Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex intitolata għal għajnuna għal-mard, u jekk le, għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - hijiex intitolata għal xi arretrati dovuti lilha bħala ex ħaddiem tat-Tarzna?
Response (GATT, AUSTIN)
Arretrati ta' pensjonijiet huma amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali, għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Jogħġbu il-Ministru jikkonsidra serjament li jiġi ntrodott ir-reat ta' stalking u/jew harassment fil-Kodiċi Kriminali stante li l-uniku forma ta' fastidju li l-liġi Maltija ssemmi huwa fir-rigward ta' sexual harassment ut sic u mhux b'mod ġenerali?
Response (BORG, TONIO)
Huwa minnu li r-reat definit mill-liġi kriminali ingliża bħala "stalking" ma jeżistix fil-kodiċi penali tagħna u tajjeb li wieħed jagħti konsiderazzjoni għas-suġġeriment tal-Onor. Membru, pero` irid ukoll jingħad li fiċ-ċirkostanzi adatti hemm ir-rimedji sija tal-kontravenzjoni tal-artikolu 339 (1)(i) kif ukoll dik fil-kamp ċivili ta` mandat ta` inibizzjoni li jiġu użati fil-prattika.
Jista' il-Ministru jinformani bl-aħħar żviluppi, jekk hemm, sabiex l-area Ta' Xlejli fil-Ġudja tiġi asfaltata wara t-tkaxkir tas-saqajn minn naħa tal-kunsill lokali tal-Gudja biex jiġi ffirmat il-kuntratt offrut mill-Ministeru għat-Trasport?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-taħdidiet bejn l-Awtorita' Dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali tal-Gudja biex jiġi ffirmat kuntratt bejniethom għax-xogħol li għandu jsir fl-area tax-Xlejli, hu mistenni li jiġi ffirmat dalwaqt, billi l-istess kunsill issa qabel li jiffirma dan il-kuntratt.
Stazzjon televiżiv CNN — Reklamar turistiku fuq Malta
Question
Jogħġbu l-Ministru jikkonsidra li jibda jiġi rreklamat turiżmu lejn Malta fuq l-istazzjon CNN, stazzjon segwit minn miljuni kbar ta' nies, ġaladarba dan l-istazzjon qed ixandar ħafna reklami tal-Kroazja u t-Tuneżija li t-tnejn li huma huma kompetituri diretti ta' Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu m'għandhiex pjani biex jibda jiġi rreklamat turiżmu lejn Malta fuq l-istazzjon CNN. L-għażla fejn jidħlu r-reklami ssir skond kemm hu effettiv rigward prezz u target audience.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fil-Marsa Ship building Co. Ltd bħalissa? Hemm xi prospetti ta' xogħol ieħor, u jekk fl-affermattiv x'inhu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 24 fid-9 ta' Ġunju 2003.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u min huma l-kuntratturi li hemm jagħmlu xi xogħol, u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu fit-Tarzna ta' Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħal issa hemm kuntrattur wieħed biss jagħmel xogħol fit-Tarzna. Il-kuntrattur huwa AX Holdings u qed jagħmel xogħol ta' Inġinerija.
Jogħġbu l-Ministru jara li l-area ta' Triq il-Knisja kantuniera ma Triq Ġużeppi Montebello f'Tarxien tiġi nkluża fil-proġett li għaddej sabiex jissebbaħ pajjiżna bit-tqegħid ta' pjanti u fjuri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-area indikata fil-mistoqsija ma tgħamilx parti mill-ftehim li kien intlaħaq mal-Environmental Landscapes Consortium Ltd. Iżda taqa’ taħt il-kompetenza tal-Kunsill Lokali. Ix-xogħol imsemmi ma jkunx jista jiġi nkluż fil-proġett ta’ tisbiħ, sakemm ma jkunx hemm xi forma ta’ ftehim mal-imsemmi Consortium.
