Jista' l-Ministru u l-Awtorita' dwar it-Trasport jikkunsidraw li t-triq jew telgħa Bay Junction li llum saret traffikuża minħabba l-ftuħ ta' hotel kbira, tiġi one way minflok two way bħalma qiegħda llum peress li ħafna karozzi jibblukkaw lil xulxin f'din it-triq? Hemm mod kif wieħed jista' jitla' minn din it-triq u jinżel minn Birkirkara Hill?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku talbet lil l-Awtorita’ ta’ Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kopja tat-Traffic Impact Assessment tal-hotel li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari. Dan intalab sabiex it-taqsima tkun infurmata bl-istudji li kienu saru dwar l-impatt ta’ tali hotel fuq l-inħawi w il-miżuri li kienu gew rakkomandati/deċiżi sabiex jilqgħu għal dan l-impatt fuq Bay Junction u l-inħawi.
It-taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku qed tistenna li tirċievi kopja ta’ dan it-
Traffic Impact Assessment
mingħand l-Awtorita’ ta’ Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi jiġu offruti mill-istat lill-pazjenti diabetiċi tfal?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninfurmak li s-servizzi b'xejn offruti lit-tfal bid-Dijabete jinkludu:
- servizz professjonali minn tobba u konsulenti
- servizz professjonali minn dietician u podolġisti
- programm ta' edukazzjoni u informazzjoni dwar il-kundizzjoni tad-dijabete u l-kura tagħha lit-tfal u l-ġenituri minn tobba u diabetes education nurse
- servizz ta' psikologa għall-ġenituri u t-tfal
- mediċini għall-kura tad-dijabete
- testijiet tad-demm u urina skond il-bżonn
- strips għall-moniteraġġ tal-livell taz-zokkor fid-demm
- summer camp li jiġi organiżżat darba fis-sena flimkien mal-Għaqda Maltija Kontra id-Dijabete
- SKA allowance lill-ġenituri jekk jikkwalifikaw
- kartuna roża- mediċini kollha fuq il-formalarju
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswew ix-xogħlijiet in konnessjoni mal-foot passenger ramps li saru ta' qies differenti milli suppost u allura ma jiffittjawx mal-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-allegazzjoni li qed issir fid-domanda ma tirriżultax, fil-fatt ir-rampi ġew maħduma skond id-disinji oriġinali.
Peress li r-residenti ta' Triq Torri Gorgun, Xewkija, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li f'din it-triq għad m'hemmx sistema ta' drenaġġ imma għadhom jinqdew bil-fosos, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata peress li għar-residenti s-sistema preżenti hija ta' nkonvenjent kbir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qegħda fil-fażi ta’ ippjanar tas-sistema sħiħa tad-drenaġġ fl-inħawi tat-triq imsemmija fil-mistoqsija.
Dan ix-xogħol jinkludi t-tqegħid ta’ mejnijiet tad-drenaġġ (Gravity u rising mains) kif ukoll il-bini ta’
pumping station
. Irid isir ukoll l-akwist ta’ l-art fejn trid tinbena il-
pumping station
.
Peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għaliex il-kuntratturi u dawk kollha nvoluti fis-settur m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta diġa mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26736.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il membru se jispiċċa mill-Bord ta' l-Isplussivi? Kif isiru l-ħatriet biex jiġu appuntati l-membri fuq dan il-bord?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm membru wieħed li ser jispiċċa minn membru fuq il-Bord ta' l-Isplussivi għax ser jirtira mis-Servizz. Fil-fatt diġa' ġie nominat is-sostitut tiegħu.
Il-ħatriet fuq dan il-bord isiru mill-President ta' Malta fuq parir tal-Ministru responsabbli mill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti ngħataw il-permess jtemmu l-istudji tagħhom (a) fl-iskejjel tal-Gvern, (b) fl-iskejjel tal-Knisja (ċ) fl-iskejjel privati qabel laħqu l-eta' ta' 16-il sena matul is-sena skolastika li waslet biex tintemm? Kemm minnhom kienu subien u kemm bniet u x'kienu r-raġunijiet li temmew l-istudji tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu ż-żewġ proġetti ġodda għat-tisfija tad-drenaġġ li qed isiru f'Malta, jiġifieri fil-limiti tal-Mellieħa u fin-nofsinhar tal-pajjiż? Kemm mistenni jkun l-investiment fuq dawn iż-żewġ impjanti, separatament u kemm se jkun il-finanzjament li se joħroġ il-Gvern Malti? Min se jiffinanzja l-kumplament taż-żewġ impjanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tat-tisħiħ tal-pumping stationtal-Marsa u x'rabta se jkollu mal-bini ta' l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fin-nofsinhar tal-pajjiż? Fiex se jkun jikkonsisti dan it-tisħiħ, għaliex kien hemm il-ħtieġa li jsir u kemm se jiswa l-investiment li mistenni jsir? Jikkonferma li dan it-tisħiħ se jkun finanzjat ukoll minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena, separatament, testijiet tan-nifs fuq sewwieqa ta' vetturi? Kemm minn dawn it-testijiet saru wara li s-sewwieq konċernat kien involut f'xi aċċident tat-traffiku? Kemm mit-testijiet li saru rriżultaw pożittiv u kemm kien hemm sewwieqa li rrifjutaw li jagħmlu t-test? X'jiġri f'każi fejn sewwieq jirrifjuta li jagħmel it-test u allura l-pulizija ma jistax ikollha provi? Kemm persuni tressqu l-qorti akkużati li kienu qed isuqu vetturi b'livell alkoħoliku li jaqbeż il-limitu stabbilit skond il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Il-Pulizija żżomm biss statistika dwar testijiet li jirriżultaw pożittivi.
