Jaħseb il-Ministru li, in vista ta' diversi sentenzi li ddikjaw li diversi artikli tal-liġijiet tagħna (bħall-Kodiċi Kriminali u Ċivili) jmorru kontra u jiksru d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u li issa għaddew numru ta' snin minn fuq dawn is-sentenzi mingħajr ma tneħħew dawn l-anomaliji, għandux jiġi mwaqqaf kumitat permanenti, kompost minn ex imħallfin u rappreżentant ta' l-Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali u tal-Kamra ta' l-Avukati, sabiex ikun hu li jabbozza l-emendi neċessarji u b'hekk jiġi ffrankat ħafna ħin u trapass ta' żmien u ma jibqgħux dawn l-anomaliji fil-liġi tagħna?
Response (BORG, TONIO)
Dan hu proċess kontinwu li jiġi imexxi mill-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali, li wara li jgħarbel is-sentenzi indikati, ihejji l-abbozzi relattivi. It-tul ta` żmien mhuwiex iktar minn dak ta` pajjiżi li jkollhom sitwazzjonijiet simili.
Jogħġbu l-Ministru jitfa' ftit dawl fuq il-proposta li ssemmiet waqt seminar fil-bidu ta' Mejju 2003 dwar il-problema ta' cheques li ma jissarfux u l-proposta li ssir liġi 'ad hoc' biex tiġġieled din il-problema? Hemm fil-fatt xi ħsieb li ssir liġi dwar dan?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li diġa' saru kuntatti bejn is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Ekonomija u l-Bank Ċentrali biex jiddiskutu s-suġġett, inkluz jekk hemmx bżonn issir liġi dwar ċekkijiet li ma jissarrfux.
Single Programming Document — Finanzjar - Unjoni Ewropea
Question
Jogħġbu l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-abbozzar tas- Single Programming Document fejn Malta ser telenka l-proġetti ta' prijorita' li għalihom l-Unjoni Ewropea ser tintalab tikkofinanzja? Liema huma dawn il-proġetti?
Response (BORG, JOE)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jissuġġerixxi li l-flight path ta' l-ajruplani neżlin fil-mitjar ta' Ħal Luqa ma jgħaddix minn fuq built-up areas bħalma huwa Misraħ Kola f'Ħ'Attard?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li normalment l-ajruplani tat-trasport ikollhom jitniżżlu fuq waħda mir-runways prinċipali. Waħda minn dawn ir-runways hija r-runway 14 u li l-ajruplani javviċinawha mill-majjistral. Din ir- runway hija mgħammra b'Instrument Landing System (ILS) li tipprovdi lill-bdott bi flight path elettroniku preċiż ħafna sabiex tkun żgurata s-sigurta tat-titjir. Dan it-tgħamir ta' l-ILS huwa wieħed standard utiliżżat fuq kull ajruport internazzjonali. Il-karatteristiċi tekniċi ta' l-ILS ma jippermettux li l-flight path elettroniku tagħwġu jew iddawru b'xi mod għaliex irid ikun alinejat mal-linja ċentrali tar-runway li t-tgħamir ikun iservi.
Għalhekk is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ma jistax jitwettaq minħabba raġunijiet tekniċi.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li jingħata wiċċ xieraq lil Triq Peter Paul Rubens f'Ħ'Attard peress li ilha żviluppata ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awortita Dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Żebbuġ — Triq l-Innu Malti - problema ta' flooding
Question
Jista' il-Ministru jindaga meta se jsir ix-xogħol li hemm ippjanar li jsir biex tittaffa l-problema ta' flooding fi Triq l-Innu Malti, f'Ħaż Żebbuġ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija ma hemm l-ebda problema fis-sistema tad-dranaġġ f’sitwazzjoni normali . Il-flooding jirriżulta meta tagħmel ħafna xita.
Tajjeb li wieħed jinnota li l-infrastruttura tas-sistema tad-dranaġġ hija ddisinjata biex tieħu biss id-dranaġġ u mhux l-ilma tax-xita.
Madankollu, id-Dipartment tad-Dranaġġ ser jara x’jista’ jsir biex jilqa’ għal din is-sitwazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tingħata s-servizzi ta' telecare u linja tat-telefon l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni g[as-servizz tat-Telecare tal-persuna ndikata waslet fid-Dipartiment fl-4 ta' April 2003. Il-Maltacom ;iet notifikata fis-17 ta' April 2003 biex isiru l-installazzjonijiet me[tie;a.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li anzjana armla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tieħu l-flus tal-ftehim mit-Tarzna? Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' So/jali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-ka] tagh[a.`
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata s-servizz ta' home help wara li ġie approvat li tingħata servizz itwal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ;iet infurmata bil-miktub dwar il-ka] tag[ha.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li jsiru traffic lights fil-cross road li hemm bejn Triq Notabile u Triq Ħaż-Żebbuġ, f'Ħ'Attard?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku qçgħed f'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard rigward numru ta' Junctions li għandhom bżonn upgrading fil-lokalita'.
Raħal Ġdid — Anzjana li qed tistenna biex tidħol fl-SVPR
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara fiex wasal il-każ ta' anzjana- id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - li tinsab fis-sodda u li qegħda tistenna li tidħol fir-residenza San Vinċenz de Paule minħabba t-tbatija li qiegħda ssofri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni ta' l-anzjana msemmija waslet fir-Residenza ta' San Vin/enz fis-27 ta' Marzu 2003 u tpo;;iet fil-Waiting List.
