Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Korsijiet għall-użu tal-kompjuters
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inkitbu persuni għall-korsijiet imnedija mill-ministeru fl-użu tal-kompjuters? Kemm saru minn dawn il-korsijiet? Kemm attendew persuni għal dawn il-korsijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta` persuni li nkitbu ghall-korsijiet fl-uzu tal-kompjuters offruti mill-Ministeru tieghi huwa ta` 6685.
Dan il-kors inghata f`193 klassi, fejn f`kull wahda kien hemm tnax-il student.
In-numru ta` persuni li attendew ghall-kors fl-uzu tal-kompjuters huwa ta` 2221.
Jista' il-Ministru jindaga għalfejn hemm pressjoni baxxa ħafna ta' l-ilma fi Triq Adeodato Gatt, Ħaż Żebbuġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat mill-Korporazzjoni li l-problema ta` pressa baxxa ta` ilma fi Triq Addeodato Gatt, Haz-Zebbug hija wahda partikolari ghal xi flats li nbnew ricentament, liema flats huma aktar minn tliet sulari gholja. Minhabba problemi ta` leakage, il-korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-ilma qieghda taddotta policy li tkun marbuta li tipprovdi ilma bi pressjoni minima ta` 1 bar, li hija bizzejjed biex timla` tank fuq dar normali ta` tliet sulari. Din il-policy qed tigi addottata fejn hemm bini gdid u ssehh biss f`postijiet critici fiz-zoni (perezempju fl-oghla postijiet) u mhux fiz-zona kollha. Min jibni postijiet ta` aktar minn tliet sulari ghandu jiehu hsieb biex jinstalla` pompa biex ikun jista` jtella` l-ilma fis-sulari ta` fuq u fit-tank ta` fuq il-bejt. B`din il-policy, l-Korporazzjoni tkun tista` tikkontrolla l-leakage taz-zona ferm ahjar. Sadattant, peress li din il-policy ghadha relattivament gdida, il-Korporazzjoni qed tinvestiga jekk tistax issib xi soluzzjoni ohra ghal dan il-bini gdid.
Jista' il-Ministru jgħid kemm iltaqgħet it-task force dwar it-tarznari din is-sena? Xi ftehim intlaħaq fiha dwar pjan ta' ristrutturar tat-tarznari? Xi skemi ta' irtirar kmieni għall-ħaddiema hemm maħsuba sas-sena 2008? Kemm huwa ppjanat li jitnaqqas l-għadd ta' ħaddiema fit-tarznari sas-sena 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Jista' il-Ministru jikkunsidra li jirrakkomanda li Triq in-Nebbieta, Ħ'Attard, tingħata wiċċ xieraq peress li ħafna minn din it-triq ilha żviluppata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fi-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-isptar San Luqa għadha ma daħlitx sew is-sistema li ċerti minor operations isiru fuq bażi ta' day cases (ez Hernia) biex b'hekk jitnaqqas in-numru ta' pazjenti mis-swali tal-kirurġija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 233 dwar il-kumpanija amerikana involuta fil-bini tas-super yachts fit-tarzna, jikkonferma l-Ministru li l-kumpanija Palmer Johnson wara li ħabbret li kellha cash flow problems f'Diċembru 02, ġiet irrappurtata mill-IBI, (International Boat Industry) magazine li kontra qalbha kellha tirrikorri għal chapter 11 dwar falliment sabiex tikseb ħarsien mill-kredituri tagħha? Jekk il-kunpanija involuta lokalment mhix l-istess kumpanija, hemm xi relazzjoni ma' dik identifikata minni u/jew hi xi sussidjarja tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-kumpanija msemmija mill-Onor. Interpellant u dik li maghha l-Malta Drydocks se tkun involuta fil-progett dwar is-Super Yachts, kienu originarjament jifformaw parti mill-Palmer Johnson Group.
Imma l-kumpanija li se tkun involuta mad-Drydocks kienet inbieghet lil sidien differenti u topera taht management differenti wkoll.
Dipartiment tas-Saħħa — Karta għall-ġbir tal-pilloli
Question
B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 232, fejn kont qed nirreferi għall control card for Narcotic/Psychotropic Drugs, jista' issa l-Ministru jagħti tweġiba?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li minn statistika li jiġbor id-Dipartiment jirriżulta li matul is-sena 2002 inħarġu 24,744 'Control Card for Narcotic Psychotropic Drugs'.
Ninforma li dawn jinkludu numru zgħir ta' barranin, u numru ieħor ta' 'cards' li nħarġu darbtejn fl-istess sena peres li tkun intilfet l-ewwel waħda, imtliet jew l-informazzjoni tal-pazjent inbidlet.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija numru 182 u cioe' jgħid meta se jitkompla x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta fuq it-triq ta' Burmarrad, il-parti li tagħti minn San Ġużepp tat-Tarġa fejn saret roundabout f'Tal-Qlejja?
Kemm tħallsu flus lill-kuntrattur s'issa? Dan il-ħlas ikopri x-xogħol kollu li sar s'issa?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 184 u cioe' jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu fuq it-triq li tagħti mis-Salina sa l-Iklin? Kemm tħallas s'issa l-kuntrattur fuq dan ix-xogħol?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 185 u cioe' jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu fuq il-Mosta ringroad? Kemm tħallas il-kuntrattur sal-lum għax-xogħol li għamel?
Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Pagi kull erba' ġimgħat
Question
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija numru 196, jista' il-Prim Ministru jgħid fil-każ tal-gradi ndustrijali tal-ħaddiema fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi meta hu maħsub li se jiġi fis-seħħ il-ftehim milħuq għall-ħlas tal-pagi kull erba' ġimgħat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li qed isiru t-tħejjijiet neċessarji, u huwa stmat li sa ftit xhur oħra għandu jiġi fis-seħħ il-ftehim milħuq għal ħlas tal-pagi kull erba’ ġimgħat.
Jista' il-Ministru jivverifika u jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm overflow kontinwu ta' drenaġġ taħt Għeriexem l/o Rabat li mbgħad jibqa' sejjer sal-Ħemsija Ta' Qali u Ħ'Attard?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet azzjoni mmedjata wara li nstabet ħsara ħdejn il-gate ta' l-Imdina, faċċata ta' l-Għeriexem, u l-fawran tat-dranaġġ waqaf. Ix-xogħol ser jitkompla fil-ġranet li ġejjin biex il-ħsara tissewwa darba għal dejjem.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinstema' il-kumplament ta' l-appell ta' ċitazzjoni numru 905/91 F1 NA li l-aħħar li nstemgħet kien f'seduta tat-Tnejn 25 ta' Marzu, 2002 quddiem l-ex Imħallef Arrigo?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-appell mic-citazzjoni Nru 905/91 F1 NA li giet deciza fil-25 ta' Marzu, 2002 quddiem l-ex Imhallef Noel Arrigo ghadu ma giex appuntat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx bil-leakage ta' drenaġġ f'kantina fi Triq S. Bartolomeo, Ħal Qormi fl-area tal-fond bin-numru 149? X'għamel u x'qed jagħmel id-dipartiment bix tissolva din il-problema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-main tad-dranaġġ fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi ġie spezzjonat mid-Dipartiment tad-Dranaġġ u ma rriżultax li hemm leakage.
Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha ssir lid-Dipartiment tas-Saħħa biex ikun jista' jagħmel l-investigazzjonijiet fuq is-sistema privata tal-fond imsemmi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk pazjent li jkunu sarulu t-testijiet neċessarji u jirriżulta li jkollu bżonn il-hearing aid kemm irid idum jistenna sabiex jiġi mogħti dan l-istrument jekk ikun jikkwalifika għal mediċini b'xejn? Kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew biex jirċievu l-hearing aid? Veru li mill-anqas iridu jdumu jistennew 5 xhur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti biex isir reserved parking f' Sacred Heart Street, Raħal Ġdid u quddiem liema residenza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immanigjar tat-Traffiku ma nstabet l-ebda applikazzjoni pendenti għal reserved parking f'Sacred Heart Street, Raħal Ġdid.
Jista' il-Ministru jinformani kemm kien hemm impjegati reġistrati fl-MTA fil-31 ta' Marzu, 2003?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' impjegati reġistrati fl-M.T.A. fil-31 ta' Marzu 2003, kien kif ġej:
147 Impegati Lokali
7 Residenti barra minn Malta
38 Istitut għall-Istudji Turistiċi (Staff Akkademiku)
Il-Malta Tourism Authority għandha wkoll lista ta' 102 persuni li joffru s-servizz tagħhom meta l-M.T.A. torganizza events, bħall-'In Guardia' u enactments storiċi oħra.
Swatar l/o Birkirkara — Triq it-Torri - zebra crossing
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir iz-zebra crossing (anke waħda temporanja) li tant hi meħtieġa sabiex jiġu evitati inċidenti stradali fi Triq it-Torri, fis-Swatar l/o Birkirkara biswit l-istabiliment magħruf il-Price Club? Jaf il-Ministru li din iz-zebra crossing tneħħiet mingħajr raġuni valida u li r-residenti ġabru petition - kopja tagħha qed tintbagħat separatament - sabiex l-istess zebra crossing terġa' issir fl-istess post? Din it-triq saret waħda traffikuża u diversi familji li għandhom ulied għadhom żgħar huma preokkupati ħafna.
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi fi Triq it-Torri bħalissa qed isir xogħol ta' rikostruzzjoni tat-triq. Hekk kif dan ix-xogħol jitlesta tkun tista terġa ssir iz-zebra crossing ħdejn il-post fejn qabel kien hemm il-Price Club.
Fir-rigward ta' l-ammont tat-traffiku li qed jinġemgħa f'din it-triq b'detriment għar-residenti tat-triq, jien infurmat illi t-traffiku mistenni jiġi ddevjat hekk kif titlesta l-underpass li tagħti għal San Ġwann, u jerġa jibda jiffunzjona l-Bypass, peress li t-triq hija ntenzjonata li tintuża biss bħala service road.
Ċimiterju Santa Marija Addolorata — Xiri ta' oqbra
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura uffiċjali sabiex persuna tapplika biex tixtri qabar fiċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata? Jista' jgħid jekk hemmx oqbra ġodda vakanti u jekk le, kemm hemm min qed jistenna li jiġi allokat qabar għall-familja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-proċedura uffiċjali sabiex wieħed jakkwista qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata hija l-istess bħal dik taċ-ċimiterji kollha tal-Gvern.
Persuni li m'għandhomx diġa qabar f'xi ċimiterju tal-Gvern, jistgħu japplikaw billi timtela applikazzjoni fejn jiġi indikat liema ċimiterju huwa preferit. Dawn l-applikazzjonijiet jintbagħtu lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fejn jitniżżlu ġo lista differenti għal kull ċimiterju tal-Gvern, skond id-data ta' l-applikazzjoni. Meta jkun hemm oqbra għal bejgħ dawn jiġu mgħajta skond din il-lista.
Bħalissa fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata m'hemmx oqbra ġodda vakanti.
In-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta' oqbra fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata huwa 2238.