem liema residenza?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jara li l-każ ta' anzjana (Ref No 121/03) biex tidħol f' Saint Vincent De Paule jitmexxa minħabba l-urġenza tal-każ? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni ta' l-anzjana (Ref no 121!03) g[addiet mill-Board ta' l-g[a]la tad-D[ul ta' San Vin/enz fil-15 ta' Mejju li g[adda u ;ie approvat li titqieg[ed fuq il-waiting list biex l-applikanta tid[ol fir-Residenza mill-aktar fis possibbli.