Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #362 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu fi żmien qasir, jagħti r-rimedji ta' dawk ir-rrakkmandazzjonijiet mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji li s'issa ġew injorati? Jista' il-Prim Ministru jgħid u jagħti tagħrif ukoll dwar x'inhuma d-diffikultajiet legali għaliex il-Gvern għadhu ma implimentax ir-rakkmandazzjoni ta' dan it-Tribunal?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mill-416 każ deċiżi favur ir-rikorrent, seba’ każi ma setgħux jiġu mplimentati. Dawn huma każi fejn it-Tribunal irrakomanda promozzjoni u l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku sabet li ma setgħetx timplimentahom. Barra dawn, hemm seba’ każi oħra fejn ir-rikomandazzjoniet tat-Tribunal qed jiġu kkontesti quddiem il-Qorti Ċivili.
Leg 10 PQ #363 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji — Kawżi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew preżentati kawżi quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u kemm baqa' pendenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji ġew ippreżentati 1337 każ. Minn dawn baqa’ 206 każ pendenti.
Leg 10 PQ #364 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Qorti — Inkjesti konklużi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew konklużi inkjesti matul dawn l-aħħar tnax-il xahar minn kull Maġistrat individwali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #365 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Qorti — Maġistrati - Inkjesti

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-Maġistrati li qed jikkonduċu l-inkjesti f' dan il-pajjiż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-maġistrati li qed jikkonduċu l-inkjesti f`dan il-pajjiż huma kif ġej:- MALTA Maġistrat Antonio Mizzi Maġistrat Jacqueline Padovani Maġistrat Saviour Demicoli Maġistrat Abigail Lofaro Maġistrat Giovanni Grixti Maġistrat Consuelo Scerri Herrera Maġistrat Miriam Hayman Maġistrat Lawrence Quintano GĦAWDEX Maġistrat Paul Coppini Maġistrat Antonio Micallef Trigona
Leg 10 PQ #366 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Sekond'Awla — Qorti Ċivili

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu li jiġi assenjat Imħallef speċifiku sabiex jippresidi s-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili u jekk hux beħsiebu wkoll jappunta Imħallef ieħor sabiex jgħin fix-xogħol tal-Qorti Kriminali?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Membru huwa infurmat, l-ewwel li l-assenjazzjoni tad-dmirijiet tal-ġudikanti qiegħed isir mill-Prim Imħallef u mhux mill-Ministru, it-tieni li reċentement ġie maħtur imħallef ieħor u għalhekk il-kumpliment huwa presentement wieħed sħiħ.

Awtorita' tad-Djar — Applikazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mill-Awtorita' tad-Djar matul l-aħħar tnax- il xahar u kemm fil-fatt saru applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul l-a[[ar tnax-il xahar l-Awtorita' tad-Djar ir/eviet 896 applikazzjoni konnessi ma' Avvi] Numru 67 u 913 applikazzjoni konnessi ma' Avvi] Numru 68. Ninsab infurmat ukoll li, fl-istess perijodu, l-Awtorita' allokat 35 post ta[t Avvi] Numru 66 u 218 post ta[t Avvi] Numru 67. In-numru ta' postijiet allokati ta[t Avvi] Numru 66 jinkludi 23 ri-allokazzjoni li kienu ;ew rifjutati ori;inarjament.

