Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tagħha li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant rigward impjegati li għalqu l-61 sena u ngħataw estensjoni hija kif murija fit-tabella li tidher hawn taħt.
Numru ta' ħaddiema Minn liema sezzjoni ġejjin Eta' Grad Għalkemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni
1 Sptar Ġenerali 68 Konsulent tal- Għal tnax il-xahar li jiskadu
Ġinekoloġija f'Awissu 2007
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-isptar Zammit Clapp hemm 7 ħaddiema li għalqu -il 61 sena: tnejn għandhom 61, tnejn għandhom 62, tnejn għandhom 63, wieħed għandu 64.
Fl-isptar Zammit Clapp hemm min għandu extension on a month-to-month basis waqt li oħrajn impjegati fuq part time basis. Dawn il-persuni ma jinkludux nies li huma fuq il-Hospital Management Committee jew impjegati bħala konsulenti. Dawn il-kuntratti ġew estiżi minħabba l-esiġenzi tal-isptar, tal-esperjenza tagħhom u minħabba li dawn il-persuni kollha huma b'saħħithom.
L-Awtorita' dwar il-Mediċini għandha magħha żewġ Medical Assessors impjegati b'kuntratt definit. Dawn għandhom 72 u 73 sena. Il-kuntratti tagħhom jagħlqu wieħed f'Mejju 2007 u l-ieħor f'Ġunju 2007.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) persuna waħda għalqet il-61 sena fl-1 ta' Marzu 2007 u ingħatat estensjoni ta' 6 xhur biex ma’ jkunx imfixkel il-ħruġ ta’ permessi sakemm issir il-handover.
Żvilupp Urban u Toroq — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fl-Awtorita' dwar it-Trasport hemm tlett impjegati li għalqu l-61 sena. Dawn għandhom 70 sena, 63 sena u 62 sena.
Dawn il-persuni li kienu diġa impjegati ma' l-Awtorita' qabel ma għalqu l-eta' ta' l-irtirar. Tnejn minnhom qegħdin fuq bażi part-time.
Huma nżammu fl-impieg għaliex l-esperjenza tagħhom hi valida ghall-Awtorita'
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2007, kien hemm 22 impjegat/a li mhumiex uffiċċjali pubbliċi, fuq bażi ta’ part-time jew kuntratt definit.
Fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru, dawn l-impjegati qegħdin fuq kuntratt definit li jiġġedded kull sena:
Grad
Salarju (Lm)
Distrett
Driver/Security Driver
5,374
5
Secretariat Pool
5,374
6
Private Secretary
9,560
12
Assistant Private Secretary
8,316
5
Head Minister’s Secretariat
10,818
5
Office Co-ordinator
8,316
5
Secretariat Messenger
2,326
5
Secretariat Officer
6,832
5
Driver/ Security Officer
5,374
5
Secretariat Messenger
5,084
6
Secretariat Messenger
5,084
5
Dawn l-impjegati qegħdin fuq kuntratt definit li jiġġedded kif jidher hawn taħt:
Grad
Fejn jaħdmu
Salarju
Lm
Distrett
Chairman/Chief Executive Officer (3 snin)
BICC
10,370
6
EU Funds Manager
(3 snin)
EU Affairs & Policy Development
8,316
9
Adviser
(6 xhur)
Transport Unit
6,878
9
Adviser
(6 xhur)
Ministeru
4,242
11
Executive Co-ordinator Rehabilitation Projects
(3 xhur)
VRP
8,798
1
Chief Executive Officer
(xahar b’xahar)
MRA
14,507
11
Head of Accounts & Administration
(definit sa l-31 ta’ Marzu 2009)
MRA
9,091
12
Project Officer I
(sena)
MRA
6,065
5
Project Officer I
(sena)
MRA
6,065
13
Fil-BICC hemm impjegata waħda li taħdem fuq bażi part-time li tagħmel xogħol ta’ tindif fl-istess uffiċċju. Din titħallas bir-rata ta’ Lm2.50/is-siegħa u matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena tħallset is-somma ta’ Lm425.90. Din il-persuna hi mis-6 Distrett.
Fl-MRA hemm segretarja li taħdem fuq bażi part-time. Din titħallas is-somma ta’ Lm2,625 fis-sena. Din il-persuna hi mit-8 Distrett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt.
