Legislature:
Category:
Reset
Active:

Hompesch Road/M'Scala bypass — Xogħol fil-junction

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol tal-junction bejn Hompesch Road u M'Scala bypass? Kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet? Meta nbeda x-xogħol, kemm kellu jieħu żmien sabiex jitlesta u kemm fil-fatt dam sakemm tlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fuq il-proġett tal-Junction ta' Marsaskala beda fi Frar 2002 u kellu jispiċċa f'Lulju 2002. Waqt ix-xogħol instab li kien hemm bżonn isir cement stabilization fil-pedament tat-triq u riedu jinbidlu wkoll xi soqfa tal-gwiebi li nstabu taħt it-triq. Fuq talba tan-nies inbnew boundary walls mal-ħitan ta' l-għelieqi u retaining wall fid-daħla tat-triq. Il-valur tal-kuntratt kien stmat li ser jiswa LM132,000 iżda b'dan ix-xogħol addizjonali l-proġett ġie jiswa madwar Lm210,000 u fil-fatt tlesta f'Awissu ta' l-istess sena.

Ħaż Żebbuġ — Leakages ta' drenaġġ

Question

Peress li minn rapporti ta' leakages ta' drenaġġ fiż-żona tad-Dawl f'Ħaż Żebbuġ, jista' il-Ministru jinvestighom biex titteffa l-problema kkwawżata lil numru ta' residenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara fawran ta' dranaġġ ġo żewġ residenzi fiż-żona tad-Dawl f'Ħaż-Żebbug ġie mnaddaf u qiegħed jiġi mbattal u mnaddaf bir li ġie ikkontaminat bid-dranaġġ ukoll.

Ħ'Attard — Żona ta' rikreazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jirrakomanda li l-art tal-Gvern li hemm bejn Triq il-Ponsjetta u Triq Lorenzo Manche' f' Ħ'Attard tiġi żviluppata f'żona ta' rikreazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ikkonċernat ser jikkonsidra s-suġġeriment tiegħu.

Ħaż Żebbuġ — Water Culverts

Question

Jista' il-Ministru jħeġġeġ lill-Kunsill Lokali ta' Ħaż Żebbuġ biex ilesti x-xogħol ta' culverts fiż-żona tal-Grazzja f'Ħaż Żebbuġ peress li x-xogħol li sar s'issa aggrava u mhux solva l-problema ta' flooding f'din iż-żona?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Tirq l-Imdina — Pelican lights

Question

B'referenza għal-mistoqsija parlamentari numru 320, jista' il-Ministru għallinqas jirrakkomanda li jsiru pelican lights biex jiffaċilitaw il-qsim ta' Triq l-Imdina li hi ferm traffikuża u li ma taqax taħt il-Kunsill Lokali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta ma rċeviet l-ebda talba biex isiru pelican lights fil-post imsemmi. Għaldqaqstant, l-Awtorita qed tikkunsidra t-talba ta' l-Onor. Interpellant.

Żebbuġ — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrakomanda li jingħata wiċċ xieraq lil Triq Ġdida fi Triq il-Kandlora Żebbuġ Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Ħad Dingli — Recreational area

Question

Jista' il-Ministru jirrakkomanda li ż-żona mhux żviluppata li taqa' taħt id-Dipartiment tad-Djar wara l-ground ta' Ħad Dingli tiġi żviluppata bħala recreational area?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm il-[sieb li ]-]ona ndikata mill-Onor. Interpellant tkun inklu]a fil-programm ta' ;onna li jsiru b'koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u l-Kunsilli Lokali.

