Legislature:
Category:
Reset
Active:

MDC — Fabbriki u investiment ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il fabbrika jew investiment ġdid (mhux estensjoni ta' dak eżistenti) ġie approvat mill-MDC matul is-snin 2000, 2001 u 2002? Liema minhom ġie attwalment realizzat u cioe' beda jiffunzjona u f' kull każ li proġett inbeda attwalment, kemm ħaddem persuni miegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta' proġetti ġodda (i.e. mhux tkabbir ta' proġetti eżistenti) li għaddew mill-Bord tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp bejn l-1 ta` Jannar 2000 u l-aħħar ta' Diċembru 2002 u li bhalissa qiegħdin jaħdmu huwa ta' 57. Huwa stmat li bħalissa dawn il-proġetti qiegħdin iħaddmu mal-400 ruħ full-time u 30 ruħ oħra part-time. Il-Korporazzjoni għandha f'idejha informazzjoni dwar proġetti individwali li ma` tistax tingħata minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita. Sa l-aħħar ta' 2005 dawn il-proġetti mistennija jkunu jħaddmu madwar 1,260 ruħ.

Żurrieq — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla t-twessiegħ ta' Triq il-Kanġu Żurrieq fejn il-Boundary Wall ġie mibni filwaqt li t-twessiegħ ma tlestiex u ma ngħatax wiċċ? Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir fir-rigward ta' traffic managment fi Blue Grotto Avenue Żurrieq flok ir-round about li tneħħiet? Ta' min jinnota li kif inhi fil-preżent it-triq qed toħloq periklu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' kif hija pjanata li ssir Blue Grotto Avenue flimkien ma' Triq il-Kanġu kantuniera magħha. Il-kulur aħdar muri fuq il-pjanta juri Triq il-Kanġu kif kienet oriġinarjament, qabel ma ġiet imwessa t-triq filwaqt li l-kulur blue juri kif hi pjanata li tiġi ffurmata triq il-Kanġu ma' Vjal Blue Grotto u kif ser jiġi mmexxi l-immaniġjar tat-traffiku. Il-kulur iswed fuq il-pjanta juri kif kienet it-triq qabel ma beda jsir ix-xogħol fiha. Jien infurmat li l-Junction mistennija titlesta sa' l-aħħar ta' Ġunju.
Leg 10 PQ #267 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Residenza St. Anna

Question

Kemm intefqu flus biex tiġi rranġata s-Sala St. Anna fl-isptar ġenerali ta' Għawdex? Kemm ingħataw kuntratti u xogħol lill-privat u kemm kien jiswa kull kuntratt? Dawn il-kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-fondi għall­proġett Residenza Sant'Anna inħarġu mill­Welfare Committee. Għaldaqstant il­Ministeru għal Għawdex mhux f'pożizzjoni li jagħti l­informazzjoni mitluba.

Imigranti illegali

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-imigranti illegali li waslu f'pajjiżna mil 1 ta' Jannar 2002 sal-llum (a) bin nazzjonalita', (b) eta', (c) dati (sekwenza tal-gruppi kif waslu f'pajjiżna) jekk bil-baħar/gruppi li nqabdu fl-art?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Imigranti illegali

Question

Kemm waslu immigranti llegali f'pajjiżna mil 1 ta' Jannar 2002 sal-llum? Kemm minnhom inqabdu fuq l-art mill-puluzija? Kemm minnhom inġabru minn fuq il-baħar mill-armata? Kemm minnhom applikaw għall-status ta' refuġjat? Kemm minnhom ġew aċċettati bħala refuġjati? Kemm minnhom ingħataw status umanitarju?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel tlett partijiet tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi n-numru ta` immigranti llegali (nies li waslu Malta fuq laneċ) li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati rċieva l-applikazzjoni tagħhom għal rikonoxximent ta` status ta` refuġjat bejn l-1 ta` Jannar 2002 u l-4 ta` Ġunju 2003 kien 506 każ (703 persuna). Minn dawn, 40 każ (51 persuna) ġew rikonoxxuti bħala refuġjati; 197 każ (324 persuna) ingħataw status umanitarju; 215 każ (260 persuna) kellhom it-talba tagħhom miċħuda; 54 każ (68 persuna) għadhom qed jiġu eżaminati. Hemm 179 każ ieħor (233 persuna) fejn in-nies konċernati mlew Kwestjonarju Preliminari li permezz tiegħu rreġistraw ix-xewqa tagħhom li japplikaw biex jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati. L-applikazzjoni formali u l-intervisti ta` dawn il-persuni għad iridu jsiru. Dawn jinkludu 45 każ (104 persuna) li rreġistraw bħala Iraqini.

