Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħsarat fit-toroq — Fgura

Question

Peress li parti qasira ta' Triq il-Merħba fil-Fgura hija fi stat ħażin ħafna u mħarbta u f'din il-medda mħarbta hemm żewġ warehouses li kull meta jinħarġu l-affarijiet u l-merkanzija minnhom għal ġol-vetturi li jġorruhom dawn jinkisru b'telf għan-negozjant/sid. Jogħġbu il-Ministru jara li ta' l-anqas din il-parti tat-triq titwitta mill-aktar fis?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena infurmat illi filwaqt illi d-Direttorat tat-Toroq lesta x-xogħol preparatorju għall-asfaltar ta' parti minn Triq Merħba kantuniera ma' Triq is-Summien fl-inqas żmien possibli mistennija tiġi ppublikata s-sejħa għall-offerti sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista jsir. Il-parti l-oħra ta' Triq Merħba imsemmija mill-Onorevoli Interpellant qegħda mniżżla fil-programm ta' toroq li għandhom isiru aktar ' l quddiem skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal-żmien fid-Direttorat.

Theddida għas-saħħa — Yo balls

Question

Peress li skond rapporti li deheru, il-Market Surveillance Directorate u l-Malta Standards Authority qed jinvestigaw jekk il-ġugarell yo balls huwiex ta' theddida għas-saħħa u l-ħajja tat-tfal, jista' il-Ministru jgħid f'hiex waslu l-investigazzjonijiet u x'inhu r-riżultat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u hu mistenni li jiġu konklużi fi żmien qasir. Sadanittant, id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni b’konsultazzjoni mad-Direttorat tas-Sorveljanza fuq is-Suq ħadu passi biex tiġi sospiża l-importazzjoni kollha ta’ dawn il-yoyo water balls f’Malta sakemm ikun hemm ir-riżultat finali ta’ dawn l-investigazzjonijiet.

Gudja — Installazzjoni ta' pelican lights

Question

Jogħġbu il-Ministru jara li jiġu nstallati pelican lights f'Dawret il-Gudja, Gudja mill-aktar fis peress li l-wisa' u t-tul sostanzjali ta' din it-triq qed iwasslu għal sewqan eċċesiv bil-konsegwenza li ġieli ttajjru nies li jkunu qed jaqsmu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn riċerka li saret fir-rekords tad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li d-Direttorat ma rċieva ebda rikjesta mill-Kunsill Lokali tal-Gudja rigward pelican crossing f'Dawret il-Gudja. Sadanittant l-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta ser tressaq it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Kunsill Lokali kkonċernat.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jogħġbu il-Ministru jara li Triq Carmelo Robinich, Triq Salvatore Imbroll, Triq Mons. F. Xuereb, Triq Anġlu Psaila, lkoll f'Raħal Ġdid, jiġu asfaltati mill-aktar fis, iktar u iktar issa li l-asfaltar fi Triq ix-Xewk f'Raħal Ġdid li tinsab f'nofshom, beda diġa u l-loġika tiddetta li l-area kollha tkun ta' l-istess livell?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq lesta x-xogħol preparatorju għall-asfaltar tat-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant u s-sejħa għall-offerti sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista jsir mistennija toħroġ aktar 'l quddiem.

Underground railway — Proġetti

Question

Għad li forsi għadu prematur sabiex jiġi kontemplat dan il-proġett, jaħseb il-Ministru li in vista taż-żieda eżaġerata fil-volum tat-traffiku u kif din mistennija tkun fi żmien ħames snin oħra (skond studju ta' l-2002 tal-MEPA), għandhux jiġi kontemplat proġett ta' sistema ta' underground railway (bħal ma hemm fi bliet Ewropej) jew tube anke forsi b'fondi mill-Unjoni Ewropea, kif sar f'Ateni fil-Greċja matul l-aħħar għaxar snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Dwar it-Trasport kontinwament tistudja kif tista' tirranġa l-meżżi tat-trasport, anke dawk tal-massa, madankollu wieħed irid, dejjem iżomm quddiem għajnejh il-fatt li sistemi ta' underground jiswew miljuni kbar biex jinbnew u miljuni oħra f'manutenzjoni.

Impjiegi — Flus tal-mard

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, titħallas tal-perjodu li hu għamel bis-sick leave fix-xahar ta' Diċembru u dan wara li hu kien ħa by hand id-dokumenti kollha meħtieġa fil-ħin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ;iet infurmata bil-ka] tag[ha.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal akkomodazzjoni alternattiva bl-applikazjoni nru. H17568?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed ti;i kkunsidrata flimkien mal-applikazzjonijiet l-o[rajn kollha li g[andu quddiemu d-Dipartiment g[all-Akkomodazzjoni So/jali.