Buġibba/Qawra — Stutturi li jinsabu bejn it-triq u l-baħar
Question
Tul il-belveder ta' Buġibba u l-Qawra, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm strutturi li jinsabu bejn it-triq u l-baħar u ngħataw il-permess ikunu ogħla mil-livell tat-triq? Meta ngħataw il-permessi meħtieġa? B'liema kriterji ngħataw dawn il-permessi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ strutturi li għalihom għamel referenza l-Onor. Interpellant u li ngħataw mit-twaqif tal-Awtorita’ tal-Ippjanar (li mbagħad saret il-MEPA) ‘l hawn, huma erba’. ld-dati ta’ meta ngħataw il-permessi u fuq liema kriterji huma kif ġej:
Data
Kriterji
24/09/1996
L-izvilupp fis-sit tal-McDonalds (l-ex Serena Lido) huwa ta’ natura temporanja u għalhekk mhux ser itellef id-dehra
10/11/1999
Tinżamm is-6.0m wisa’ ta’ xatt skond il-pjanti sottomessi, kif ukoll ma jsir l-ebda mpjant mekkaniku jew struttura oħra fuq il-bejt minbarra dawk indikati fuq il-pjanti sottomessi. Is-sit kien il-Luzzu Restaurant.
26/09/2002
L-impatt ta’ dan l-iżvilupp tan-New Dolmen fuq il-promenade huwa wieħed limitat.
14/05/2003
Development Notification Order 20 (permess temporanju għall-
Temporary Tented Structure
). Il –permess ġie mogħti sa Ottubru 2003.
Fl-ewwel tliet każijiet imsemmija kienu diġa’ jeżistu strutturi ‘l fuq mill-livell tat-triq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena l-pulizija ħadu passi dwar ksur tal-liġi ta' bejgħ ta' xorb alkaħoliku lill-adoloxxenti li jinġabru fl-inħawi magħrufa bħala The Park, f'San Ġiljan? Jirriżultalu li x-xogħol tal-pulizija f'dan il-qasam qed isir iżjed diffiċli anke minħabba toqob fil-liġijiet relattivi, fosthom li tal-ħanut jistgħu jbiegħu flixken miniature bl-alkaħol lill-adoloxxenti mingħajr ma jiksru l-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena il-Pulizija kompliet tagħmel sorveljanza kontinwa fl-inħawi msemmija u ma kienx hemm okkażżjonijiet fejn irriżulta illi kien hemm ksur tal-liġi kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi skond il-liġi ebda sid ta` ħanut b`liċenzja għall-bejgħ bl-imnut ta` nbejjed, birra jew likuri spiritużi ma jista` ibiegħ inbejjed, birra jew likuri spiritużi lil persuna li jkollha anqas minn sittax-il sena.
Fil-gżira ta' Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li bħalissa jaħdmu ġewwa Għawdex: a) mal-gvern; b) ma' intrapriżi pubbliċi; c) fil-biedja; d) fis-sajd; e) fil-fabbriki; f) fil-qasam turistiku; g) fil-qasam tal-ħwienet; h) jaħdmu għal rashom? Tista' il-Ministru tagħti l-istess figura għas-snin 2000 u 2001?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel ilmistoqsija lillMinistru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet taħt l-iskema ta' reġistrazzjoni ta' għasafar protetti, liema skema għalqet fil-31 ta' Mejju ta' din is-sena? Kemm-il għasfur ġie reġistrat b'hekk?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t-total ta’ applikazzjonijiet li daħlu huwa ta’ 2,589 filwaqt li t-total t’għasafar imniżżla fl-applikazzjonijiet huwa ta’ 268,834. Mhux eskluż li n-numru ta’ għasafar li saret applikazzjoni dwarhom kienu diġa ġew inklużi f’applikazzjonijiet li saru taħt skemi ta’ amnestija li ħarġu fis-snin l-imgħoddija.
