Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċens

Question

Jogħġbu l-Ministru jara l-għala t-talba tal-persuna li d-dettaljij tagħha qed jintbagħtu separatament lill-uffiċċju konġunt (File no. T113/97) sabiex tifdi ċ-ċens tal-propjeta tagħha, għadha ma ġietx iproċessata, minkejja li rċiviet l-acknolegement tat-talba tagħha fl-20 ta' Diċembru 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fi żmien qasir l-applikant in kwistjoni ser jiġi infurmat bl-ammont li bih jista` jifdi ċ-ċens.

Ħal Tarxien — Ħsarat fit-toroq

Question

Jogħġbu l-Ministru jintervjeni personalment sabiex Triq Mariano Gerada f'Ħal Tarxien, jekk ma tistax tiġi asfaltata għalissa (ħaġa li m'hijiex diffiċli stante li s-servizzi ta' taħt il-wiċċ tat-triq huma mgħoddija taħt 90% ta' din it-trejqa) ta' l-anqas tiġi livellata peress li l-istat ħażin immens ta' din it-trejqa qed jagħmilha kważi impossibli anke għall-karozzi li jgħaddu minnha, aħseb u ara kif ser ikun impossibbli għar-residenti li jgħaddu minnha meta tkun ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qabbdet perit biex jispezzjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.

Marsa — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li ilha s-snin li applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva u li hija l-vittma ta' vjolenza domestika serjissima, tingħata din l-akkomodazzjoni alternattiva mill-aktar fis, anke minħabba l-kundizzjonijiet miżerabbli tad-dar tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed ti;i kkunsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet o[rajn li g[andu quddiemu d-Dipartiment g[all-Akkomodazzjoni So/jali.
Leg 10 PQ #178 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Invażjoni ta' nemus in-naħa tas-suq

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir investigazzjoni sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema kbira li qed iħabbtu wiċċhom magħha residenti fin-naħa tas-suq ta' Bormla minħabba invażjoni ta' nemus?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fid-29 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju 2003, ma nstab l-ebda akkumulu ta' skart jew ilma qiegħed li jista' jġib in-nemus. L-ebda infestazzjoni ta' nemus ma ġiet innotata fl-inħawi indikati.

Bormla — Triq ix-Xatt - ċangaturi tal-lava

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-ammont kbir (xi 500 blokka) ta' ċangatura tal-lava li nġibu mijiet ta' snin ilu, li issa nqalgħu minn Triq ix-Xatt, f'Bormla (taħt il-Baċir)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li filwaqt li bħalissa dawn iċ-ċangaturi qed jinżammu mill-kuntrattur, mistennija jittçħdu mir-Restoration Unit fil-ġejjieni.

Birgu — Tal-Ħawli - Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jara li tissolva l-problema li qed iħabbtu wiċċhom magħha r-residenti fil-qasam tad-djar Tal-Ħawli, fil-Birgu li spiss qed isofru minn qtugħ fis-servizz ta' l-elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-qtugh tas-servizz ta` l-elettriku fl-inhawi msemmija kien kawza ta` hsarat kemm fis-sistema ta` vultagg baxx kif ukoll fis-sistema ta` vultagg gholi. Dawn gew investigati biex b`hekk sar ix-xoghol mehtieg.

Marsa — Skola tas-snajja' - momument ta' Dun Gwann Mamo

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li ġewwa l-iskola tas-snajja' fil-Marsa (fl-inħawi ta' Cassar Ship Repair Yard) hemm monument/statwa ta' Dun Gwann Mamo - persuna li għamel ħafna ġid fost it-Tarxiniżi u l-Pawlisti fis-seklu l-ieħor- li ilu abbandunat għal snin sħaħ? Jekk dan jinstab, jista' jiġi restawrat u mqiegħed x'imkien prominenti f'Ħal Tarxien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Dan il-ministeru, għandu indikazzjoni li jeżisti bust ta' Dun Ġwann fl-istore ta' l-ex skola tas-snajja' fil-Marsa kif qal l-Onor. Interpellant. Diġa' ktibna lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex naraw huwiex possibbli li dan il-bust ikun eżaminat minn restawraturi sabiex tiġi evalwata l-ħsara li seta' saritlu u wara li jsirlu r-restawr li jkun hemm bżonn, evantwalment, jitqiegħed f'post li jixraqlu.

Raħal Ġdid — Triq ix-Xewk - asfaltar

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li x-xogħol ta' asfaltar ta' Triq ix-Xewk f'Raħal Ġdid jitħaffef għax qed joħloq inkonvenjent mhux żgħir għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parti ta' Triq ix-Xewk li għaliha kienet ħarġet is-sejħa għall-offerta tlestiet kollha f'nof's Mejju.

