Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 2003, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla? F'kull każ, kemm kien hemm persuni mistiedna u min kienu l-mistednin? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2002, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Kemm kien hemm nies mistiedna u min kien mistieden f'kull każ separatament? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilhom ma jiġu approvati mediċini ġodda fis-suq lokali? Meta hu mistenni li l-applikazzjonijiet pendenti jiġu approvati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea ingħatajna tranzizzjoni għall-mediċini li sa l-aħħar ta' Novembru 2002 kienu awtoriżżati li jitpoġġew fuq is-suq Malti. Ġejna mitluba mill-kummissjoni biex nagħtuhom lista ta' dawn il-mediċini. Għal dawn il-mediċini biss għandna l-permess li nkomplu nużaw il-proċeduri li kienu jintużaw qabel. Għalhekk mediċini ġodda setgħu jitpoġġew fuq is-suq sa l-aħħar ta' Novembru 2002.
Proċedura ġdida, rigward il-liċenzjar ta' mediċini f' pajjiżi kandidati, ġiet diskussa f'laqgħa li saret f'Tallinn. Din il-proċedura għandha tiġi addottata f' Malta u ser tibda tintuża fl-istess żmien li ser jaddottawha l-pajjiżi kandidati l-oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura eżatta biex importatur japplika ħalli jdaħħal mediċini ġodda fis-suq lokali apparti li jipprovdi S.P.C., sample u marketing authorisation Dossier, speċjalment billi l-EMEA application forms mhux jiġu aċċettati gaħx m'aħniex membri sħaħ tal-UE, filwaqt li pajjiżna huwa l-uniku pajjiż firmatarju biex jidħol membru fl-UE li ma ffirmax il-Cadreac Agreement?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-aħħar laqgħa li saret f'Talinn (2-4 ta' Ġunju 2003) bejn il-membri tal-Kummissjoni Ewropeja, pajjiżi membri, kif ukoll pajjiżi kandidati, ġiet diskussa l-proċedura l-ġdida rigward il-liċenzjar ta' mediċini f'pajjiżi kandidati, li għandha tintuża fil-ħdax il-xahar li fadal qabel is-sħubija (Ref: http://perf.eudra.org.). Din il-proċedura ġiet approvata mill-membri kollha tal-pajjiżi kandidati, inkluża Malta.
L-industrija internazzjonali, kemm dik involuta fil-manifattura ta' mediċini 'branded' (EFPIA), kif ukoll dik involuta fil-manifattura ta' mediċini ġeneriċi (EGA), ġiet infurmata b'din il-proċedura u ingħatat iċ-ċans li tagħmel il-kummenti tagħha. Dawn il-kummenti ġew diskussi u kkunsidrati għal l-aħħar darba fil-laqgħa f' Talinn.
Id-dokumenti finali dwar din il-proċedura qed jiġu miktuba bħalissa. Għandha ssir konferenza fis-Slovenja fejn din il-proċedura għandha tiġi ppublikata u mogħtija l-pubbliċita` meħtieġa għal kumpaniji kollha interessati.
Skond id-direttiva 2001/83/EC, il-proċess ta' evalwazzjoni tad-dokumenti mitluba ma l-applikazzjoni għall-liċenzjar biex titpoġġa mediċina fuq is-suq tieħu mhux iżjed min 210 ġranet qabel ma jkun hemm l-ewwel risposta rigward il-validita` ta' dawn id-dokumenti. Għaldaqstant, billi baqa biss ħdax il-xahar għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja, applikazzjonijiet li jiġu mitfugħa bħalissa ser jiġu proċessati fiż-żmien tas-sħubija. Wieħed irid jikkonsidra l-fatt li meta nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropeja, ser nużaw il 'Mutual Recognition Procedure' u s-'Centralised Procedure' għal-liċenzjar ta' mediċini. Għal dawn il-proċeduri, ħafna mix-xogħol involut jsir mill-'European Agency for the Evaluation of Medicinal Products' (EMFA) u b'hekk ma jkollniex għalfejn nirrepetu dan l-istess xogħol aħna, hawn Malta.