Task Force dwar it-tarznari

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm iltaqgħet it-task force dwar it-tarznari din is-sena? Xi ftehim intlaħaq fiha dwar pjan ta' ristrutturar tat-tarznari? Xi skemi ta' irtirar kmieni għall-ħaddiema hemm maħsuba sas-sena 2008? Kemm huwa ppjanat li jitnaqqas l-għadd ta' ħaddiema fit-tarznari sas-sena 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ahhar laqgha li saret tat-Task Force kien fil-5 ta' Gunju 2003 li kienet l-21 laqgha minn mindu twaqqfet. Il-laqgha li jmiss ser issir fit-18 ta' Gunju 2003. It-task Force kienet ikkonkludiet rapport dwar ir-ristrutturar tat-tarznari skond it-termini moghtija u fi zmien stabbilit f'dawk it-termini ta' referenza u wara giet inkarigata biex tkompli tiltaqa halli tmexxi l-implimentazzjoni ta' dak ir-rapport. L-Onor Membru huwa mitlub jaghmel referenza ghall-istqarrija ministerjali u ghad-diskussjoni li saret fis-seduta tal-Parlament tal 5 ta' Gunju 2002 (Seduta 750) ghal aktar dettalji. M'inhix f'posizzjoni li nghid xi skemi hemm mahsuba sas-sena 2008 ghaliex din hi materja li trid tkun diskussa fit-Task Force u hi suggetta ghall-approvazzjoni tal-Gvern. Il-pjan ta' ristrutturazzjoni hu mibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-Rapport Appledore u jistablixxi l-mira ta' 1624 haddiem ghaz-zewg tarznari.
Leg 10 PQ #379 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli Skolastiċi — Presidenti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 283 u cioe' jista' il-Ministru jagħti l-lista sħiħa tal-presidenti tal-kunsilli skolastiċi maħtura għas-sentejn li ġejjin? Jista' għid fuq liema kriterji nħatru? Jista' jgħid f'liema kunsilli skolastiċi l-presidenti ġew maħtura kif indikati mill-kunsilli lokali? Jista' jgħid f'liema kunsilli skolastiċi l-Ministru ma aċċettax ir-rakkmandazzjoni tal-kunsilli lokali u x'kienu r-raġunijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-ħatra ta' Presidenti tal-Kunsilli ta' l-Iskejjel, li saret wara konsultazzjoni, tajt każ ta' diversi kriterji, fosthom: 1. Li fil-fehma tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni il-persuna hi idonea għall-iskola li għaliha hi nħatret bħala President; 2. Li ma tkunx serviet bħala Kap ta' din l-iskola fil-passat qarib; 3. Li ma hijiex preżentement isservi bħala Sindku tal-Kunsill lokali; 4. Li ma tkunx kandidata ma' xi partit politiku għall-elezzjonijiet ġenerali; 5. Li preżentement ma hix isservi bħala għalliema; 6. Li ma tkunx ġenitur ta' tfal li jattendu fl-iskola fejn se tkun isservi bħala President. Kull Kunsill Lokali kien mgħarraf b'ittra datata 20 ta' Jannar 2003 sabiex 'jindika ismijiet ta' persuni li fil-fehma tiegħu huma adatti biex iwettqu l-funzjoni tagħhom ta' Presidenti skond il-provedimenti ta' l-Avviż Legali 135 ta' l-1993'. Fl-istess ittra kien indikat ċar li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni 'qed iniedi proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa bil-għan li jikseb opinjonijiet dwar persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati minnu biex iservu bħala Presidenti' u 'il-Ministru jirriserva li jinnomina dik il-persuna li fil-fehma tiegħu tkun idonea għall-iskola konċernata'. L-elezzjonijet tal-Kunsilli saru fl-24 ta' Jannar 2003 u l-ewwel laqgħa tal-Kunsill trid tissejjaħ mill-President tal-Kunsill. Sussegwentament, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni għadda sabiex jaħtar il-Presidenti wara li ħa inkonsiderazzjoni l-opinjonijiet ta' dawk il-Kunsilli li għażlu li jibgħatu nomini. Diversi Kunsilli ma bagħtu ebda nomina anke invista ta' l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali li nżammu f'Marzu. Kunsilli oħra bagħtu n-nomini tagħhom wara li kien diġa' nħatar il-President. Il-Ministru aċċetta n-nomina tal-Kunsilli Lokali f'dawn l-iskejjel: Attard, B'Bugia B, B'Kara A u B, Fgura B, Floriana, Gharghur, Gudja, Ħamrun (A, B, C), Kalkara, Kirkop (tieni għażla), Mellieħa, Mġarr, Mosta B, M'Scala, Naxxar, Pieta', Qormi SS A u B, Senglea, Sliema, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Vittoriosa, Żabbar A, Żebbuġ B, Żejtun A u B, Żurrieq A, Għajnsielem, Qala, San Lawrenz, Sannat, Rabat u Xewkija. Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni ħatar jew se jaħtar Presidenti oħra u mhux skond kif indikat mill-Kunsilli Lokali f'dawn l-iskejjel: a. Il-Ministru għażel persuni li skond il-fehma kienu aktar idonei biex iservu f'dawn l-iskejjel: B'Bugia A, Fgura A, Għaxaq, Żabbar A, Kerċem, Nadur u Żebbuġ (Għawdex). b. Il-Ministru ħatar Presidenti hu peress li n-nomini mill-Kunsilli Lokali waslu tard; Cospicua, Dingli (persuna indikata Sindku), Lija/Balzan, Qormi San Ġorġ A u B, Santa Venera A u B u Żurrieq B. c. Il-Ministru għad irid jaħtar Presidenti f'dawn il-lokalitajiet; Mqabba, Mtarfa (persuna indikata Sindku), Pembroke u Siġġiewi. d. Żebbuġ A: il-persuna indikata kienet kandidata għall-elezzjoni ġenerali. Lista bl-ismijiet tal-Presidenti konċernati ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #380 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati mal-Gvern — Skema għall irtirar kmieni

Question

Hemm xi ħsieb li impjegati tal-gvern jiġu offruti xi skemi biex jirtiraw mill-impjieg pubbliku qabel jilħqu l-eta' tal-pensjoni? Fil-każ li iva, x'tip ta' skemi se jiġu offruti u liema impjegati se jkunu ntitolati japplikaw għalihom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Ftehim Kolletiv tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku jagħmel provvediment biex il-Gvern u l-Unions jesploraw il-possibilta` ta’ irtirar qabel l-eta` tal-pensjoni f’każi ta’ “under-utilisation” jew xogħol li jkun eċċezzjonalment iebes jew stressanti. Ninsab infurmat li għadu kmieni biex wieħed jagħti tagħrif dwar dawn l-iskemi.