Marsa — Day centre għall-anzjani

Question

Jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra serjament il-ftuħ ta' day care centre għall-anzjani fil-Marsa peress li l-popolazzjoni tal-Marsa qed tavvanza ħafna fl-eta' u tali ċenru huwa ferm meħtieġ u mixtieq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-politika tal-Gvern f'dan il-qasam hi li l-Gvern jinkora;ixxi kull inizjattiva serja u vijabbli biex il-bliet u l-ir[ula tag[na jkollhom dawn i/-/entri. Kull proposta tkun mist[arr;a, kif qed ikun il-ka] fil-Marsa.

Tarzna — Ex-impjegat - arretrati

Question

Jista' il-Ministru jara jekk il-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - hijiex intitolata għal arretrati peress li żewġha kien ex-impjegat tat-tarzna?

Response (GATT, AUSTIN)

Arretrati ta' pensjonijiet huma amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurta Socjali . Ghalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.

Housing Authority — Care & Repair

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif jiġi determinat li persuna tikkwalifika għal Care & Repair tal-Housing Authority u mhux xi skema oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ma;;or parti tal-ka]ijiet ta' talbiet ta[t l-iskema tal-Care and Repair ta' l-Awtorita' tad-Djar, fil-fatt ji;u riferuti biex issir applikazzjoni ta[t xi wa[da mid-diversi skemi o[ra li g[andha l-Awtorita'. Ta minn jg[id li talbiet ta[t l-iskema tal-Care and Repair, fil-ma;;oranza tag[hom, jitressqu minn Social Workers, Kappillani u nies o[ra li jag[mlu xog[ol ta' volontarjat fil-komunita'. Dawn it-talbiet ikunu dwar persuni li, jew ma jkollhomx me]]i biex jag[mlu x-xog[ol me[tie; jew, min[abba ra;unijiet o[ra, fosthom di]abilita' fi]ika jew mentali, ma jkunux kapa/i jie[du l-inizjattiva huma stess biex iqabbdu lil xi [add jag[mel dan ix-xog[ol. Talbiet ta[t l-iskema tal-Care and Repair ji;u nvestigati permezz ta' home visit mill-Ko-ordinatur ta' l-iskema flimkien ma' persuna teknika. Wara li jsir kemm rapport so/jali dwar il-benefi/jarju prospettiv kif ukoll rapport ie[or tekniku dwar ix-xog[ol me[tie;, il-ka] ji;i diskuss u de/i] minn Panel ma[tur apposta fi [dan l-Awtorita'.

Djar — Kerrejjiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn hemm proġettat li jsir xi slum clearance fis-sentejn li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-;img[at li ;ejjin ser jinbeda x-xog[ol ta' twaqqig[ marbut mat-tieni fa]i tal-pro;ett ta' Triq San Gwann, f'Bormla. Aktar tard mistenni jibda wkoll ix-xog[ol ta' twaqqig[ ta' bini fi Triq Serracino Inglott, fl-istess lokalita'. Barra dan ix-xog[ol ta' twaqqig[ u l-bini ta' postijiet ;odda fuq is-sit, ser jitkompla x-xog[ol ta' slum clearance di;a' mibdi fi Triq il-Wied, l-Imsida, Triq il-Kapu//ini u Triq l-Argotti, il-Furjana, u Triq San Filippu, l-Isla.

Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali — Djar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti mad-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u kemm hemm proprejtajiet għad-disposizzjoni tad-Dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment g[all-Akkomodazzjoni So/jali g[andu 3230 applikazzjoni pendenti. Il-Gvern g[andu madwar 9000 post li minnhom ji;u vakati madwar 200 fis-sena. Dawn jintu]aw mid-Dipartiment g[all-allokazzjonijiet.

Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imqassma djar mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jew mill-Awtorita' tad-Djar bejn l-1 t'April 2003 u l-11 t'April 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-perijodu ndikat ;ew allokati 52 post, li jinkludu allokazzjonijiet g[at-tieni darba mill-Awtorita' tad-Djar ta' postijiet li kienu ;ew ori;inarjament rifjutati kif ukoll bdil u rikonoxximenti mid-Dipartiment g[all-Akkomodazzjoni So/jali.
Leg 10 PQ #384 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Kemm kien hemm studenti jatendu l-aħħar sena tal-korsijiet B.Ed fl-Universita' tul din is-sena akkademika 2002-3 u f' liema suġġetti? Kemm kien hemm studenti jattendu kors PGCE tul din is-sena akkademika u f' liema suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar in-numru ta' studenti li jattendu l-Universita' fil-kors tal-BEd (Hons) fl-aħħar sena imqassma b'suġġetti, u n-numru ta' studenti fil-kors tal-PGCE imqassma b'suġġetti.

