Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #528 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Każi ta' reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul April 2003? Jistaż jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul April 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #529 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Mejju 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti każi ta' serq matul Mejju 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Mejju 2003 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 80 każ ta` serq.
Leg 10 PQ #530 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Każi ta' reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Mejju 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Mejju 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #531 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Każi ta' reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex (minn fejn tinġabar l-istatistika) lokalitaż b'lokalita', fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sal-31 ta' Mejju 2003) Jista' il-Ministru jikklassifika r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #532 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex (minn fejn tinġabar l-istatistika) lokalita' b'lokalita', fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sal-31 ta' Mejju 2003)? Jista' il-Ministru jikklassifika s-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Indri Borg

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li jingħata wiċċ xieraq lil Triq Indri Borg, f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Ħ'Attard — Misraħ Kola - qasam industrijali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 321 fejn intlabt inkun aktar speċifiku, filwaqt li jinnota li l-inkonvenjent jikkonsisti f'irwejjaħ u ħsejjes żejda, jista' il-Ministru jagħti tweġiba?

Response (DALLI, JOHN)

L-Interpellant għandu japprezza li l-post li qed jirreferi għalih huwa qasam industrijali li ilu stabbilit għal ħafna snin. Għandhom isiru rapporti speċifiċi fuq kull inkonvenjent li jsir.

WSIS

Question

Il-gvern Malti ġie mistieden għall-World summit on information society (WSIS)? Jekk iva, fuq liema livell qed issir tħejjija għal dan is-summit? Qed ikun hemm xi kordinazzjoni mal-acceding countries tal-UE? Il-pożizzjoni tagħhom se tkun konformi mal-basic guidelines tal-Kummissjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Gvern Malti gie mistieden ghall-WSIS. Il-Gvern diga ghamel is-sottomissjonijiet tieghu aktar kmieni din is-sena u issa qieghed ukoll jippartecipa b'mod attiv fl-izvillup ta' Pjan ta' Azzjoni draft li l-ewwel verzjoni tieghu ser tigi diskussa nhar it-30 ta' Gunju f'laqgha fi Brussel li ghaliha l-Gvern Malti ser ikollu zewg rapprezentanti. Il-koordinazzjoni li hemm mal-pajjizi l-ohra - li flimkien ma' Malta ser jissiehbu fl-UE fl-1 ta' Mejju 2004 - hija bbazata fuq il-partecipazzjoni tal-Gvern fil-Kumitat eEurope li fih tigi fformulata l-politika ewropeja fuq is-socjeta ta' l-informazzjoni.

Software & IT industry — Twaqqif ta' venture capital fund

Question

Iħoss il-ministeru li flimkien mal-ministeru konċernat għandu jinkoraġixxi t-twaqqif ta' venture capital fund ħalli jippromwovi l-iżvilupp indiġenu tas-software and IT industry? Għandu jkun hemm national task force on information technology and software development?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-Ministeru jaqbel li l-kuncett ta' venture capital ghal-kumpanniji tas-software ikun inkoraggit sakemm dan isir f'kuntest shih tal-venture capital fil-pajjiz, li ghalih huwa responsabbli Ministeru iehor. Dan il-Ministeru jemmen ukoll li fl-izvillup ta' kull inizzjattiva f'dan il-kuntest ghandha tghaddi minn gharbiel strett li jizgura li l-venture capital jintuza biss fi progetti b'vijabilita finanzjarja soda. Nikkonferma wkoll illi l-Gvern qieghed jibni l-istrutturi necessarji biex ikun jista jisfrutta l-investiment li qieghed isir fil-pajjiz f'dan il-qasam kif ukoll il-vantaggi li l-industrija tgawdi minn shubija shiha fl-UE.
Leg 10 PQ #566 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Kunsilli lokali — Permessi temporanji għall-bars

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx il-poter li joħorġu permessi temporanji għall-bars?

