Minn Jannar sas-16 ta' Mejju, 2003 jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna talbet l-għajnuna taċ-ċentru tad-Detox minħabba abbuż ta' droga? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Mejju 2003 kien hemm 806 persuna li talbet g[ajnuna mi/-?entru tad-Detox li minnhom 699 kienu r;iel.
Ministeru tal-ġustizzja u gvern lokali — Xiri ta' computers
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm, b'liema prezz u mingħand min inxtraw computers u printers fl-aħħar sena ta' l-elezzjoni mill-ministeru tiegħu meta kien għadu l-ministeru tal-ġustizzja? Dawn il-computers tħallew fil-ministeru preżenti tal-ġustizzja jew qed jintużaw fil-ministeru attwali tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm l-MTA nefqet flus f'kampanji ta' marketing barra minn Malta fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002? Jista' jgħid ukoll kemm hemm ivvotati fondi għal dan l-iskop għas-sena kurrenti (2003)?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li kienu jaħdmu fil-lukandi fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn ħadmu f'Malta u kemm minnhom ħadmu f'Għawdex? Jista' jgħid x'kienet il-medja ta' l-eta' ta' dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu fuq kuntratt definit, indefinit u part-timers?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li jidher li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jinġabar it-tagħrif kollu mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-flotta ta' l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-flotta ta' l-AirMalta tikkonsisti f'żewġ ajruplani B737-200 , sebgħa B737-300, tlieta A320-211 u wieħed A320-214.
Jista' il-Ministru jgħid għal kemm kien jammonta d-dħul tal-gvern minn taxxi diretti u ndiretti mis-settur turistiku matul is-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lukandi f'Malta u Għawdex u Kemmuna separatament? Jista' jgħid ukoll ta' liema stilel huma dawn il-lukandi, liema huma u f'liema lokalita' jinsabu? Jista' jgħid x'inhi l-kapaċita' tal-beds/sleeping capacity f'kull lukanda?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Jannar 2003? Jista' il-Ministru jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti każi ta' serq matul Jannar 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi matul Jannar 2003 il-Pulizija solviet 74 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Jannar 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Jannar 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Jannar 2003 kien hemm 255 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Frar, 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti każi ta' serq matul Frar 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Frar 2003 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 76 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Frar 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Frar 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Frar 2003 kien hemm 166 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Marzu 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti każi ta' serq matul Marzu 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi matul Marzu 2003 il-Pulizija solviet 78 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Marzu 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Marzu 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Marzu 2003 kien hemm 133 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jagħmel investigazzjoni dwar ilmenti mir-residenti fid-dar ta’ l-anzjani f’Bormla dwar l-ikel? Jekk forsi dawn l-ilmenti esaġerati ma jitwasslux lill-Ministru, jista’ isir xi pjan biex il-livell ta’ l-ikel ikun aċċettabbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' qatt ma r/ieva lmenti fuq l-ikel li ji;i servut fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla. Ninfurmah ukoll li d-Dipartiment dejjem jag[mel visti g[all-g[arrieda waqt il-[in ta' l-ikel [alli jara l-kwalita' u l-g[a]la ta' l-ikel li ji;i servut.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx xi xogħol li jrid isir fit-tliet xhur li ġejjin fil-Kottonera mill-P.P.P. li qed tgħmel xogħol ta’ tisbiħ? X’inhu dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Membru li x-xogħol fl-inħawi diġa beda u ilu għaddej għal dawn l-aħħar gimgħat.