Tarznari — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm spiċċaw ħaddiema miż-żewġ tarznari fis-sena 2002? Jista' jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta` ħaddiema li spiċċaw miż-żewġ tarznari fis-sena 2002 huwa kif muri hawn taħt: Terminations during 2002 Age Group MDD MSCL 56 Years and over 371 55 between 50 and 55 years 50 4 between 40 and 49 years 161 43 under 40 127 18 ----- ---- 709 120

Tarzna — Baċir nru. 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Baċir nru. 1 qed ikollu l-kexxun magħluq u mimli bl-ilma? Jista' il-Ministru jara li t-Tarzna tagħmel studju/investigazzjoni jekk dan hux kaġun ta' infestazzjoni ta' nemus f'Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Bacir jinzamm mimli bl-ilma minhabba l-fatt li jekk jinzamm xott issir il-hsara lill-istruttura tieghu. Madankollu, il-bacir jigi parzjalment imbattal u mimli darba fil-gimgha sabiex l-ilma ta' go fih qatt ma jsir "ilma qieghed".

Tarzna — Baċir nru. 1 - dawl ma' l-istores

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dawl ma' l-istores fil-Baċir nru. 1 kienu qed jixgħelu filwaqt li dan il-moll kien qed jiġi wżat minn tal-films u issa reġgħu intfew sabiex is-suq ta' Bormla hemm id-dlam?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-dwal imsemmija normalment jinzammu mitfija. Mit-28 t' April sat-23 ta' Mejju 2003, dawn kienu inxteghlu bhala parti minn ftehim kummercjali mal-produtturi ta' film. It-Tarzna ma ghandha ebda obbligu li tipprovdi street lightning ghall postijiet barra mit-Tarzna.
Leg 10 PQ #332 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru, permezz tad-diviżjoni tas-saħħa, jinvestiga ilment li wasal għandi li fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid nhar is-Sibt 7 ta' Gunju 2003, wara nofsinhar ma kienx hemm tabib għal ħinijiet twal? Vera li kien hemm pazjenti li kienu diġa` rreġistraw iżda telqu ’l barra mingħajr ma rahom tabib wara sigħat twal jistennew? Kemm kien hemm tobba dak inhar on duty bejn nofsinhar u s-6.00 p.m. f'dan iċ-Ċentru? Kemm-il pazjent ġie invistat u kemm saru house calls?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li mill-investigazzjoni nterna li saret jirriżulta illi nhar is-Sibt 7 ta' Ġunju, fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid kien hemm tobba 'on duty' bejn 12.00 u 18.00 kif ġej: Dr. A. 12.30 - 18.00 Dr. R. 12.00 - 14.00, 15.30 - 18.00 Dr. M. 12.00 - 15.00, 16.30 - 18.00 Dr. S. 12.00 - 16.00 Dr. J. 12.00 - 16.00 U dawn kollha kienu preżenti fuq il-post tax-xogħol ħlief meta marru fuq viżti urġenti fid-djar: 13.10 (Cospicua) Dr. M. 17.30 (Kalkara) Dr. A. Total: 2 viżti Dawn il-ħames tobba raw ukoll pazjenti li dak in-nhar ġew għal viżta ġewwa il-kliniċi taċ-Ċentru tas-Saħħa u dawn bejniethom raw: bejn 08.00 - 13.00: 87 pazjenti bejn 13.00 - 17.00: 38 pazjenti bejn 17.00 - 20.00: 49 pazjenti Total: 174 pazjent N.B. l-istatistika tinġabar fit-8.00, 13.00, 17.00 u 20.00) - medja wara nofs in-nhar ta' xi tnax-il pazjent kull siegħa - żgur mhux xi volum ta' barra mis-soltu. Fl-istess ħin ingħataw ukoll ammont sostanzjali ta' pariri fuq it-telefon. Nixtieq ninfroma ukoll li nhar is-Sibt 7 ta' Ġunju 2003, ma ġew irraportati l-ebda ilmenti minn pazjenti, la mal-SMO jew l-NO/Deputy NO li kienu kollha xogħol. Anqas ġew irraportati 'incident reports' minn naħa ta' l-impjegati fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid.
Leg 10 PQ #333 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Skrivana — Għawdxin

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm Għawdxin li jaħdmu bħala skrivana Malta, f'liema dipartimenti qegħdin u kemm ilhom Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant tagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #334 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Persuni jirreġistraw għax-gxoħol

