Jista’ il-Ministru ġentilment jinvestiga lmenti li waslu għandi minn pazjenti dwar dewmien esaġerat meta jmorru biex jirtiraw pilloli minn Sir Paul Boffa Hospital ?
Jekk dan l-ilment jinstab li hu minnu, possibbli jittieħdu passi biex dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nikkonferma li bħalissa qed ikun hemm ċertu dewmien sabiex jinqdew il-pazjenti mill-ispiżerija ta' l-isptar Boffa. Dan qed jiġri għaliex irriżenjat waħda mill-membri ta' l-istaff. Madankollu, qed isiru sforzi sabiex il-pazjenti jinqdew fl-istess ġurnata. Fid-dawl ta' nuqqas ta' spiżjara li għandha d-Diviżjoni tas-Saħħa, qed ikun hemm diffikulta` sabiex jinstab sostitut. Ta' min jgħid li l-ispiżerija tkun miftuħa bejn 8.15am u 1.45pm.
Jista’ il-Ministru jgħid minn kemm nies hi magħmula s-sezzjoni għat-tiswija ta’ super yachts fit-Tarzna, Palmer Johnson? Kemm hemm barranin jagħmlu parti minn din is-sezzjoni? Meta sar il-ftehim ma’ Palmer Johnson? Fiex jikkonsisti dan il-ftehim u possibbilment, jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
In-natura tal-informazzjoni mitluba hija sensittiva kummercjalment u ghalhekk ma tistax tinghata.
Jista’ il-Ministru jgħid meta se jitgħatta l-Baċir Nru. 3? Kemm se jqum dan il-proċess? Min se jħallas għalih?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Progett tal-Bacir Nru. 3 li qed ikun konvertit f'facilita' ghat-tiswija ta' super yachts ser jitmexxa minn kumpanija bejn it-Tarzna u kumpanija Amerikana. Sa' l-ahhar ta' Lulju 2003 mistenni li din il-kumpanija tkun tista' topera. L-informazzjoni finanzjarja mitluba hija ta' natura kummercjali u ghalhekk ma tistax tinghata.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati ma’ l-istamperija tal-Gvern? X’tip ta’ xogħol jingħata lilhom? Għaliex ċertu xogħol jingħata lill-kumpanniji privati meta dan ikun jista’ isir mill-istamperija tal-gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Hemm 67 impjegat jaħdmu fl-Istamperija tal-Gvern. Ir-responsabbiltajiet ta’ dawn l-impjegati jvarjaw skond il-grad.
Il-parti l-kbira tax-xogħol ta’ stampar tad-Dipartimenti jsir fl-Istamperija tal-Gvern. Madanakollu, jkun hemm okkażjonijiet fejn ix-xogħol mitlub ikun mgħaġġel ħafna u l-Istamperija tal-Gvern ma tkunx f’qagħda li tlestieh minħabba pressjoni ta’ xogħol. Drabi oħra, t-tip ta’ xogħol mitlub jkun meħtieġ makkinarju li l-Istamperija tal-Gvern ma għandhiex.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-pjan dwar Pjazza Santa Margerita, f’Bormla li sar minn Gvern Nazzjonalista ta’ qabel l-1996, għadux bil-ħsieb li jsir? Jekk fl-affermattiv, jista’ għallinqas jagħti ndikazzjoni meta se jsiru x-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta' Pjazza Santa Margerita ser jitkompla s-sena d-dieħla wara li ngħataw il-permessi meħtieġa mill-MEPA.
Dan ix-xogħol kien waqaf peress li l-Kunsill Lokali ta' Bormla biddel il-pjan dwar it-tkomplija tal-proġett.
Issa li għaddew ħafna snin minn meta l-ground ta’ l-iskola primarja ta’ Bormla tkissritlu biċċa minnu, jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan il-ground żgħir li tant kien frekwentat jiġi rranġat biex ikun jista’ jintuża?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ground li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hi pjazza pubblika li ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-iskola.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fir-rigward tal-Baċir Nru. 1 issa li għaddew ħafna snin minn meta suppost sar xi bidla fih?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-dock nru 1. hu parti ntegrali fit-trasferiment tal-artijiet kollha li llum tokkupa t-Tarzna u li trid issir bejn it-Tarzna u l-Gvern. Hu mistenni li l-aspetti legali ta' dan it-trasferiment jigu konkluzi fix-xhur li gejjin.