Jekk l-Onorevoli interpellant irrid informazzjoni fuq xi kas partikolari u/jew qed jirreferi għall-għoti ta' kuntratti pjuttost mill-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa' jissotometti mistoqsija parlamentrai oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Xogħol sub contracting
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt.
Jekk l-Onor Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u / jew qed jirreferi għal l-għoti ta' kuntratti pjuttost mill-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa jissotometti mistoqsija parlamentari oħra.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul Jannar, Frar u Marzu 2007 ingħataw dawn id-direct orders kif ġej:
Deskrizzjoni
Kuntrattur
Valur Lm
Refurbishment ta' TDxFLx Analyzer
V. J. Salamone Marketing Ltd
7,421.37
Translokazzjoni tal-Packaging Machine mic-CSSD, SLH għal Sptar Mater Dei
AG Packaging System Ltd
2,655.00
Mounting Brackets għall-Monitors għall-Sptar Mater Dei
Associated Equipment Ltd
17,049.19
Portable Reverse Osmosis Units
Associated Equipment Ltd
22,241.59
Qty 13 - 12 month Bonded Carbon Glutarldehyde & Opa filters
Associated Equipment Ltd
3,443.73
Xiri ta' Gammex Test Objects għall-Medical Imaging Department, Sptar Mater Dei
Technoline Ltd
3,929.68
Xiri ta' Quality Assurance Items għall-Medical Imaging Department, Sptar Mater Dei
Southern Scientific Ltd, USA
15,428.31
Implants għall-operazzjonijiet tal-Ortopedija
Synthes Ltd, UK
3,805.62
Xiri ta' Qaulity Assurance Objects Substitute Materials għall-Medical Imaging Department, Sptar Mater Dei
Barts and the London NHS Trust
5,022.81
Refurbishment ta' Maquet Operating table columns
Pharma-Cos Ltd
15,703.80
Xogħol fl-entratura tal-foyer SVPR
Omnitec Ltd
3,597.22
Landscapping f'SVPR
Derek Centre
7,311.20
Xogħol ta' tindif ġewwa SVPR
Mr Clean Ltd
6,943.70
Spare parts għall-equipment li hemm SVPR
Tetrako Ltd
6,490.00
Tindif tal-ġonna ġewwa SVPR
ELC
14,160.00
Smantellar ta' chillers and ductwork
Panta Marketing
5,788.00
Total parental nutrition bags
Baxter Healthcare Ltd - UK
50,248.78
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26398, jista' l-Ministru jgħid x'xogħol kontinwu qed isir fil-preżent u f'liema skejjel? Jista' jgħid x'inhuma l-proġetti li l-FTS qed taħdem fuqhom matul din is-sena u meta huwa maħsub li l-proġett kollu jkun lest?
Response (GALEA, LOUIS)
Tagħrif dwar il-proġetti li qed taħdem fuqhom l-FTS rigward skejjel diġa hu puppliku u pubblikat.
Jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu passi biex meta tagħmel xita bil-qliel ma jkunx hemm flooding eċċessiv tal-Pjazza ta' San Ġiljan quddiem l-għassa tal-Pulizija?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fil-pjażża msemmija jeżistu culverts li jwasslu għall-baħar. Madanakollu wieħed jifhem li minħabba li din il-pjażża tinsab propju fit-tarf tal-wied, meta tagħmel xita qliel l-ilma jieħu ftit tal-hin sakemm isib postu fil- culverts.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-mużuri dwar li żgħażagħ taħt is-16-il sena ma jistax jixtru jew jingħataw xorb alkoħoliku daħlux in vigore? Jekk iva, meta? Jekk le, għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali 162 ta' l-2007 li stabbilixxa l-1 ta' Lulju 2007 bħala d-data meta għandu jidħol fis-seħħ dan l-Att.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport tal-kumitat li twaqqaf wara it-traġedja tal-mara żagħżugħa li waqgħet wara party ta' lejliet l-Ewwel tas-Sena ta' sentejn ilu biex jiġu emendati jew rranġati l-liġijiet dwar id-divertiment?