Malta Development Corporation

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Malta Development Corporation li bis-sentenza tas-6 ta' Novembru 2002 fir-Rikors Numru:80/97 (Gozo) fl-ismijiet Michael Said et vs chairman, Malta development Corporation et ġiet ikkundannata tħallas lill-imsemmi Michael Said kumpens ta' erbat elef lira (Lm4,000) minħabba l-inġustizzja li huwa sofra, sal-lum għalkemm għaddew aktar minn sitt xhur għadha ma wettqitx l-obbligu tagħha u ma ħallsitx dan il-kumpens?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Michael Said għadu ma tħallasx peress illi l-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta ma taqbilx mar-rakkomandazzjonijiet li saru mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji. Ir-raġuni fil-qosor għaliex l-MDC ma ħassitx illi r-rakkomandazzjonijiet tat-Tribunal kellhom jiġu implimentati hija illi, kif ġie ppruvat ampjament fl-andament tar-rikors, Michael Said mhuwiex bona fede tradesman li jikkwalifika għal assistenza taħt il-liġijiet dwar l-inċentivi għall-industrija. Fil-fatt jirriżulta ċar mill-atti tar-rikors illi Michael Said għandu impjieg full-time mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni. Għalhekk l-istess Korporazzjoni tħoss illi l-istess Said ma ħaqqu ebda forma ta' kumpens u informat b'dan lill-Management and Personnel Office ta' l-Ufficcju tal-Prim Ministru skond kif titlob il-proċedura.
Leg 10 PQ #459 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sena skolastika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ġranet ta' skola fis-sena skolastika li jmiss? Kemm jiġu f'sigħat? Peress li ċirkolari tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni tgħid li mis-sena skolastika li jmiss festi pubbliċi li jaqgħu s-Sibt u l-Ħadd mhux se jingħataw bħala time in lieu mill-għalliema, jista’ jgħid jekk meta jinħadmu l-ġranet jew is-sigħat ta' skola din id-deċiżjoni tteħditx in konsiderazzjoni? Kemm kienu l-ġranet u anke s-sigħat li nħadmu mill-għalliema s-sena li għaddiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena skolastika li jmiss hemm 177 ġurnata ta' skola u 931.50 siegħa ta' xogħol. Meta nħadmu l-ġranet u s-sigħat ta' l-iskola ma ngħatawx ġranet ta' vaganzi minflok festi pubbliċi li jaqgħu s-Sibt u l-Ħadd. In-numru ta' ġranet u sigħat li nħadmu mill-għalliema s-sena li għaddiet (2002-2003) huwa ta' mija u sebgħa u sebgħin ġurnata (177) u 920.50 siegħa.
Leg 10 PQ #460 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC li għadhom kemm intemmu? Kemm minnhom, imqassma fi bniet u subien, qagħdu għal dawn is-suġġetti: Malti, lingwa Ingliża, letteratura Ingliża, Matematika, Reliġjon, Physics, Accounts, Economics u Computer Studies? Jista’ jindika kemm qagħdu għal karta 'A' u 'B'? Kemm minn dawn kienu mill-iskejjal ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onor. Membru.
Leg 10 PQ #461 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-eżamijiet tal-MATSEC li għadhom kemm spiċċaw kemm kien it-total ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet fil-livell Advanced u Intermediate? Kemm qagħdu għall-Malti, Ingliż, Matematika, Physics, Accounts, Economics, Reliġjon u Computer Studies? Kemm kienu bniet u subien? Jista’ jgħid kemm kienu mill-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onor. Membru.
Leg 10 PQ #462 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC/MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC separatament kemm kien hemm talbiet minn studenti biex jiġu eżentati mill-ħlas? Dawn kollha ntlaqgħu? X' kienu r-raġunijiet prinċipali li ngħataw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għall-eżamijiet tas-Secondary Education Certificate (SEC) May 2003 kien hemm 460 talba biex jiġu eżentati mill-ħlas tal-miżati ta' l-eżamijiet. Dawn kienu - Social Security aċċettati (Malta) 296 (Gozo) 24 Exams Dept. dependents 2 Corradino Correctional Facility 11 University Staff dependents 44 Sta Maria Rehabilitation Centre 4 Caritas 3 Refugee 1 TOTAL 385 Ħamsa u sebgħin (75) talba ma ġewx approvati mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali. Għall-eżamijiet tal-MATSEC fil-Livell Avvanzat u Intermedjarju kien hemm tnejn u sebgħin (72) talba. Dawn kienu - Social Security aċċettati (Malta) 13 (Gozo) 0 Corradino Correctional Facility 3 Exams Dept. dependents 3 University Staff dependents 47 TOTAL 69 Tlett (3) talbiet ma ġewx approvati mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali.
Leg 10 PQ #463 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ċentri għall-eżamijiet barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid minbarra l-awtoritajiet edukattivi ta’ l-istat, liema huma dawk l-iskejjel/ċentri edukattivi li huma reġistrati mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex ikunu ċentri għall-eżamijiet barranin? Liema huma dawn l-eżamijiet? Dawn l-eżamijiet huma ristretti biss għall-istudenti li jattendu dawk l-iskejjel/ċentri edukattivi partikolari?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet tal-Ministeru ta' l-Edukazzjon hu l-aġent għall-eżamijiet ta' barra tal-London Edexcel, City and Guilds International, London Chamber of Commerce and Industry, u l-Assessment and Qualifications Alliance (AQA). Bħala ċentru għall-eżamijiet juża ċentri tiegħu (St. Elmo u Biagio, u Għawdex) kif ukoll għadd ta' skejjel ta' l-istat, il-Junior College u l-Kulleġġ San Alwiġi. Istituzzjonijiet oħra li għandhom xi rikonoxximent biex iservu ta' aġenti f'isem bords ta' eżamijiet barranin oħra, ma jaqgħux taħt is-superviżjoni tad-Dipartiment ta' l-Eżamijiet u għandhom kuntatt dirett mal-Bords li jirrappreżentaw.
Leg 10 PQ #464 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC/MATSEC — Invigilators

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif jintgħażlu l-invigilators ta’ l-eżamijiet tas-SEC u MATSEC? Dawn irid ikollhom xi kwalifiki speċjali? Dawn huma kollha għalliema jew għalliema rtirati? Jista’ jgħid ukoll kif jintgħażlu dawk li huma msejha Head of Centre?