Għaldaqstant, il-membri kollha tal-pajjiżi kandidati qablu mall-membri tal-Kummissjoni Ewropeja li l-proċedura ġdida għandha tiġi addottata għall-liċenzjar ta' mediċini f'pajjiżi kandidati u din għandha tiġi addottata minnflok il-'Cadreac Procedure'.
Malta bħall-pajjiżi kandidati l-oħra, ser taddotta din il-proċedura u ser taddottaha fl-istess żmien li ser jaddottawha l-pajjiżi l-oħra.
L-unika differenza li għandu jkun hemm rigward il-liċenzjar ta' mediċini f'pajjiżi kandidati għandha tkun il-prezz li ser tiswa din il-proċedura ('fees'). Kull pajjiż għandu jiddeċiedi kemm ser ikun il-prezz li l-industrija għandha tħallas biex tingħata l-liċenzjar għal kull mediċina li trid tpoġġi fuq is-suq ta' dak il-pajjiż.
Ta' min wieħed jinnota illi f'Malta hawn il-kultura li applikazzjoni biex jitpoġġa prodott fuq is-suq, tiġi pproċessata mill-lum għal għada. Din il-kultura trid tinbidel. L-industrija internazzjonali hi mdorrija li tistenna 210 ġranet għal-ipproċessar tal-applikazzjoni għax tifhem il-kumplessita` tal-proċess u kif diġa ntqal kemm -il darba il-'marketing authorisation holders' hija din l-istess industrija, u mhux l-importaturi lokali.
Wara l-ġurnata ta' sħubija, Malta tkun tista tuża l-istess proċeduri eżistenti illum fil-pajjiżi membri.
Jista’ il-Ministru jgħid x’jitħallas meta tkun importata karozza second hand mill-Ewropa u minn pajjiżi oħra? Dawn se jibqgħu kif inhuma ladarba nissieħbu fl-UE fl-1 ta’ Mejju, 2004?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rata attwali ta’ dazju ta’ importazzjoni fuq karrozzi hi ta’ 12% fuq il-valur fil-każ ta’ karrozzi li joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropeja. Mhemmx dazju fuq karrozzi li joriġinaw fl-Unjoni Ewropeja.
Titħallas ukoll il-VAT ta’ 15% fuq il-valur u fuq id-dazju fil-każ ta’ karrozzi li joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropeja u 15% fuq il-valur fil-każ ta’ karrozzi li joriġinaw fl-Unjoni Ewropeja.
Mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja ir-rati jkunu dawk tat-Tariffa Doganali Komuni tal-Unjoni Ewropeja.
Jista’ il-Ministru jgħid fuq liema prodotti mportati mill-UE għadha titħallas levy? Meta se titneħħa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li il-Levy titħallas bl-istess rata fuq prodotti li jiġu mpurtati sew mill-Unjoni Ewropeja kif ukoll minn pajjiżi ohra.
Prodotti li għadhom suġġetti għal-ħlas ta' levy huma diversi prodotti agrikoli u oħrajn li huma agro-industrijali.
Huwa mistenni li dawn il-levies jitneħħew sa mhux aktar tard mid-data li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja jiġifieri l-ewwel ta' Mejju 2004.
Jista’ il-Ministru jgħid xi progress sar fuq il-privatizzazzjoni tal-lottu pubbliku?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess wasal fl-istadju finali tiegħu u qegħdin naħdmu sabiex nagħlqu l-fażi ta' konsultazzjoni bejn il-Maltco Consortium u r-riċevituri tal-lottu.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ispetturi tal-ETC, xahar b’xahar, minn Jannar, 2003 sal-lum? Kemm instabu kontravenzjonijiet xahar b’xahar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li, in-numru ta' spezzjonijiet li saru u kontravenzjonijiet li nstabu huma kif ġej:
2003 Spezzjonijiet Kontravenzjonijiet
Jannar 422 135
Frar 407 109
Marzu 385 100
April 269 56
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hawn proprjeta’ tal-gvern li tintuża għal skop industrijali? Jista’ jaqsamhom skond il-lokalita’? Jista’ jgħid kemm minnhom qed joperaw u kemm minnhom huma magħluqa u ma jistgħux jittieħdu mill-MDC minħabba xi raġuni jew oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MDC tamministra din il-propjeta` :
Qasam Industrijali
Numru ta' Fabbriki/huts
Attard
23
Bulebel
85
Hal Far
59
Kirkop
2
Kordin
75
Luqa
169
Marsa
91
Mosta
25
Mriehel
24
Ricasoli
28
Safi
2
San Gwann
67
Ta' Qali
116
Xewkija
21
In-Numru ta’ dawk il-fabbriki li huma magħluqa u ma jistgħux jittieħdu mill-MDC ivarja minn żmien għal żmien. Lil uħud minnhom nħargu ‘Eviction Orders’ kontra tagħhom, hemm oħrajn fejn l-MDC qegħda tinnegozja biex tieħu lura parti jew il-fabbrika kollha, u oħrajn qegħdin fil-proċess li jiġu allokati ġo fabbriki izgħar.