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex kemm qabel kif ukoll wara l-elezzjoni u tindika s-sess u l-eta' tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onorevoli Nterpellant tindirizza l­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #335 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Pazjenti — Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jieħdu LUSTRAL jew sostitut tiegħu taħt schedule V?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-introduzzjoni tal-mediċina Sertraline (Lustral) fil-Formularju tad-Dipartiment tas-Saħħa kienet diskussa waqt il-laqgħa tad-Drug and Therapeutics Committee f'April 2001. Din it-talba ma gietx irrakkomandata, għax kien meqjus li kien hemm diġa' varjeta` konsiderevoli ta' mediċini għall-kura tad-dipressjoni fil-formularju u li mhux possibli li jiġu nklużi l-mediċini kollha ta' din il-kategorija. Hemm 4,089 pazjent li qegħdin jieħdu b'xejn mediċini minn din il-kategorija. Il-mediċini ta' din il-kategorija jingħataw biss taħt Schedule V.
Leg 10 PQ #336 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Vettura miżmuma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu miżmum mill-pulizija il-van Landrover TAN 179? Meta hemm il-ħsieb li jiġi rilaxxat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi hemm xi vettura bin-numru tar-reġistrazzjoni TAN 179 li qed tkun miżmuma mill-Pulizija.

Traġitt lejn Kemmuna — Nollijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx sar xi ftehim, bejn xi regolatur u dawk li joffru s-servizzi ta' traġitt lejn Kemmuna, bħala servizz pubbliku? Jekk iva meta sar dan il-ftehim, u min qed jirregola s-servizz u n-noll? Jekk le meta ser jiġu rregolati s-servizz u n-noll?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent ma jeżisti l-ebda ftehim bejn xi regolatur u dawk li joffru s-servizzi ta' traġitt lejn Kemmuna u ma hemmx pjani sabiex dan is-servizz u n-noll jiġu regolati.
Leg 10 PQ #352 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Villa Psaigon

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'użu qed jagħmel il-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni minn Villa Psaigon li tinsab ġewwa Ħad Dingli? Meta kien l-aħħar li ntużat billi tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, LOUIS)

L-iskop ta' Villa Psaigon hu li tintuża bħala residenza/'day field study centre' għat-tfal ta' l-iskejjel sekondarji. Peress li dan iċ-ċentru kien jeħtieġ tiswijiet biex titjieb is-sigurta' u s-safety tiegħu, is-servizz edukattiv ġie sospiż temporanjament. Fis-16 ta' Diċembru, 1999 id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni applika formalment lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinħarġu permessi biex dan il-post jiġi re-abilitat. Dan il-permess ġie rifjutat mid-Development Control Commission fil-11 ta' Marzu, 2002. Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni baqa' iħoss il-ħtieġa ta' dan il-post li kien ta' benefiċċju kbir għall-istudenti, għalhekk fis-16 ta' Marzu, 2002 id-dipartiment reġa' applika għal rekonsiderazzjoni ta' din l-applikazzjoni (PA 6640/99). Fis-26 ta' Mejju, 2003 nstema' l-appell u l-applikazzjoni ġiet approvata. It-tender għal dan ix-xogħol qiegħed jiġi ppreparat mill-Perit appuntat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għall-pubblikazzjoni.
Leg 10 PQ #355 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Minor operations

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 289 u cioe' jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-isptar San Luqa għadha ma daħlitx sew is-sistema li ċerti minor operations isiru fuq bażi ta' day cases (ez Hernia) biex b'hekk jitnaqqas in-numru ta' pazjenti mis-swali tal-kirurġija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Day Surgery Unit ilha issa miftuha għal bosta snin. Is-Sala tintuża minn diversi speċjalitajiet, li jinkludu d-Dipartimenti tad-Dentisti, ta' l-Onkoloġija, ta' l-Anesteżija, tal-Kardjoloġija, Kirurġija Plastika, ta' l-Ortopedija, u ta' Kirurġija Ġenerali. Fir-rigward tad-Dipartiment tal-Kirurġija Ġenerali matul is-sena 2002 in-numru ta' proċeduri laħaq total ta' 1,829. Dawn jinkludu proċeduri ta' natura minuri u ta' natura intermedja (jinkludu bħal herniae u vini varikużi). Id-Dipartiment tal-Kirurġija qiegħed dejjem jinkuraġixxi lill-Kirurgi tiegħu jkomplu jżidu f'dan in-numru imma ż-żieda fin-numru qiegħed jiġi ristrett minħabba l-limitazzjoni ta' ħin fl-Operating Theatres.
Leg 10 PQ #356 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Qali — Crafts Village - Latrina

Question

Possibbli l-Ministeru tas-Saħħa jara li l-public convenience li hemm fil-craft centre f'Ta' Qali tinfetaħ għax minkejja li ilha mibnija snin, baqgħet dejjem magħluqa bil-konsegwenza li t-turisti li ta' kuljum iżuru dan il-post m'għandhomx aċċess għal public convenience u jkollhom jinqdew fi ħwienet privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.