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006 kien hemm 133 sewwieq/a, li l-Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. 127 minnhom kienu nvoluti f'inċident tat-traffiku. Minn dawn kollha 88 kellhom riżultat pożittiv, filwaqt li 39 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.
Ninsab infurmat ukoll illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena kien hemm 64 sewwieq/a, li l-Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. 16 minnhom kienu nvoluti f'inċident tat-traffiku. Minn dawn kollha 44 kellhom riżultat pożittiv, filwaqt li 20 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.
Persuna li tirrifjuta jew tonqos milli tagħti kampjun tan-nifs, tkun ħatja ta' reat, skond kif maħsub fl-artikolu 15E(4) tar-Regolamenti tat-Traffiku (Kap. 65). F'kull każ fejn kien hemm riżultat pożittiv, jew it-test kien rifjutat jew mhux komplut, ittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti skond il-liġi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilha l-Awtorita' tad-Djar tistalla liftijiet fi blokki ta' akkomodazzjonijiet li nbnew mill-Gvern jew mill-istess Awtorita'? Kemm ġew stallati liftijiet kull sena, sa Mejju ta' din is-sena, u x'kienet l-ispiża s'issa? Kemm-il familja hu kalkulat li bbenefikat mill-benefiċċju tal-lift?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Abbozz ta’ Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26991
Ninsab infurmata li t-Tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informazzjoni dwar Mistoqsija Parlamentari Numru 26991
Awtorita’ tad-Djar – Stallar ta’
Lifts
Sena Finanzjarja Numru ta’
Lifs
Spiż
a (LM) Familji li bbenefikaw
sat-30/09/02 14 174,395 114
01/10/02 – 30/09/03 13 168,531 106
01/10/03 – 30/09/04 27 462,328 220
01/10/04 – 30/09/05 15 276,271 113
01/10/05 – 30/09/06 12 221,286 101
01/10/06 – 30/05/07 1 13,164 8
Total 82 1,315,975 662
L-Awtorita’ tad-Djar tiffinanzja wkoll l-istallazzjoni ta’
lifts
fi blokki ġodda li jitqassmu, minn żmien għal żmien, mill-Awtorita’ .In-numru ta’
lifts
li ġew installati, sena b’sena, f’dawn il-blokki kien kif ġej:
Sena Numru ta’ Lifts Spiża (Lm) Familji li bbenefikaw
2002 9 76,769 70
2003 24 189,074 141
2004 6 45,470 43
2005 21 196,659 133
2006 38 65,146 175
2007 10 108,134 63
Total 108 981,251 625
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Maltin miżmumin f'ħabsijiet barranin, inklużi persuni li għadhom jistennew li jiġu sentenzjati? F'liema pajjiżi jinsabu u r-raġuni li għaliha jinsabu miżmuma f'ħabs barra minn Malta? Peress li Malta għandha ftehim ta' ripatrijazzjoni ta' priġunieri ma' żewġ pajjiżi, jiġifieri l-Libja u l-Eġittu, jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom fis-seħħ dawn il-ftehim, kemm kien hemm priġunieri li bbenefikaw minnu, dwar xhiex instabu ħatja u x'kienet is-sentenza li kienu qegħdin jiskontaw?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsijiet numru 23126 u 23612.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn il-Public Service Commission iddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma' xi deċiżjoni u cioe' ma xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mit-twaqqif ta' dan it-tribunal sal-lum?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26926 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġie riferuta lilu, u jindaga għalfejn il-vann tal-ħaxix, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qiegħed jitkeċċa mill-pulizija meta qiegħed xi 800 pied 'l bogħod minn ħwienet oħra?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji tal-persuna u l-post minn fejn allegatament qed ikun imkeċċi dan il-bejjiegħ, sabiex inkun f'pożizzjoni li nitlob it-tagħrif meħtieġ.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-sussidji li tħallsu lill-bdiewa, raħħala u sajjieda separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sussidji li tħallsu lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2007 huma hekk:
Sussidju
Ammont
(Lm)
Pig Meat
481,979.22
Poultry
123,513.67
Eggs
318,169.54
Poultry Gozo
34,352.12
Eggs Gozo
28,154.98
Fruit & Vegetables (Pitkali)
582,561.23
Milk
333,621.15
Tomatoes (EU and SMPPMA)
675,593.17
Technical Assistance
54,724.20
Ad Hoc
56,252.26
Aid For Deprived (incl. Lm 6,205.03 transport costs)
56,727.03
Rubble Walls
153,311.56
Less Favoured Areas (LFA)
904,265.29
Potatoes
59,342.06
Arable
53,080.79
Viticulture (EU and SMPPMA)
489,391.58
Dairy Premium and Additional Payment
250,793.04
Livestock Payments
145,326.22
TOTAL
Lm4,801,159.11
Din iċ-ċifra ma tinkludix xi għajnuniet finanzjarji li tħallsu lis-sajjieda u lill-bdiewa taħt skemi ta’ għajnuna.
Jista' l-Ministru jinfurmani meta se jibda jopera l-Inċineratur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-inċineratur ser jibda jopera iktar tard din is-sena hekk kif il-permessi ta’ l-operat ikunu kollha pproċessati u maħruġin mill-awtoritajiet konċernati.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-korp tal-pulizija li fl-ewwel sitt xhur tas-sena weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 30 membru tal-Korp tal-Pulizija li weġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.
Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari 25999 billi jgħid x'se jsir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex u li kienu mikrija mill-Lands lil terzi? Jista' jgħid jekk dawn it-terzi humiex sejrin jinstabulhom ħwienet alternattivi jew jekk huma humiex se jingħataw xi forma ta' kumpens?
Separate Cover: No
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-mistoqsija msemmija saret lill-ministeru ieħor li fit-tweġiba tiegħu ndika li ser jirrispondi f'seduta oħra.