Summit bejn l-UE u r-Russja — Delegazzjoni Maltija
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'taħdidiet bilaterali nżammu waqt l-attendenza tad-delegazzjoni Maltija fis-summit bejn l-UE u r-Russja?
Response (BORG, JOE)
Laqgħat bħal dawn jipprovdu massimu ta' opportunitajiet lill-Kapijiet ta' l-Istati bçx jiltaqgħu b'mod informali.
Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l-Prim Ministru ħa kull opportunita' f'dan is-sens.
President ta' Din l-Art Ħelwa — Passi dwar l-ambjent
Question
Il-Gvern beħsiebu jieħu xi passi konkreti dwar l-ambjent fid-dawl tas-suġġerimenti u rakkmandazzjonijiet speċifċi li għadu kif għamel il-president ta' Din l-Art Ħelwa waqt business breakfast riċenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Gvern jieħu konjizzjoni ta’ dak kollu li jiġi rappurtat mill-media lokali li jkun ingħad minn għaqdiet ambjentali u jaġixxi fuq proposti li huma prattici.
Azzjonijiet oħra jittieħdu skond il-programm elettorali u skond l-obligazzjonijiet li Malta għanda biex ittejjeb l-ambjent skond il-ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'mezzi jintużaw fir-runway ta' l-ajruport ta' Malta biex jiġu kkontrollati l-qtajja’ ta' għasafar li jistgħu jkunu ta' periklu għall-ajruplani?
Response (GATT, AUSTIN)
Jintuzaw zewg sistemi illi bihom jigu kontrollati l-qtajja ta' ghasafar fuq l-ajruport. L-ghan ta' dawn is-sistemi huwa illi jgerrxu l-ghasafar minn fuq ir-runway.
Dawn huma :
1. Apparat audiofoniku nstallat fuq wahda mill-vetturi tal-kumpanija. Dan l-apparat hekk imsejjah Bird Scaring Equipment jipproduci hsejjes illi jgerrxu l-ghasafar.
2. Skratac imsejjha Bird Scaring Cartridges li jipproducu hoss li jgerrex l-ghasafar.
Ebda minn dawn is-sistemi ma huma ta' periklu ghal-ghasafar infushom.
Jista’il-Ministru ġentilment jgħid jekk mill-1999 'il hawn kienx hemm rapporti minn piloti ta' l-ajruplani li jkunu fl-ispazju ta’ l-ajru Malti u li ltaqgħu ma' qtajja’ ta' għasafar li setgħu kienu ta' periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Kien hemm seba' rapporti f'dan is-sens mill-1999 sal-2002.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid minn min se jitħallas ix-xogħol li qed isir bħalissa fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, fiż-Żejtun?
Kemm se jigi jiswa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li din it-triq hija waħda mit-toroq identifikati mill-Kunsill Lokali Żejtun f'kuntratt li l-Kunsill daħal ma' l-ADT. Għalkemm il-ħlas ser isir mill-Kunsill, l-Awtorita' ser tirrifondi l-ammonti (sa Lm75,000) kif maqbula fil-kuntratt lill-Kunsill għalhekk il-ħlas finalment ser isir mill-ADT.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33011 tal-24/4/2002 u għar-risposta tad-29/4/02, jista' il-Ministru jikkonferma li l-gvern huwa l-proprjetarju assolut ta' blokk 1, Government Flats, Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ u jekk l-inkwilini jistgħux jixtru l-proprjeta' li qegħdin jokkupaw bħala residenza u dan fl-isfond ta' ittra tal-11/2/2003 li qegħda tiġi mehmuża ma' din l-interpellanza u li qegħda tintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara investigazzjoni iktar bir-reqqa li saret mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern jirriżulta li mhix l-art kollha li fuqha nbena il-Blokk Numru 1, Government Flats, Triq Sciortino, Ħaż Żebbuġ hija tal-Gvern b`titolu assolut. Fil-fatt parti minn din l-art qiegħda għand il-Gvern b`titolu ta` pussess u użu u għalhekk, għalissa ma jistax isir il-bejgħ tal-flats li hemm mibnija fuq din l-art.
Wara l-emendi li kien ressaq il-Gvern għall-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, u li daħlu fis-seħħ aktar kmieni din is-sena, it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern bħalissa qed tagħmel eżerċizzju sabiex, b`mod gradwali, proprjeta` li qiegħda għand il-Gvern taħt pussess u użu tiġi ikkonvertita b`xiri assolut a bażi ta` dikjarazzjoni tal-President tar-Repubblika li permezz tagħha il-Gvern isir is-sid assolut mal-ħruġ tal-imsemmi dikjarazzjoni.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema mad-dipartiment tad-drenaġġ għadhomx jieħdu r-ration? Fiex jikkonsisti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema mad-Dipartiment tad-Dranaġġ għadhom jieħdu r-ration.
Dan ir-ration jikkonsisti f'dawn l-affarijiet li jingħataw kull xahar:-
laundry soap
washing powder
toilet paper
disinfectant fluid (antiseptic)
disinfectant (crisole)
disinfectant fluid (pine)
eye solution
washing cloth
Jingħata wkoll xugaman kull sitt xhur.