Imigranti illegali — Imigranti li jinsabu taħt detenzjoni

Question

Kemm huwa t-total ta' applikazzjonijiet għal-status ta' refuġjat li huwa pendenti f'dawn il-postijiet ta' detenzjoni b'mod separat? (a) Lister Barracks, (b) Safi Barracks, (c) kwartieri ġenerali tal-puluzija, (d) Ċentu ta' Imigrazzjoni f' Ħal Far, (e) Ta' Kandja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru totali ta` applikazzjonijiet għal status ta` refuġjati (każi mibdijin diġa` u oħrajn li għadhom qed jiġu eżaminati) li huma pendenti fiċ-ċentri ta` akkomodazzjoni li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant hu ta` 179 każ li jinvolvu 233 persuna. Dawn il-każi huma mqassma kif ġej:- Lyster Barracks - 47 każ li jinvolvu 91 persuna Safi Barracks - 72 każ li jinvolvu 82 persuna Police G.H.Q. - 34 każ li jinvolvu 34 persuna Ħal Far Immigration Centre - 26 każ li jinvolvu 26 persuna Ta' Kandja - xejn

Imigranti illegali — Imigranti li jinsabu taħt arrest

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa t-total ta' detenuti (Immigranti illegali) fil-postijiet ta' detenzjoni li se nsemmi: (a) Lister Barracks (Ħal Far), (b) Safi Barracks (Ħal Safi), (ċ) Kwartieri ġenerali tal-puluzija, (d) Ċentru ta' l-Imigranti illegali f' Ħal Far, (e) Ta' Kandja. Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nisa, irġiel u tfal (taħt l-14 il-sena) f' kull kamp ta' Detenzjoni - informazzjoni separata għall kull kamp ta' detenzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Irġiel Nisa Tfal (taħt 16-il sena) Total Lyster Barracks 65 71 69 205 Safi Barracks 130 30 62 222 Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 147 - - 147 Ċentru ta` l-Immigrazzjoni Ħal Far - - - - Ta` Kandja - - - -

Impigranti illegali — Ripatrijazzjoni

Question

Kemm kien it-total ta' persuni li ġew ripatrijati lejn pajjiżhom wara li nstab li daħlu Malta illegalment mill-1 ta' Jannar 2002 sal-lum? Lejn liema pajjiżi ġew ripatrijati? Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kif saru dawn l-operazzjonijiet ta' ripatrijazzjoni mil 1 ta' Jannar 2002 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 728 persuna minn dawk li daħlu Malta illegalment mill-1 ta` Jannar 2002 l`hawn li ġew ripatrijati lejn pajjiżhom. It-tagħrif l-ieħor mitlub hu kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Buġibba — Triq it-Turisti - traffiku

Question

Jista' il-Ministru jirrikkmanda l-introduzzjoni ta' traffic calming measures fi Triq it-Turisti, ma' Triq Cassarino, ħdejn il-playing field ta' Buġibba li ġieli qed ikun hemm overspeeding f'area frekwentata mit-tfal għax hemm il-playing field?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għalkemm l-area msemmija taqa' taħt ir-responsabilta' tal-Kunsill Lokali, tlabt lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex tiddiskuti din it-talba mal-Kunsill Lokali.

Attard — Provvista ta' l-ilma

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentrari numru 167, filwaqt li nehmeż under seperate cover indirizz speċifiku, jista' il-Minsitru jinnonta li din il-problema ma hijiex daqstant lokaliżżata?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma li ser tara x`inhi l-problema ta` pressjoni baxxa fl-indirizz moghti mill-Onorevoli Interpellant u terga ticcekkja jekk din il-problema hix lokalizzata jew le.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Knisja - Bankini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-limiti ta' kemm tista' toħroġ bankina fi triq, kemm one-way jew two-way u jekk dawn il-limiti humiex qegħdin jiġu mħarsa fi Triq il-Knisja ħdejn il-Menqa f'San Pawl il-Baħar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-wiesa' ta' bankina għandha tippermetti l-użu ta' wheelchair. Ix-xogħol tal-bankini fit-triq imsemmija huwa f'idejn il-Kunsill lokali, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.