Response (BORG, TONIO)
M'għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24010.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk il-membri tal-Korp li jitkellmu sew b'lingwa barranija hux qed jingħataw xi inċentivi? Isiru korsijiet għat-tagħlim ta' lingwi barranin għall-puliżija speċjalment dawk li fid-doveri tagħhom ikollhom x'jaqsmu mat-turisti? Kemm fil-fatt hemm membri tal-korp li jitkellmu b'lingwa barranija? Jista' jindika liema lingwa jitkellmu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija minn żmien għal żmien kien joffri taħriġ f'lingwi barranin, lil dawk il-membri tal-Korp li jkollhom ix-xewqa li jitgħallmu lingwa barranija fuq bażi volontarja. Pero' minħabba nuqqas ta' konkorrenza dan it-taħriġ ma baqax ikun organizzat mill-Korp, għalkemm kull membru tal-Korp jista' jitlob sabiex jattendi korsijiet f'lingwi barranin organizzati mill-iStaff Development Organization fl-uffiċju tal-Prim Ministru. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 905 membru tal-Korp li jafu lingwa barranija, fosthom Taljan, Franċiż, Għarbi, Ġermaniż u Spanjol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li għandhom warrant mogħtija mill-Monitoring Board biex igħallmu biss il-lingwa Ingliża lill-barranin? Dan ikun wieħed temporanju?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li b'kollox hemm 2,332 għalliem li għandhom warrant mogħti mill-EFL Monitoring Board, sabiex jgħallmu l-Ingliz bħala Lingwa Barranija. Dan il-warrant ikun wieħed temporanju.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' impact assessments saru fuq l-area fejn qed tiġi żviluppata binja li minn dak li qed jintqal se takkomoda madwar 400 housing unit, fi Triq Ħal Tarxien f'Ħal Luqa? Jekk saru dawn l-impact assessments f'liema oqsma saru? Jekk saru, jista' jqiegħedhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li żvilupp fit-triq imsemmija faċċata fuq Triq Tarxien, Triq Mikelanġ Sapiano u Triq Patri Indri Schembri hu kopert b'permess għal żvilupp ta' 150 residenza, 201 garaxxijiet u 29 spazju għall-parkeġġ. Sar studju dwar l-impatt tat-traffiku fiż-żona liema dokument huwa diġà aċċessibbli pubblikament mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-siġar taż-żebbuġ li jinsabu f'Wied Dalam, Has-Saptan, Haz-Zabbar, Fgura u Mġarr Malta huma totalment abbandunati? Jista' jgħid meta se jitnaddaf madwarhom qabel jinħarqu u jmutu għax ikun aħjar nieħdu ħsieb dawn is-siġar li jrid snin twal biex jimmaturaw, qabel ma nikkonċentraw biex inħawlu oħrajn ġodda? Id-dipartiment x'inhu jagħmel biex jaħseb għal ilqugħ aħjar ta' l-ilma tax-xita sabiex inkunu nistgħu insaqqu dawn is-siġar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li twaqqaf kumitat sabiex janalizza applikazzjonijiet li saru għal sejħa pubblika sabiex l-immaniġġar ta’ dawn l-imsaġar jgħaddi f’idejn il-privat ħalli jisfrutta aħjar il-potenzjal li għandhom dawn l-imsaġar taż-żebbuġ.
Ir-risponsabbiltà ta’ ilqugħ ta’ ilma taqa’ taħt Ministeru ieħor. Meta l-immaniġġar ta’ l-imsaġar jgħaddi f’idejn il-privat dan jista’ jinvesti fil-ħażna ta’ l-ilma għat-tisqija.
Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jiġu offruti mill-isptar ġenerali ta' Għawdex lill-pazjenti diabetiċi tfal?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-srvizzi kollha meħtieġa jiġu offruti lill-pazjenti diabetiċi tfal fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Dawn is-servizzi huma:
malli jsir
d-diagnosis
li l-pazjent f'dan il-każ tifel/tifla huwa diabetiku jingħata immediatement il-kura kollha meħtieġa;
wara jingħata wkoll it-tagħlim u tagħrif meħtieġ lilhom kif ukoll lill-ġenituri tagħhom dwar il-kundizzjoni, l-ikel, l-kura, mediċina li hemm bżonn; u
jsirulhom ukoll appuntamenti regolari l-
outpatients
sabiex jsirilhom dak kollu li jkun meħtieġ bħal
blood tests
u osservazzjonijiet oħra mediċi.