Fil-preżent, jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ kumpanniji/fabbriki, eċċ. li qed jiġu mħarka mid-dipartiment sabiex iħallsu dawn il-pagamenti tal-NI li għadhom pendenti? Kemm hi ċ-ċifra ta’ flus in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kumpannji/fabbriki li qed jiġu mħarka mid-Dipartiment huma 11.
Iċ-ċifra ta’ flus pendenti rigward il-pagamenti tal-N.I. hija ta’ Lm1,099,502.31.”
Fil-preżent, jista’ il-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta’ ħlas ta’ flus tat-taxxa ta’ l-income pendenti li għandhom iħallsu l-kumpanniji privati, parastatali, eċċ. f’Malta u Għawdex separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Dipartiment tat-Taxxi Interni/VAT — Ħlas ta' pagamenti minn kumpanniji privati
Question
Fil-preżent, jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ kumpanniji privati, eċċ. li qed jiġu mħarka mid-dipartiment tat-taxxi interni u tal-VAT sabiex iħallsu l-pagamenti li ħallew jakkumulaw tul is-snin? Kemm hi ċ-ċifra ta’ flus in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ha proċeduri legali kontra 2554 kumpanija permezz ta’ ittri uffiċċjali u mandati ta’ sekwestru. L-ammont involut hu ta’ Lm23,753,194.
Fir-rigward tal-VAT, sal-31 ta’ Mejju 2003, kienu ittieħdu proċeduri kriminali bil-Pulizija kontra 42 operaturi tan-negozju għal misapproprazzjoni tal-VAT. L-ammont involuti huma Lm168,507 taħt il-VAT 1994 u Lm407,015 għal VAT 1999.
Qed jittieħdu proċeduri ċivili wkoll fi 382 każi oħra għal ammonti dovuti lid-Dipartiment kif jidher hawn taħt:
VAT 94 - Lm1,927,070
CET 97 - Lm1,027,164
VAT 99 - Lm2,814,909
Barra minn hekk, id-Dipartiment joħroġ regolarment statements lit-taxpayers li jkollhom igħaddu l-VAT lid-Dipartiment. Meta dawn, minkejja l-avviżi li jingħataw, jibqgħu ma jħallsux, id-Dipartiment jibda proċeduri ċivili u kriminali kontra tagħhom.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tax payers li rċevew ir-refunds ta’ l-income tax u tal-VAT fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? X’kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tal-Income Tax l-informazzjoni mitluba qed tidher fit-tabella mehmuza.
Filwaqt li r-rifużjoni ta’ VAT mill-1999 sa 2003 kienet
Jannar/April
Sena
Ammont
Numru ta’
taxpayers
2000
Lm5,545,926.85
4,934
2001
Lm7,600,011.05
5,880
2002
Lm6,791,503.91
5,662
2003
Lm9,694,796.01
7,364
Billi s-sena 1999 kienet l-ewwel sena taħt il-VAT 1999, ir-refunds tal-VAT bdew isiru wara April 1999.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ passiġġieri ta’ ċittadinanza Maltija li ġarret l-Air Malta sabiex jiġu jivvutaw għall-elezzjonijiet ġenerali 2003 u għar-referendum tat-8 ta’ Marzu, 2003?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B’riferenza għan-negozjati li saru bejn il-Gvern Nazzjonalista u l-UE dwar is-sussidji fuq il-prezzijiet interni u esterni ta’ l-ikel ta’ l-UE kif imħaddma taħt is-sistema tal-CAP, jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-prezzijiet interni u esterni ta’ l-ikel ta’ l-UE jew kalkoli li fuqhom ġew stabbiliti l-ammonti u sussidju kif imfissra fit-trattat li sar bejn il-Gvern Nazzjonalista u l-UE bħal fil-każ ta’ zokkor, fejn fl-ewwel xhur tas-sħubija l-prezz ta’ dan il-prodott se jkun issussidjat minn taxxi tal-Maltin u l-Għawdxin bi 11-il miljun euro? Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-prezzijiet jew kalkoli tal-Gvern Nazzjonalista fis-snin ta’ qabel ġie finalizzat it-trattat, cioe` fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li l-Gvern nnegozja ma’ l-Unjoni Ewropea dawk li jissejħu “supply measures” fuq certi prodotti agrikoli mpurtati. Il-Gvern għamel dan għaliex dejjem kellu kuxjenza socjali u għaldaqstant ried jassigura li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ma ġġibx magħha impatt fuq żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti mpurtati, bħal dak li hu wkoll semma, jigifieri z-zokkor. Biex dan il-għan jintlaħaq, il-Gvern, anki fil-process tan-negozjati, kien assistit minn esperti barranin. Dawn kienu forniti b’kalkoli tal-prezzijiet, dawk dinjija u dawk ta’ l-Unjoni Ewropea.