Paga minima — Familji Maltin u Għawdxin

Question

Kemm hawn familji li d-dħul tagħhom huwa taħt il-paga minima, kemm għandhom tfal u x'persentaġġ huma dawn il-familji mit-total kollu tal-familji Maltin u Għawdxin? F'liema lokalitajiet jgħixu dawn il-familji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieg[u lill-Ministru kkon/ernat.
Leg 10 PQ #382 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Għalliema barranin

Question

Kemm hemm persuni ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni bħala għalliema full-time, part-time, jew casuals? Minn liema pajjiżi huma? X'suġġetti jgħallmu? Fuq liema kriterji u b'liema kwalifiki ġew appuntati? X'inhi l-pożizzjoni legali tagħhom f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li persuni ta' nazzjonalita' barranija li jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Edukazjoni bħala għalliema huma tnejn. Dawn huma għalliem ta' nazzjonalita' Rumena li jgħallem l-Ispanjol bi grad ta' Għalliem Temporanju u għalliem ta' nazzjonalita' Tedeska li jgħallem it-Tedesk bi grad ta' 'Supply Teacher'. Il-Board li ntervistahom sab li kellhom kwalifiki biżżejjed biex ikunu eliġibbli u ġew impjegati peress li ma kienx hemm għalliema Maltin disposti biex jgħallmu s-suġġett tagħhom.

Kumpanniji b'investiment pubbliku — Impjegati ġodda

Question

Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija b'kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #388 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġetti — White Rocks

Question

B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 250 u r-risposta mogħtija, jikkonferma li fil-proġett tal-White Rocks ser ikun hemm Hotel li takkomoda 1000 sodda, jew dan il-proġett ta' lukanda ġie abbandunat? Jekk abbandunat, biex ser ikun sostitwit?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-proġett tal-White Rocks hu regolat b'Development Brief li nħareġ mill-Gvern. Il-proġett li qed jiġi diskuss bħalissa jinkludi elf sodda. Għalkemm id-diskussjonijiet mhux magħluqa, il-Gvern qed jinsisti li ma jkun hemm ebda tibdil ta' sustanza minn dak li kien indikat fid-Development Brief.

Xogħol ta' kostruzzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kuntrattur li qed jagħmel xogħol ta' kostruzzjoni fi proprjeta' għandhux l-obbligu li jħalli l-bankina libera mingħajr perikli? Liema Awtorita' għandha l-obbligu li tassigura li dan isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kuntrattur li qed jagħmel xogħol ta` kostruzzjoni fi proprjeta` huwa obbligat li jħalli l-bankina libera mingħajr periklu. Skond l-A.L. 119/2002, Kunsill Lokali jista` jagħti permess lil xi kuntrattur sabiex f`xi triq jiddepożita materjal tal-bini, materjal ieħor, xi oġġetti, xi krejn jew makkinarju ieħor waqt il-bini, kostruzzjoni jew demolizzjoni ta` xi bini jew proġett ieħor simili. Mal-ħruġ tal-permess, fost kundizzjonijiet oħra, il-Kunsill jobbliga l-applikant li jagħmel dawk il-marki kollha li jkunu neċesarji sabiex jiġi evitat kull periklu. Ninsab infurmat ukoll illi l-artikolu 25 ta` Kapitolu 10 tal-Liġijiet ta` Malta, jipprovdi illi mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta` kull liġi oħra, ħadd ma jkun jista`, mingħajr il-liċenzja tal-Kunsill Lokali relattiv, jibni jew jaghmel ebda ħaġa fit-triq li tista` ġġib xkiel jew periklu jew inkomdu lill-pubbliku, inkella jħalli, wara li jiġi mwissi mill-Pulizija jew minn gwardjan lokali, binjiet jew opri oħra fi stat ta` tigrif jew ta` periklu għan-nies jew għal ħwejjeġ ħaddieħor.
Leg 10 PQ #397 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Imġarr — Xogħol ta' kostrizzjoni

