Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #34 Sitting 9 2003-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Skejjel primarji

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’sar sabiex jitjieb il-livell edukattiv ta’ tfal li jattendu skejjel primarji governattivi fil-Kottonera f’dawn l-aħħar erbgħa snin? Jista’ il-Ministru jgħid jekk iqisx li hu aċċettabbli li jkollna ammonti ta’ tfal fil-year 6 li ma jaqbżux il-marka ta’ 15 minn 100? X’se jagħmel sabiex dan l-ammont ta’ tfal jonqos?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif meħtieġ jinġabar mid-diversi taqsimiet u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #35 Sitting 9 2003-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

President Bush — Sitt Flotta Amerikana

Question

Peress li fl-awgurju li l-President Bush bagħat lill-Prim Ministru fejn irringrazzjah għas-support li ta lis-Sitt Flotta Amerikana, jista’ il-Prim Ministru jispjega fiex kienu jikkonsistu dawn il-metodi ta’ support?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant l-ekwipaġġi ta’ diversi bastimenti mis-Sitt Flotta Navali ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika jkollhom l-opportunita` li jistrieħu waqt żjarat li jagħmlu f’Malta l-bastimenti tagħhom. Dan hu apprezzat mhux biss mill-ekwipaġġi u l-familji tagħhom imma wkoll mill-Gvern Amerikan.

UE — Trab tal-ħalib xkumat - sussidju

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex il-Gvern Nazzjonalista aċċetta fit-trattat li ffirma ma’ l-UE li s-sussidju fuq il-prezz għoli tat-trab tal-ħalib xkumat ikun biss limitat għal 521 tunnellata meta l-MDP waħedha diġa’ timporta madwar 700 tunnellata għall-produzzjoni tagħha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li l-Gvern għamel xogħolu bl-akbar metikolosita’. Hu veru li s-sussidju fuq il-prezz tat-trab tal-ħalib xkumat hu limitat għal 521 tunnellata. Dan hu hekk għax dik hi l-figura medja ta’ ħtiġijiet ta’ mportazzjoni ta’ ħalib xkumat għall-ipprocessar u produzzjoni ta’ prodotti ta’ ħalib f’ Malta għas-snin 1998 – 2000.

UE — Zokkor/ċereali - sussidju

Question

Skond it-trattat il-Gvern Nazzjonalista aċċetta li jissussidja l-bdiewa ta’ l-UE li jipproduċu z-zokkor u ċereali bi kważi Lm6 miljun fl-ewwel tmien xhur tas-sħubija, fl-istess trattat il-Gvern Nazzjonalista aċċetta li jissussidja bi Lm3 miljun fuq perjodu ta’ għaxar snin il-bdiewa lokali kontra telf li dawn se joffru fuq il-varjetajiet kollha tal-ħaxix frisk minħabba t-tneħħija tal-levies, jista’ il-Ministru jgħid għaliex saret din id-diskriminazzjoni mal-bdiewa lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant għandu jifhem li qed iħallat u jagħmel paraguni li ma jreġux. Hu jaf tajjeb li l-Ministeru kkummissjona studji biex id-dħul tal-bidwi fuq ħaxix u frott (kif ukoll dak tar-raħħal għal prodotti oħra) ma jbatix. Mhux biss hekk. Imma l-Gvern se jieħu l-opportunita tas-sħubija billi l-mestjier tal-bdiewa u r-raħħala jitjieb u jissaħħaħ. Għalhekk il-bdiewa u r-raħħala tagħna se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dħul gdid taħt il-guarantee ta’ l-Iżvilupp Rurali kif ukoll għall-għajnuna għal ristrutturar, produttivita’ u efficjenza taħt il-Guidance. Mhux biss. Il-Gvern innegozja Special Safeguard għal ħames snin għas-settur tal-biedja, biex f’każ li jkun hemm theddida għal xi settur tal-biedja, jkunu jistgħu jittieħdu miżuri ta’ protezzjoni.

Laħam tal-majjal

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi kkalkolata l-ispiża tal-qatla tal-majjal frisk illum? Kemm minn din l-ispiża qed jikkumpensa l-gvern u kemm il-koperattiva? Kemm mistennija tiżdied jew tonqos din l-ispiża wara s-sħubija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-ispiża biex jinqatel il-majjal hija ta' 7 cents il-kilo li minnhom 1cent 2 mils il-kilo (average) jitħallsu mill-produttur. Il-Koperattiva ma toħroġ xejn. Il-biccerija ġiet upgraded ricentement u b'iżjed awtomatiżazzjoni l-spiża tal-qatla ser tkompli tonqos.

Laħam taċ-ċanga friska

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hi kkalkolata l-ispiża tal-qatla taċ-ċanga friska llum? Kemm minn din l-ispiża qed jikkumpansa l-gvern u kemm il-koperattiva? Kemm mistennija tiżdied jew tonqos din l-ispiża wara s-sħubija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża tal-qatla tac-canga friska llum hija ta’ 7 cents il-kilo, li minnhom il-produttur Iħallas 4 cents 8 mils il-kilo. Il-Koperattiva ma toħroġ xejn. L-ispiża tal-qatla tac-canga ser tonqos aktar ma tiżdied l-efficjenza, fil-linja tal-majjal.