Response (BORG, TONIO)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal bars temporanji li jintramaw waqt xi attivitajiet bħal ma` huma festi reliġjużi. F`dan il-każ japplika l-A.L. 119 ta` l-2002 li jistipula li ħadd ma jista` iwaqqaf xi posta f`xi triq jew jagħmel xi attivita` kummerċjali f`tali triq f`xi ġurnata jew ġranet speċjali jew speċifiċi mingħajr il-permess tal-Kunsill Lokali. Ta` min jgħid ukoll illi l-Kummissarju tal-Pulizija, għal raġunijiet ta` ordni pubbliku eċċ jista` iwaqqaf jew jissospendi permess maħruġ mill-Kunsill Lokali.
Leg 10 PQ #567 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Stabilimenti ta' l-ikel — Permessi għal imwejjed fuq barra

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx dritt li joħorgu permessi temporanji biex xi ħadd joħroġ imwejjed barra u jservi xorb?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Bdiewa/raħħal/sajjieda — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każi ta’ għajnuna lill-bdiewa, raħħala u sajjieda li ngħataw matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena, separatament u kemm kienet iċ-ċifra ta’ flus globali li tqassmet? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess tagħrif għall-istess perjodu tas-snin 2000, 2001 u 2002, rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt inkluża. Xahar Dettalji 2000 2001 2002 2003 Każ i Ammont LM Kazi Ammont LMKaż iAmmont LMKaż iAmmont LM Jannar Kazi ta’Ghajnuna Sussidju fuq imgħax* Nil Nil Nil Nil 1 109 600 3,362Nil NilNil Nil12 Nil31,400 Nil Frar Kazi ta’Ghajnuna Sussidju fuq imgħax* Nil Nil Nil Nil Nil 16 Nil 1,254Nil 91Nil 3,37879 Nil131,655 Nil Marzu Kazi ta’Ghajnuna Sussidju fuq imgħax* 1 Nil 480 Nil Nil Nil Nil Nil4 Nil9,300 Nil74 27126,253 3,012 April Kazi ta’Ghajnuna Sussidju fuq imgħax* Nil 120 Nil 5,733 Nil Nil Nil NilNil 45Nil 3,53415 355,466 390 Total Kazi ta’Ghajnuna Sussidju fuq imgħ ax* 1 120 480 5,733 1 125 600 4,6164 1369,300 6,912180 30344,774 3,402 Ta’ min iżid li l-bicca l-kbira ta’ l-għajnuna fl-2003 tinkludi l-iskema għas-sajjieda approvata mill-kabinett fis-sena 2002 u liema għajnuna qed tingħata għat-tisħiħ ta’ dgħajjes tas-sajd u apparat tas-saħħa u sigurta’. Din l-għajnuna qed tkompli tingħata din is-sena.

Bdiewa/raħħal/sajjieda — Sussidju

Question

Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji uffiċjali tar-regoli/kondizzjonijiet ġodda u materjal informattiv dwar is-sussidju, eċċ. li ntbagħtu lill-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-agro industrija f’Malta u Għawdex matul ix-xhur ta’ Marzu u April ta’ din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull informazzjoni li ntbagħtet lill-bdiewa, raħħala, sajjieda u lill-agro-industrija.

Bdiewa/raħħala — Taħriġ barra minn Malta

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’għajnuna finanzjarja diretta qed jagħti l-gvern lill-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin sabiex imorru jitħarrġu barra minn Malta fuq is-setturi speċifiċi tagħhom biex jintegraw mas-sistemi u r-regoli tal-CAP?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li qed tingħata għajnuna f’diversi forom iżda mhux necessarjament billi jintbagħtu barra minn Malta bdiewa u raħħala, għalkemm kien hemm okkażjonijiet fejn intbagħat grupp ta’ bdiewa l-Italja fuq programm organiżżat flimkien mac-CIHEAM – Centre International de Hautes Etudes Agronomiques Mediterranéennes (International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies). L-Onor. Membru mitlub jinnota li d-Dipartiment qed jipprova jara li t-taħrig kemm jista jkun jingħata f’Malta ħalli jkunu l-ħafna li jibbenefikaw minnu u mhux il-ftit magħżula. Huwa għalhekk li tniedu numru ta’ “Twinning Projects” bħal dak tal-vitikultura bil-għan li jħejji s-settur u b’mod partikolari l-bdiewa li jkabbru d-dwieli. Dan is-sajf ukoll ser jinġieb espert fit-tkabbir tad-tadam biex dan is-settur ikompli jiżviluppa fil-kuntest tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Mtarfa — Ħitan tal-konkos