Kollox kien jorbot fuq l-andament previst tas-swieq tal-prodotti agrikoli li fuqhom Malta tablet “supply measures”. F’dan ir-rigward, fi zmien in-negozjati dinjija oħra fuq il-biedja fi ħdan WTO u wara l-esperjenzi tas-swieq wara l-konklużjoni tal-Uruguay Round fl-1994, ġie deciż li l-aħjar mekkaniżmu għandu jkun wieħed digressiv fuq il-modalita’ nnegozjata. Id-dettalji huma hekk: Is-sussidju jibda fl-ewwel sena tas-sħubija, 2004, u jintemm fl-2010. Din l-għajnuna tkun digressiva billi s-sussidju jkun ta’ 100% fl-ewwel sena, 95% it-tieni sena, 90% fit-tielet sena u jonqos bi 18% kull sena bejn ir-raba’ u s-seba’ sena.
Dan il-mekkaniżmu hu l-aħjar wieħed li Gvern b’kuxjenza socjali, seta’ jasal għalih.
Jista' il-Ministru jixtarr il-possibilita' li ssir sleeping policeman fi Triq Joseph Burlo, Tarxien, minħabba l-ispeed eċċessiv li bih qed jgħaddu l-vetturi issa li t-triq ġiet asfaltata b'mod tajjeb immens?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku huwa nfurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li dan il-kunsill ma jaqbilx mal-kunċett ta' sleeping policeman.
Jogħġbu il-Ministru jinterjveni sabiex Triq il-Miġra fil-Gudja tingħata l-asfalt minħabba li l-istat tagħha huwa ħażin immens?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi Triq il-Miġja hija waħda mid-diversi toroq li qed jiġu spezzjonati mill-Awtorita dwar it-Trasport biex tiżdied fil-program ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol f'dawn it-toroq isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex Triq l-Isqof Pietru Pace f'Raħal Ġdid tiġi asfaltata ladarba s-servizzi neċessarji diġa' ġew mgħoddija minn din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien ninsab infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mal-Kunsilli Lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjieb f'diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar 'l quddiem skond l-eżiġenzi tad-Direttorat.
Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' tfajliet li matul din is-sena telqu kmieni mill-iskola sekondarja minħabba tqala? X'kienet l-iżgħar eta'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' tfajliet li ħarġu mill-iskola kmieni minħabba tqala huma 20. L-iżgħar eta' kienet 14. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha servizz apposta għal dawn it-tfajliet.
Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' suwiċidji f'Malta u f'Għawdex matul din is-sena, bl-etajiet rispettivi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Mejju ta` l-2003 ġew irrapurtati lill-Pulizija 7 każi ta` persuni li ikkomettew suwiċidju. L-eta` tagħhom kienet tvarja bejn 22 u 82 sena.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li l-art tal-gvern li hemm bejn Triq l-Imdina, Triq Wied Ħesri u Triq it-Tabib Nikol Zammit, fis-Siġġiewi tiġi mgħoddija lill-kunsill lokali tas-Siġġiewi biex tiġi żviluppata f'faċilita' għal persuni b'diżabilita' u l-anzjani?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li l-Ufficcju Kongunt jamministra diversi proprjetajiet li jinstabu bejn Triq l-Imdina, Triq Hesri u Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siggiewi. Ghalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub sabiex jindika fuq pjanta l-art li qieghed jirrefferi ghaliha.