Żejtun — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dar ta' l-anzjani taż-Żejtun tilqa' fiha residenti bed ridden? Bħalissa hemm persuni li huma bed ridden?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond il-fethim li jkopri l-operat tad-Dar ta' l-Anzjani ta]-}ejtun, biex persuna ti;i ammessa f'din ir-residenza ma tridx tkun di;a' bedridden. Ninsab infurmat li fil-pre]ent hemm persuna wa[da, li da[let f'din id-Dar disa snin ilu, li hi klassifikata b[ala bedridden.
Leg 10 PQ #277 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Xiri ta' oqbra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet biex persuni jixtru oqbra? Hemm permessi biex jitħaffru oqbra? Jekk iva, kemm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet biex persuni jixtru qabar f'Ċimiterji tal-Gvern rispettivi huma kif ġej: Żebbuġ (Malta) 201 Mosta 441 Rabat 605 Addolorata 2238 Ta' Braxia 94 Mġarr (Malta) 17 Kalkara 26 Mellieħa 109 Qormi 190 Burmarrad 362 Ninforma li għaċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata teżisti applikazzjoni għal bini ta' madwar 1500 qabar, liema applikazzjoni qegħda fl-aħħar fażi tagħha, f' Burmarrad qegħdin jinbnew madwar 128, waqt li fil-Mellieħa, fiċ-Ċimiterju magħruf bħala tal-Jugoslavi, tlestaw 84 qabar.

Dingli — Ħajt perikoluż

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 166 peress li l-ħajt in kwistjoni ilu rapportat li huwa perikoluż għall ħafna xhur tant li r-residenti f'din it-triq saħansitra jibżgħu jipparkjaw taħtu, tista' ssir xi ħaġa biex dan il-periklu jitneħħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 166, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ground huwa mogħti b'ċens ta' 49 sena lill-Klabb Dingli Swallows taħt il-ħarsien tal-Kunsill għall-Isport. Għalhekk it-tiswija meħtieġa hija responsabbilta' tal-Klabb.
Leg 10 PQ #279 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — Votanti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' votanti, distrett b'distrett, skond l-aħħar reġistru elettorali? Liema distretti jaqbżu jew huma taħt il-limitu permess mal-liġijiet u r-regolamenti elettorali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-għadd ta’ votanti reġistrati fir-reġistru elettorali l-aħħar rivedut (April 2003) huwa ta’ 299,864. Dawn il-votanti huma reġistrati hekk:- Distrett Votanti 1 21315 2 22488 3 23443 4 22403 5 24277 6 21837 7 23408 8 22948 9 22175 10 22949 11 23934 12 24453 13 24234 L-ewwel u s-sitt distrett elettorali huma taħt il-limitu tal-ħamsa fil-mija tal-kwota elettorali kif stabbilit f’Artiklu 61 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Il-ħames, it-tnax u t-tlettax distrett elettorali huma akbar mill-ħamsa fil-mija msemmija fl-istess artiklu.

Ċentri ta' matul il-jum għall-adulti — Żgħażagħ b'diżabilita'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex veru li żgħażagħ diżabbli li temmew l-edukazzjoni tagħhom fl-iskejjel speċjali mhux se jiġu aċċettati din is-sena biex jattendu ċ-ċentri ta' matul il-jum għall-adulti? Jekk huwa minnu, x'inhuma r-raġunijiet? X'se jiġri minn dawn iż-żgħażagħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ]-]ag[]ag[ di]abbli li temmew l-edukazzjoni tag[hom fl-Iskejjel Spe/jali tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ser ji;u a//ettati fi/-?entri ta' Matul il-Jum g[all-Adulti din is-sena b[as-snin li g[addew.

Dingli — Recreational area

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 164, jista' il-Ministru jikkunsidra li jirrakkomanda li din iż-żona tiġi żviluppata bħala recreational area?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona li qiegħed jirreferi għaliha tifforma parti mill-Qasam tad-Djar ta' Ħad-Dingli. Din iż-żona taqa' taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni tad-Djar fil-Ministeru tal-Politika Soċjali, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanta tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #283 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli skolastiċi — Presidenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista sħiħa tal-presidenti tal-kunsilli skolastiċi maħtura għas-sentejn li ġejjin? Jista' għid fuq liema kriterji nħatru? Jista' jgħid f'liema kunsilli skolastiċi l-presidenti ġew maħtura kif indikati mill-kunsilli lokali? Jista' jgħid f'liema kunsilli skolastiċi l-Ministru ma aċċettax ir-rakkmandazzjoni tal-kunsilli lokali u x'kienu r-raġunijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif mitlub jiġi kompilat biex nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Knisja - bankini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'permessi kien hemm biex isiru tibdiliet fil-bankini ta' Church Street, f'San Pawl il-Baħar? X'kienu r-raġunijiet għal dan it-tibdil? X'konsiderazzjoni ngħatat lill-konsegwenzi ta' dawn it-tibdiliet fuq it-triq u l-ġirien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bankina fi Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar hija responsabilta' tal-Kunsill Lokali.