Jogħġbu l-Prim Ministru jkun daqstant ġentili li jixtarr il-proposta li l-jum tad-9 ta’ Mejju, Jum l-Ewropa, jkun jum nazzjonali f’pajjiżna?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ċertament mhux il-każ li tiżdied Festa Nazzjonali oħra mal-5 Festi Nazzjonali li għandna. Jista’ jkun il-każ li jitfittex “consensus” dwar bdil fil-liġi li tistabilixxi l-Festi Nazzjonali.
Jaħseb il-Ministru li in vista ta’ sentenza riċenti tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija f’Marzu 2003, li ddikjarat li l-artiklu 581 tal-Kodiċi Kriminali jmur kontra d-drittijiet fondamentali tal-bniedem, li dan l-artiklu għandu jiġi emendat mill-aktar fis sabiex ma jibqax aktar jissussisti dan l-sitat ta’ illegalita’?
Response (BORG, TONIO)
L-artikolu 581 li għalih jirreferi l-Onorevoli Interpellant ser jiġi emendat ma` l-ewwel opportunita`.
Jaħseb il-Ministru li in vista ta’ sentenza mogħtija mill-qrati tagħna li ddikjarat li d-distinzjoni li l-Kodiċi Ċivili jagħmel bejn tfal leġittimi u dawk illeġittimi tmur kontra d-drittijiet fondamentali tal-bniedem, li dak l-artiklu partikolari għandu jiġi emendat mill-iktar fis sabiex ma tibqax isseħħ din l-inġustizzja f’isem il-ġustizzja?
Response (BORG, TONIO)
Qed jiġu ikkunsidrati diversi emendi għall-Kodiċi Ċivili li jolqtu diversi kwestjonijiet, inkluża l-liġi tas-suċċessjoni u il-kwestjoni sollevata mill-Onor. Interpellant.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq prodotti tal-laħam aħmar u abjad importati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 59, Seduta Numru 5.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq dairy products importati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 59, Seduta Numru 5.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq processed foods importati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 59, Seduta Numru 5.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq vegetable oils and fats importati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Parlmentari Numru 59, Seduta Numru 5.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa u dazju li l-Gvern Nazzjonalista se jimponi fuq il-poplu Malti u Għawdxi wara Mejju ta’ l-2004 fuq vegetables and fruits importati mill-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE? Meta se jiġu fis-seħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentri Numru 59, Seduta Numru 5.
Jista’ il-Ministru jgħid għaliex il-Gvern Nazzjonalista qal lill-poplu li se jneħħi l-levies u d-dazji tal-biedja u ta’ l-ikel b’effett ta’ sħubija sħiħa ta’ Malta fl-UE u mbagħad beda jdaħħal u se jkompli jdaħħal xita ta’ tariffi u dazji fuq l-importazzjoni ta’ prodotti li storikament f’pajjiżna qatt ma pproduċejna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala membru tal-Unjoni Ewropeja Malta trid tapplika dik li hi magħrufa bħala l-‘Common External Tariff’ fl-1 ta’ Mejju 2004. Dan ifisser li ħafna dazji jitnaqqsu u oħrajn jiżdiedu.
L-Onor. Membru għażel li jirreferi għal dawk biss li jistgħu jiżdiedu.”