Biċċerija — Serq

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il serqa saret fil-biċċerija s-sena l-oħra u din is-sena? X’passi ttieħdu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda serqa fil-biccerija s-sena l-oħra u din is-sena.

PAPB — Permessi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ permessi tal-PAPB li nħarġu fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena, separatament? Kemm fil-fatt kien in-numru ta’ permessi simili li nħarġu matul l-istess xhur fis-snin 2000, 2001 u 2002, rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Annessa fit-tabella hawn taħt, hawn in-numru ta’ permessi tal-MEPA maħruġa fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu, u April tas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003. 2000 2001 2002 2003 JANNAR 335 384 405 383 FRAR 493 332 575 264 MARZU 500 299 415 552 APRIL 415 379 614 450
Leg 10 PQ #141 Sitting 9 2003-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Erasmus Mundus — Studenti - Unjoni Ewropea

Question

Jogħġbu il-Ministru jispjega b'liema mod il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programm ġdid ta' Erasmus Mundus ta' l-Unjoni Ewropea ser ikun ta' utilita' għall-istudenti tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif ġie deċiż fil-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropeja ġewwa Brussels (5 ta' Mejju 2003), il-programm Erasmus Mundus ser jibda jopera minn Settembru 2004. Dan jikkonsisti fi programm fejn Universitajiet Ewropej u oħrajn mill-bqija tad-dinja jikkoperaw u joffru korsijiet post-graduate liċ-ċittadini tagħhom. L-Universita' ta' Malta u l-MCAST ser ikollhom il-possibilta' li jidħlu f'networks Ewropej biex studenti Maltin ikollhom esperjenza ta' Erasmus Mundus. Studenti li jgħixu barra l-Unjoni Ewropeja ser ikollhom il-possibilta' ta' numru limitat ta' scholarships f'Universitajiet u/jew Ċentri ta' Riċerka Ewropej.

Asfaltar ta' toroq — Ħal Tarxien

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex Triq Leonardo Abela f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-aktar fis peress li qatt ma ġiet asfaltata u hija ta' periklu serju għal saħħithom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi Triq Leonardu Abela hija waħda mid-diversi toroq li qed jiġu spezzjonati mill-Awtorita dwar it-Trasport biex tiżdied fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat, u x-xogħol f'dawn it-toroq isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Marsa — Sleeping policemen

Question

Jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu sleeping policemen jew xi forma oħra ta' tnaqqis ta' veloċita' tal-karozzi ġewwa Triq Patri Magri, Marsa minħabba li l-veloċita' eċċessiva tal-vetturi qed tipperikola l-ħajja tan-nies?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn riċerka li għamel id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li fi Triq Patri Magri, Marsa diġa hemm installati sleeping policemen hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #144 Sitting 9 2003-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Tindif ta' plot — Raħal Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex il-plot mitluq fit-tarf ta' Triq Ninu Cremona f'Raħal Ġdid (quddiem iċ-ċimiterju ta' l-Addolorata) jiġi mnaddaf mill-ġrieden kbar u perikolużi li qed jgħixu fih?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fil-plot indikata sar trattament intensiv ta' tqegħid ta' valenu minn ħaddiema tas-Sezzjoni tal-'Pest Control', fid-29 ta' Mejju 2003. Il-problema ser tibqa tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontroll.
Leg 10 PQ #145 Sitting 9 2003-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xoħlijiet — Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jogħġbu il-Ministru jiddikjara x'inhuma x-xogħlijiet li beħsiebha tesegwixxi l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għal dan is-sajf meta jkun hemm il-vaganzi ta' l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li numru sostanzjali ta' tenders għadhom qed jiġu proċessati mid-Dipartiment tal-Kuntratti, hu prematur niddefenixxi ix-xogħlijiet li ser isiru mill-FTS fl-iskejjel fis-sajf li ġej.

Fondi — EU - Tempji preistorici

Question

Jogħġbu il-Ministru jgħid jekk ġewx individwati fondi mill-UE (jew hux possibbli li dawn il-fondi jiġu tapped) sabiex t-tempji preistoriċi ta' l-Imnajdra timbnielhom xi forma ta' tinda jew ilqugħ li tħarishom mill-elimenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi saret talba għall-fondi mill-Unjoni Ewropeja biex isir ix-xogħol li jinkludi strutturi protettivi u ċentri tal-viżitaturi fit-tempji Neolitiċi meqjusa wirt dinji, fosthom dak ta' l-Imnajdra.