Question

Kemm ġie jiswa x-xogħol ta' kostruzzjoni li sar fl-iskola primarja ta' l-Imġarr (Malta)? Kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet? Meta inbeda x-xogħol, kemm kellu jieħu żmien sabiex jitlesta u kemm til-fatt dam sabiex tlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' kostruzzjoni li sar fl-iskola primarja ta' l-Imġarr sewa Lm396,000. L-istima oriġinali tax-xogħol kienet ta' Lm417,000 esklużi xogħlijiet ta' sevizzi u ta' finatura fuq is-sala. Ix-xogħol ingħata bidu f'Novembru 1998 u kellu jieħu erbgħa u għoxrin xahar sabiex jitlesta. Peress iżda, li nqalgħu xi ntoppi ma' l-ex-sidien ta' l-art li kienet ġiet esproprijata biswit l-iskola biex issevi għall-espansjoni ta' l-istess skola, ix-xogħol tlesta tlett xhur wara d-data stabbilita fil-'Conditions of Contract' tas-sejħa għall-offerti hekk kif ippublikata mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Retaining wall — Barriera

Question

X'kienet l-ispiża sabiex jittella retaining wall fil-barriera ta' fejn il-Kwartieri ta' l-SAG f'Ta' Kandja? Kemm ilu jintefa radam f' din il-barriera? X'inhu d-dħul tal-Gvern minn dan ir-radam?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tfigħ ta' radam f'din il-barriera beda fis-27 ta' Marzu u waqaf fil-21 ta' Mejju 2003. Id-dħul tal-Gvern minn dan huwa stmat li ser jilħaq is-somma ta' Lm23,058. Rigward ir-retaining wall, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku retaining wall li sar kien dak temporanju ġewwa l-barriera li ma sewa l-ebda spiża lill-Gvern.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

B'referenza għar-risposta' ta' mistoqsija parlametnari numru 186 jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tista' tagħmel il-persuna kkoncernata sabiex japplika għall-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna kon/ernata fl-uffi//ju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' So/jali li jkopri l-lokalita' tag[ha.

Unit tar-restawr — Transfers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet trasferita' minn jew għal ma' l-unit tar-restawr fit-taqsima tax-xogħlijiet minn Jannar 1999 sal-lum? Minn liema dipartiment ġew dawn il-persuni u f'każ ta' transfers għal liema dipartiment inbagħtu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-transfers minn jew għal mal-Unit tar-Restawr, minn Jannar 1999 sa llum kienu kif ġej:- Transfers għal mal-Unit tar-Restawr:- 1 minn mal-Coordination Unit 1 minn mal-Unit għas-Servizzi ta' Tisbigħ 2 minn mad-Districts Office 1 minn mal-Human Resources Branch 2 minn mat-Taqsima tas-Saħħa 1 minn mal-Housing Department 1 minn mat-Taqsima ta' l-Edukazzjoni 1 minn mad-Dipartiment tad-Dranaġġ 1 minn mal-Contracts and Procurment Section, fi ħdan id-Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni. Transfers minn mal-Unit tar-Restawr:- 2 għal mad-Districts Office, fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzzjoni 1 għal mad-Dipartiment tad-Dranaġġ 2 għal ma' l-Agricultrual Services and Rural Development Division (meta ġew appuntati Senior Operatives).
Leg 10 PQ #405 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

San Pawl il-Baħar — Triq il-Knisja - bankini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 275, jista' il-Ministru jgħid jekk il-bankina msemmija saritx skond ir-regolamenti tal-MEPA? Intalab permess mill-MEPA qabel beda x-xogħol? Jekk intalab, x'inhu n-numru tal-permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor Membru li din id-domanda għandha issir lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #406 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratt mogħti lid-ditta KPMG

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur tal-kuntratt li ngħatat id-ditta KPMG mill-Ministeru tas-Saħħa? Kemm fil-fatt tħallsu dawn il-konsulenti għax-xogħol li għamlu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif diġa kien intqal fir-rispota għall-mistoqsija parlamentari numru 36573 [Seduta numru 821 - 27/11/2002], id-ditta ta' konsulenza KPMG kienet ingħatat kuntratt fit-2 ta' Mejju 2001 ta' tmintax-il xahar biex jagħmlu 'Business Process Re-Engineering' fil-Government Pharmaceutical Services [GPS]. Dan il-kuntratt li kien ukoll jinkludi s-servizzi ta' Financial Controlller u Administrative Assistant fuq bażi full-time ingħata għas-somma ta' LM88,000 li tinkludi l-VAT. Minn din is-somma sa issa d-Dipartiment tas-Saħħa ħallas LM56,052.15 [inkluż il-15% VAT], filqwaqt li l-bilanċ tal-valur tal-kuntratt huwa approvat għall-pagament. Ħarġet ukoll 'variation of contract' fuq il-kuntratt oriġinali għas-somma ta' LM54,970 [inkluż il-15% VAT] għall-assistenza fl-implementazzjoni tar-rekkomandazjonijiet li ħarġu mill-'BPR' li ukoll jinkludi s-servizzi ta' Financial Controller. Minn din is-somma tħallsu LM15,594 [inkluż il-15% VAT].