Kumpanniji pubbliċi — Promozzjonijiet

Question

Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mal-kumpanniji pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija b'kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Privatizzazjoni — Impriżi pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid bħalissa liema huma dawk l-impriżi pubbliċi li beda l-proċess fuqhom biex jiġu privatizzati? Jista' jgħid f'kull każ f'hiex wasal dan il-proċess?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa il-Privatisation Unit qiegħed jaħdem fuq il-privatizzazjoni tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC), il-Liċenzja tal-Lotterija Nazzjonali u l-Malta Freeport Terminals. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, nwieġeb li kemm fil-każ tal-MOBC u l-Lotterija il-proċess wasal fl-istadji finali. Fil-każ tal-Malta Freeport Terminals il-proċess għadu għaddej pero huwa prematur li jingħata informazzjoni fuqu.

Magħtab/Qortin — Rimi ta' skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan għall-għeluq tal-Magħtab u tal-Qortin? Fejn huma l-postijiet differenti fejn se jintefa' l-iskart minflok dawn iż-żewġ postijiet? Fiex wasal il-pjan biex isir ix-xogħol meħtieġ fuq il-Magħtab u l-Qortin biex ma jibqgħux ikunu ta' periklu ambjentali fl-inħawi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-Gvern għall-għeluq tal-Magħtab u tal-Qortin miexi kif imfassal fl-Istrateġija għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart. Diġa' beda jiġi ddepożitat skart tal-bini fis-sit tal-Mejda u f'dak tal-Bellula għar-riċiklaġġ. Minn l-ewwel ta' Lulju mhux ser jibqa' jintrema skart ta' l-industrija tal-bini fis-sit tal-Magħtab. Minbarra dan, qiegħed isir EIA sabiex jintagħżel l-aħjar sit għal engineered landfill. Qed ukoll jiġi mħejji pjan biex hekk kif is-siti tal-Magħtab u tal-Qortin jingħalqu, jiġu riabilitati u b'hekk ma jibqgħux ikunu ta' periklu.

Arloġġi li jinsabu ħdejn il-bus stops

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli li jieħu ħsieb l-arloġġi ħdejn il-bus stops fit-toroq tagħna peress li ħafna minnhom jinsabu jew weqfin jew b'ħin ħażin u jagħtu dehra ta' telqa u traskuraġni? Jistgħu jittieħdu passi biex jaħdmu sew u juru l-ħin korrett?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mhux l-arloġġi kollha allokati ħdejn il-bus stops jaqgħu taħt ir-responsabbilita' ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta. Bħalissa l-Awtorita' għandha rrapurtati erba' arloġġi li baqa' bil-ħsara u li jinsabu tnejn l-Imsida, wieħed Baħar iċ-Ċagħaq u çħor Bormla. Dawn għandhom bżonn ta' xogħlijiet li jinkludu trinek u cables ġodda. It-Tenders meħtieġa ħarġu u xogħlijiet ser isiru fil-futur qarib.
Leg 10 PQ #390 Sitting 11 2003-06-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Tas-Sellum - ċimiterju

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq iċ-ċimiterju li qed jiġi riabilitat fl-inħawi tas-Sellum fil-Mellieħa? Meta hu maħsub li se jibda jintuża? Kemm hemm oqbra li diġa' nbiegħu? Kemm fadal x'jinbiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol fiċ-Ċimiterju ndikat fil-Mellieħa għadu sejjer. Ix-xogħol fuq il-parti fejn diġa` kien hemm l-oqbra, kif ukoll ix-xogħol ta' tindif ta' blat u ħamrija, tlestew. Fadal ix-xogħol ta' twaħħil ta' aperturi għall-kmamar li tlestew, kif ukoll ir-rixtellu għaċ-Ċimiterju. L-oqbra kollha ġew allokati skond l-applikazzjonijiet. S'issa, għadu ma sar l-ebda kuntratt ta' bejgħ ta' oqbra min-nutar u għaldaqstant ma jistax isir użu ta' dawn l-oqbra. Huwa kkalkulat li tali xogħol li fadal, kif ukoll kuntratti neċessarji għandhom jitlestew fi ftit ġimgħat oħra.