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex fl-irdumijiet sensittivi tat-tafal ta’ l-Imtarfa biswit il-bypass ta’ l-Imtarfa saru ħitan tal-konkos minflok dawk tradizzjonali u karatteristiċi tas-sejjieħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħitan ta’ taħt il-bypass tal-Imtarfa ġew approvati fl-applikazzjoni PA 3110/00 b’materjal tal-konkos għaliex dawn iservu bħala “retaining wall”. Il-kundizzjoni numru 10 fil-permess tirrikjedi li l-ħitan tal-konkos ta’ taħt it-triq ikunu “precast panels with rubble wall facing”. Saret spezzjoni mill-ufficjali tas-Sezzjoni ta’ l-Infurzar tal-MEPA u jirriżulta li l-ħitan tal-konkos mibnija biswit il- bypass ta’ l-Imtarfa huma mibnija skond il-kundizzjoni tal-permess. Dan ix-xogħol huwa parti mix-xogħlijiet meħtieġa sabiex tinbena mill-ġdid triq li nbniet oriġinarjament ħażin fil-bidu tas- snin tmenin u fil-fatt cediet.

Mtarfa bypass

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet kompetenti ħallew li ssir rovina sħiħa f’zona u rdum sensittivi fl-Imtarfa biswit il-bypass?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Numru 92.

Impjiegi — Tilwim industrijali

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tilwimiet industrijali reġistrati f’Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Liema kienu l-azjendi, kumpanniji, dipartimenti governattivi, eċċ. involuti? Jista’ il-Ministru jagħti l-istess breakdown għall-istess perjodu għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpo;;i fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #147 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

E Learning — Unjoni Ewropea

Question

Jogħġbu l-Ministru jispjega fid-dettall mqar b'eżempji, kif ser igawdu l-istudenti Maltin bil-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programm ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-E learning li ġie introdott f'Mejju 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mis-sena 2002 Malta saret membru sħiħ tal-European Schoolnet. Il-European Schoolnet (EUN) hi organizzazzjoni internazzjonali iffinanzjata minn aktar minn 26 Ministeru ta' l-Edukazzjoni. L-għan tagħha hu li tiżviluppa t-tagħlim għall-iskejjel, għalliema u studenti fl-Ewropa. Dan iseħħ permezz ta' l-użu tal-komunikazzjoni u bdil ta' informazzjoni, fis-sistema edukattiva, b'mezzi innovattivi, u billi naġixxu bħala 'gateway' għal 'networks' skolastiċi, kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali. Fost l-attivitajiet l-iktar popolari għall-iskejjel Maltin hija l-eSchola u l-eLearning Awards. eSchola titfa' l-attenzjoni fuq l-aħjar tat-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni fl-edukazzjoni, minn madwar l-Ewropa. eSchola toffri opportunita' lill-għalliema Maltin biex jitgħallmu minn kollegi Ewropej. eSchola toffri l-possibilta' li wieħed jissçħeb ma' komunita' ta' għalliema u skejjel minn madwar l-Ewropa u anke minn pajjiżi oħra. Għalliema u studenti jistgħu jiltaqgħu, ibiddlu ideat u jaħdmu ma' xulxin fuq proġetti ta' daqs u tul differenti. Din is-sena ser ikun hemm opportunita' għall-ġemellaġġ u 'networking' ta' skejjel. L-eLearning Awards, organizzati mill-'European Schoolnet' (EUN), huma mmirati għall-għalliema u skejjel biex permezz tagħhom jiġu ppremjati proġetti, attivitajiet, riżorsi 'online' u websites ta' l-iskejjel li juru użu innovattiv u eċċellenti tal-ICT fit-tagħlim. Il-Website ta' l-iskola ta' Marsaxlokk http://schoolnet.gov.mt/mxlokkprimaryc ġiet magħżula għal dawn l-eLearning Awards.