Single Programming Document — Proġetti ta' priorita'
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-abbozzar tas-Single Programming Document fejn Malta se telenka l-proġetti ta' priorita' li l-Unjoni Ewropea se tintalab tikkofinanzja? Liema huma dawn il-proġetti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-ewwel abbozz uffiċjali tas-“Single Programming Document” intbagħat lill-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta’ Mejju 2003. Bħalissa dan l-abbozz qiegħed jiġi diskuss internament bejn is-servizzi tal-Kummissjoni. Meta dan il-proċess jitlesta, il-Kummissjoni toħroġ mandat għan-negozjati. Huwa mistenni li n-negozjati jibdew f’Settembru 2003. Sa Settembru, Malta ser taħdem fuq abbozz tal-“Programme Complement”. Dan huwa dokument li fih jiġu identifikati f’iktar dettall is-settur u l-miżuri fejn ser jintefqu l-fondi strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-“Programme Complement” jibqa’ jgħodd bħala “working document” sakemm jispiċċa l-perijodu ta’ l-implimentazzjoni tas-“Single Programming Document” fis-sena 2006.
Il-prijoritajiet li ġew identifikati fis-“Single Programming Document” huma ħamsa:
1. Investimenti strateġiċi u t-tisħiħ tas-settur kompetittiv
2. L-iżvilupp tar-riżorsi umani
3. l-iżvilupp tas-settur rurali u tas-sajd
4. Prijorita` speċjali għal Għawdex
5. Assistenza teknika
Kemm-il persuna applikat għal CEO ta' Heritage Malta? X'kienu l-kwalifiki tal-persuna li ntgħażlet? X'esperjenza għandha fil-qasam tal-wirt storiku u tat-tmexxija tad-dipartiment? X'kienet ir-raġuni li l-interviews saru minn ditta ta' awdituri? Min kienu l-persuni tal-bord ta' l-għażla? Jista il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ingħatat iċ-CEO?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ħamsa u erbgħin persuna applikaw għall-kariga ta' CEO ta' Heritage Malta. Is-Sinjura Antoinette Caruana kienet il-persuna magħżula. Għal tlettax il-sena is-Sinjura Caruana okkupat il-kariga ta' General Manager of Human Resources ta' kumpanija ewlenija f'Malta. Barra minnhekk, hi wkoll chairperson tal-Malta Professional and Vocational Qualification Awards Council, Direttur fuq il-Bord ta' l-E.T.C., membru tal-Malta EU Steering Action Committee u kienet ukoll membru tal-Kunsill tal-MEA u tal-Foundation for Human Resources Department. Hi wkoll lecturer fuq bażi part-time fl-Universita' ta' Malta fejn tispeċjalizza fil-Human Resource Management u Change Strategy. Hi wkoll fellow tal-Chartered Institute of Personnel and Development fir-Renju Unit u għandha degree Masters fil-Human Resources mill-Universita' ta' Leicester.
Aktar milli esperta fil-qasam tal-wirt storiku, Heritage Malta fittex persuna esperta fir-Resource Management. Heritage Malta wiret mid-Dipartiment tal-Mużewijiet numru ta' nies speċjalizzati fil-qasam tal-wirt storiku.
Dwar ir-raba' parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għal tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 444.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ingħatat lis-CEO.
Jista' il-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord ta' Heritage Malta? Kemm-il darba ltaqa' dan il-bord minn meta twaqqaf? Xi ħlas jingħata liċ-chairman u lill-membri tal-bord? Iċ-chairman għandu xi ħlas ieħor barra dak ta' chairman?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jara li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa dwar kif fil-Palace Tower Signal Station l-istaff sergeant li ismu qed jintbagħat separatament jawtroiżża ħlasijiet il-Ħadd għall-persuni li jitniżżlu li jaħdmu meta fil-fatt ma jkunux ħadmu għax ma jkunux xogħol bħal per eżempju fil-każi dettalji li qed jintbagħtu separatament kif jista' jiġi verifikat mil-logbooks?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, irriżulta dan li ġej:-
a. Id-data tas-6 ta’ Novembru 2002, kienet l-Erbgħa u mhux il-Ħadd. Membri tal-Forzi Armati jitħallsu paga doppja f’każ li jkunu xogħol fil-Ħdud.