Response (GALEA, LOUIS)

Persuni li jkunu jridu iservu bħala invigilators ta' eżamijiet tas-SEC u MATSEC jiġu reġistrati f'database li għandu d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet. M'hemm ebda kwalifika speċjali meħtieġa għal dan ix-xogħol u lanqas ma huma kollha għalliema jew għalliema irtirati. Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet jorganizza laqgħat ta' tħejjija kull sena għal dawk li jintgħażlu mid-database imsemmija. Dawk imsejħa Heads of Centre jintgħażlu min-nies ta' kompetenza addattata li kienu applikaw wara li ħarġet sejħa għal persuni li xtaqu li jiġu kkunsidrati biex jintgħażlu bħala Heads of Centre. Dawn ukoll isirulhom il-laqgħat ta' tħejjija meħtieġa.
Leg 10 PQ #482 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Eżami għall-kors ta' child carer

Question

B'riferenza għall-eżami li applikanti għamlu biex jibdew kors ta' child carer, jista' il-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni rċevitx ilmenti li l-livell ta' l-eżami msemmi kien għoli wisq meta wieħed jikkonsidra li l-kors hu ta' child carer? Meta hu maħsub li joħroġ ir-riżultat ta' dan l-eżami?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li biex persuna tipparteċipa fil-kors ta' Childcare trid tkun temmet l-edukazzjoni obbligatorja u għaddiet ta' l-anqas minn tlett suġġetti fil-livell ordinarju tas-SEC/GCE fi gradi 5/C jew aħjar fil-lingwa Maltija, Ingliża u fil-Matematika. Fin-nuqqas ta' dan kien ġie deċiż li persuna tingħata l-opportunita' li toqgħod għall-eżami jew eżamijet, liema eżami jkun ibbażat fuq is-sillabu tas-suġġetti msemmija. Dawn l-eżamijiet attwalment saru bejn id-dsatax u t-tlieta u għoxrin ta' Mejju filwaqt li r-riżultati għandhom jinħarġu fi żmien qasir.

Kumpannija Microsoft — Kopja ta' ftehim

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-gvern għamel mal-kumpannija Microsoft u li ġie ffirmat fi Frar li għadda? X'kienu it-ten implementation points li sar qbil dwarhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kunfidenzjali. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar il-punti ewlenin tal-ftehim.

Kumpannija Microsoft — Access to source codes/XP localisation

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma fiex waslet l-esekuzzjoni ta' l-access to source codes u l-XP localisation fil-kuntest tal-ftehim milħuq mal-Microsoft?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti ta' l-access għas-source codes ġew konklużi kollha, filwaqt li l-XP localisation (jiġifieri l-introduzzjoni tal-lingwa Maltija fis-software tal-Microsoft) miexi kif ippjanat.

Oracle Education Initiative — Sehem dirett tal-E Malta commission

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien is-sehem dirett tal-E Malta commission fl-Oracle Education Initiative li tħabbar f'April li għadda in konnessjoni mat-twaqqif tal-Oracle Academic Initiative?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni eMalta mexxiet il-process kollu relatat ma' l-Oracle Academic Initiative bl-ghajnuna tar-rapprezentanti ta' l-Oracle Corporation f'Malta.

Microsoft technology centre of excellence

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni li jitwaqqaf il-Microsoft technology centre of excellence (MCE) fir-reġjun tal-Mediterran b'Malta bħala bażi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li gie finalizzat il-kuntratt bejn il-Gvern u l-Microsoft li permezz tieghu din il-kumpannija ser toffri lill-Gvern Malti l-possibilita li juza s-source code taghha biex fuqu jinbena software minn kumpanniji tas-software Maltin kif ukoll ohrjan barranin. Dan huwa l-qafas tac-centru ta' eccelenza li permezz tieghu dawn il-kumpanniji jkollhom ukoll l-access ghal-marketing u support networks tal-Microsoft. Il-Microsoft bhalissa qeghda timpjega nies f'Malta biex ikunu jistghu mmexxu in-naha taghhom f'dan ic-centru. Minn naha tieghu, bhalissa, l-Gvern qieghed ihejji l-istrutturi amministrattivi u teknologici (partikularment dawk marbuta mas-sigurta) biex dan ic-centru jigi varat lejn Ottubru ta' din is-sena.

Ta' Qali — Crafts centre

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-proġett imħabbar biex jiġi żviluppat il-crafts centre f'Ta' Qali għadux se jsir? Fiex waslu t-taħdidiet li kienu għaddejjin mas-sidien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.