Konsulenti — PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mal-PBS, f'liema qasam, x'inhu x'xogħol tagħhom u xi ħlasijiet, allowances u perks oħra jieħdu bħala konsulenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-prezent il-PBS Ltd. timpjega zewg konsulenti fuq bazi ta’ kuntratt definit: wiehed Konsulent ghall-Bord tal-PBS u l-iehor huwa Marketing Consultant. Ta’ l-ewwel jaghti pariri professjonali dwar: l-implementazzjoni tar-riformi u ristrutturar li hemm bzonn fil-kumpanija biex din tilhaq il-livelli mehtiega biex tkun vijabbli, strategija ta’ komunikazzjoni, thejjija ta’ skeda ta’ programmi ghar-Radju u t-Televizjoni, programmi ta’ tahrig ghall-impjegati u huwa wkoll membru tal-Bord Editorjali. Il-Konsulent l-iehor huwa responsabbli biex ihejji pjan ta’ marketing ghall-approvazzjoni tal-Bord biex wara jiehu f’idejh ukoll l-implementazzjoni ta’ l-istess pjan. Huwa wkoll responsabbli ghall-hlas tan-nies li jahdmu direttament mieghu, jara li l-bookings kollha ta’ l-airtime isiru skond il-procedura tal-kumpanija, jigbor il-hlas dovut u johrog l-ircevuti. Jaghmel rapport kull xahar dwar il-bejgh li jsir u jaghti pariri dwar x’ghandu jsir biex jittejjeb il-qasam tax-xoghol li tieghu hu responsabbli. Kif diga ntqal f’okkazjoniet ohra informazzjoni dwar hlasijiet hija ta’ natura kummercjali, u allura mhux fl-interess tal-PBS li jsiru pubblici.

Ħ'Attard — Misraħ Kola - Qasam industrijali

Question

Jista' il-Ministru jara jekk tistax issir xi ħaġa biex jitnaqqas l-inkonvenjent li qed jinħoloq lir-residenti fil-viċinanzi ta' l-Industrial Estate ħdejn Misraħ Kola, f'Ħ'Attard?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku rigward l-inkonvenjent li qed jinħoloq lir-residenti fil-viċinanzi ta’ l-Industrial Estate ħdejn Misraħ Kola f’H’Attard.

Ħ'Attard — Triq Victor Vassallo

Question

Jista' il-Minisru jirrikkmanda li jsiru xi traffic calming measures fi Triq Victor Vassallo, f'Ħ'Attard minħabba l-periklu li jeżisti f'din it-triq bħala riżultat ta' overspeeding?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment tal-membru ġie diġa` meħud in konsiderazzjoni di fatti nista` ninfurmah li jidher li sar survey bejn it-Traffic Control Board u l-MEPA iżda għad ma hemmx deċiżjoni finali fuq dan.

Każini tal-baned — Banka tal-lottu - commissions

Question

Billi ntqal fil-parlament li l-privatizazzjoni tal-lottu pubbliku jinsab fl-istadju finali tiegħu, jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi ħsieb li tiġi ndirizzata l-problema tal-commissions li jaqilgħu l-każini tal-baned li għandhom lotto booth fil-premises tagħhom? Jaf il-Ministru li fil-każ ta' ċerti każini tal-baned dan kollu jista' jissarraf f'telf ta' introjtu ta' aktar minn Lm3,000 fis-sena? Jikkonferma il-Ministru li l-band clubs association ma jidhrux li ġew ikkonsultati dwar din il-materja tant li korrispondenza li ntbagħtet mill-istess assoċjazzjoni lill-Ministeru tal-Finanzi lanqas biss ġiet acknowledged?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kemm fir-rigward ta’ l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu ngħidlu li waqt it-tieni qari ta’l-abbozz ta’ liġi dwar il-lotteriji u logħob ieħor jiena għedt li l-konċessjonarji ser tingħatalhom protezzjoni dwar id-dħul preżenti tagħhom u dan mill-fond li se jinħoloq apposta skond dik il-liġi.

Xogħol tal-gvern — Refunds fuq overseas travel allowances

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tar-refunds dovuti lill-gvern dwar overseas travel allowances fuq xogħol tal-gvern, każ każ, li ma jistgħux jiġu rikoverati għaliex huma statute barred minħabba ż-żmien li għadda minn fuqhom? Dawn ir-refunds overdue kemm imorru lura fiż-żmien u għaliex tħallew ma jiġux rikoverati mingħajr ma ttieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li saru diversi tentattivi matul is-snin, kemm minn naħa tal-Ministeru tal-Finanzi u kemm minn naħa tal-Ministeri involuti, biex Outstanding Travel Advances ta’ qabel l-1993 jiġu regolariżżati ma’ l-Uffiċju ta’ l-Awditur Ġenerali. Għadhom ma ġewx finalizzati 207 advance li jammontaw għal LM185,461. Ma nistgħux ngħidu kemm huma r-refunds relatati għalihom billi r-rapport tal-claims kontrihom ma sarx. Minħabba (i) ż-żmien li għadda minn fuq dawn l-Advances – xi wħud minnhom imorru lura għall-bidu tas-snin tmenin; (ii) li ħafna uffiċjali nvoluti ma għadhomx fis-Servizz; (iii) xi wħud minn dawn l-Advances kienu jinvolvu delegazzjoniet li l-membri tagħhom kienu holders of political office; (iv) li dokumenti relattivi ta’ dawn l-Advances ma setgħux jinstabu ġie deċiż li dawn l-Advances jiġu written-off.