b. Rigward it-tieni każ, kien ikkonfermat li l-individwu kien xogħol ta’ bil-lejl il-Ħadd, 27 ta’ April 2003. Għalkemm isem l-individwu tniżżel bħala preżenti għax-xogħol fid-“Daily Parade State” (li turi kull individwu jekk ikunx xogħol, frank jew marid) bi żball tħalla barra mil-“Log Book” li jinżamm fil-“Palace Tower Signal Station”.
Fl-aħħar ħames snin kemm kien hemm żgħażagħ diżabbli li ngħataw taħriġ fiċ-Ċentri tal-Adulti u mbgħad instabilhom impjieg regolari fis-settur pubbliku u fis-settur privat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
I/-?entri ta’ Matul il-Jum g[al persuni b’di]abilita’ jipprovdu diversi programmi ta’ ta[ri; f’kapa/itajiet li jistg[u jg[inu lil dawk li jattendu biex jg[ixu kwalita’ ta’ [ajja a[jar. Fost dawn il-programmi, i/-?entri joffru diversi opportunitajiet ta’ xog[ol f’ambjent protett, fosthom:
· Xog[ol domestiku f’]ew; kunsilli lokali u fir-residenza Vajrita;
· Tindif, twa[[il ta’ labels u munta;; [afif f’fabbriki;
· Ippakkjar ta’ posta g[al diversi a;enziji;
· Xog[ol tal-qasab;
· Produzzjoni ta’ xemg[a.
Ir-responsabbilta’ g[at-ta[ri; li jwassal persuna b’di]abilita’ g[al impjieg regolari hi tal-Korporazzjoni g[ax-Xog[ol u t-Ta[ri;.
Korporazzjoni ta' l-Impjiegi u Taħriġ — Employment Barometer
Question
Jista' il-Minsitru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar tagħrif miġbur mill-Korporazzjoni ta' l-Impjiegi u Taħriġ għall-Employment Barometer għall-perjodu li jibda minn Mejju 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Barometru ta' l-Impjiegi għall-perjodu li jkopri Ġunju sa Diċembru 2003 għadu qed jiġi kkompilat peress li l-istħarriġ fost l-imprendituri ġie mitmum fl-10 ta' Ġunju 2003.
Il-publikazzjoni hija mistennija li toħroġ fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju 2003.
Jista' il-Ministru jgħid x'kontroll isir fuq dawk l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin biex jiġi assigurat li dawk kollha li jiġu mpjegati bħala għalliema jkunu fil-fatt iggradwati jew almenu għandhom l-A level fis-suġġett? Kemm saru spezzjonijiet f'kull skola mill-1 ta' Ġunju 2002 sa l-1 ta' Ġunju ta' din is-sena għal dan il-għan? Inqabdu xi nies li ma kellhomx il-kwalifiki skond il-liġi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskejjel kollha li jgħallmu l-Ingliż bħala lsien barrani jafu li kull min jgħallem magħhom irid ikollu liċenzja maħruġa mingħad il-Bord ta' Sorveljanza. Matul is-sena li għaddiet, mill-1 ta' Ġunju 2002, membri tal-Bord ta' Sorveljanza għamlu żjarat fl-iskejjel kollha f'Malta u Għawdex u ma nstab l-ebda każ ta' għalliema fl-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż bħala lsien barrani mingħajr liċenzja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fatali tat-traffiku fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena u fejn saru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta` din is-sena kien hemm 8 inċidenti tat-traffiku fatali. Dawn seħħew f`dawn il-lokalitajiet:
Valletta; Msida; Gudja; San Pawl il-Baħar; Birkirkara; Swieqi; San Ġiljan u Żejtun.