Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilita' korretiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm il-Gvern jonfoq ras għal ras kull ġurnata għal kull inmate fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi jekk jingħaddu s-salarji ta` l-impjegati tal-Ħabs, l-ispiża ta` l-ikel, il-ħlas lill-ħabsin li jaħdmu, l-ispejjeż għal programmi ta` riabilitazzjoni, l-ispiża tas-servizzi tas-saħħa u spejjeż oħra rikorrenti u jiġi diviż it-total bin-numru tal-medja ta` priġunieri f`kull ġurnata matul is-sena, l-ispiża tiġi madwar Lm23.76 kuljum.
Leg 10 PQ #715 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Qorti ta' Għawdex — Inkjesti pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti pendenti quddiem kull maġistrat tal-qorti ta' Għawdex? Kemm minn dawn l-inkjesti ġew konklużi mill-maġistrat inkwirenti matul dawn l-aħħar tlett xhur?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 428. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi l-inkjesti konklużi matul l-aħħar tlett xhur hu kif ġej: Maġistrat Numru Dr Paul Coppini 6 Dr Dennis Montebello 55* Dr Carol Peralta 12* Dr Joseph Apap Bologna 7* Dr Consuelo Scerri Herrera 74 *Inkjesti ġew trasferiti b`digriet ta` l-10 ta` Marzu 2003 lill-Maġt Dr Consuelo Scerri errera u ġew konklużi minnha.
Leg 10 PQ #716 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Għawdex — Qorti ta' reviżjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-qorti ta' reviżjoni ta' l-atti notarili tneħħa minn Għawdex u issa r-reġistru ta' dan il-qorti jinsab Malta? X'jista' il-Ministru jirrimedja għal dan?

Response (BORG, TONIO)

Wara li daħal fis-seħħ l-Att VI ta` l-2001, atti li għandhom x`jaqsmu mal-Qorti tar-Reviżjoni ta` l-Atti Notarili ma baqgħux jiġu aċċettati fil-Qorti ta` Għawdex. Ingħataw ordnijiet, pero`, li dawn l-atti issa jiġu aċċettati u mħallsin fil-Qorti ta` Għawdex, li mbagħad jieħu ħsieb li jibgħathom il-Qorti ta` Malta.

Għawdex — Sptar ġenerali - Sala Sant'Anna

Question

Peress illi fir-refurbishment tal-ward Sant'Anna fl-isptar ġenerali ta' Għawdex intnefqu kważi tliet kwarti ta' miljun lira u peress illi l-Ministru għal Għawdex irrispondiet mistoqsija parlamentari fis-sens illi r-responsabbilta' u twettiq ta' l-istess refurbishment ma sarx mill-ministeru tagħha imma mill-welfare committee, jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-istess mistoqsija parlamentari fis-sens li jagħti informazzjoni u jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order jew jekk ħarġitx xi tender, min kienu l-kuntratturi u ħaddiema li ħadmu dan ix-xogħol u kemm tħallsu jew se jitħallsu kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieghda tingabar u risposta ser tinghata f'xi Seduta ohra.
Leg 10 PQ #720 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: JOSEPH ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Immigranti llegali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il darba tniżżel fil-logbook jew f’xi file ieħor inkwiet jew assalt fuq suldati min-naħa ta' l-immigranti llegali mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-lum? X’kienu d-dati ta' meta nqalgħu dawn is-sitwazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 10 PQ #721 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: JOSEPH ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Immigranti llegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx reġistrati fil-logbook jew f’xi file ieħor ħarbiet jew attentat ta' ħrib minn immigranti llegali detenuti mill-1 ta’ Jannar sal-lum? Jekk jirriżulta li kien hemm, kemm kien in-numru ta’ drabi, meta ġraw (data), u ta' liema nazzjonalita' kienu l-immigranti nvoluti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar 2003 sal-lum, kien hemm seba` okkażżjonijiet ta` ħrib ta` immigranti illegali detenuti. Dawn kienu fit-23, 26 u 28 ta` Mejju, u fit-2, 4, 11 u 16 ta` Ġunju. In-nazzjonalita` dikjarata ta` dawn l-immigranti hija Sudaniża, Palestinjana, mill-Eritrea, mill-Ethiopia, minn Sierra Leone, mis-Somalja u Pakistana.
Leg 10 PQ #724 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħol ta' toroq u asfalt

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ħarġu tenders għal xogħol ta' toroq u asfalt ġewwa Għawdex għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 kemm tal-gvern ċentrali u kemm mill-kunsilli? Lil min ingħataw dawn it-tenders? Kemm kien il-contract value ta' kull tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t­tenders li ħargu mill­Ministeru ghal Għawdex għal xogħolijiet ta' toroq u asfalt f'Għawdex għas­snin 1999, 2000, 2001 u 2002 huma skond kif jidhru fl­iskeda li qed titpoġġa fuq il­mejda tal­Kamra. Dwar tenders li ħarġu minn korpi / organizzazjonijiet oħrajn nitlob lill­Onorevoli nterpellant jirreferi l­mistoqsija lill­Ministru konċernat.

Għawdex — Xogħol ta' toroq u asfalt

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders għal xogħol ta' toroq u asfalt ġewwa Għawdex għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 kemm tal-gvern ċentrali u kemm mill-kunsilli? Lil min ingħataw dawn it-tenders? Kemm kien il-contract value ta' kull tender?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #726 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Għawdex — Xogħol ta' toroq u asfalt

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders għal xogħol ta' toroq u asfalt ġewwa Għawdex għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 kemm tal-gvern ċentrali u kemm mill-kunsilli? Lil min ingħataw dawn it-tenders? Kemm kien il-contract value ta' kull tender?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsilli konċernati. Fir-rigward ta` tenders maħruġa mill-Gvern ċentrali, nitlob lill-Onor. Membru jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #728 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Skrivani ġodda

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta deħlin l-iskrivani l-ġodda ta' mal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1 f’seduta Numru 4 u Numru 210 f’seduta Numru 5.

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Diretturi/segretarji permanenti - Riżenji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' diretturi, diretturi ġenerali u segretarji permanenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li spiċċaw mis-servizz jew irriżenjaw minn dipartimenti tal-gvern u entitajiet governattivi oħra minn Jannar ta' din is-sena sal-lum? F'każ li kien hemm diretturi, diretturi ġenerali u segretarji permanenti li spiċċaw mis-servizz jew irriżenjaw, jista' il-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li kienu qegħdin jintużaw minnhom? Jekk inxtraw, x'tip ta' karozzi kienu u kemm kien il-valur li nbiegħu? F'każ li ma nxtrawx karozzi, jista' il-Ministru jgħid minn liema dipartimenti tal-gvern jew entitajiet governattivi oħra qegħdin jintużaw u x'tip ta' karozzi kienu?

Response (BORG, TONIO)

Bejn l-ewwel ta` Jannar 2003 sad-19 ta` Ġunju 2003 kien hemm Direttur wieħed li rriżenja mill-post tax-xogħol u tnejn li spiċċaw bil-pensjoni. Wieħed minn dawk li rtiraw xtara l-karozza li kienet tintuża minnu wara li nġiebet l-approvazzjoni meħtieġa mill-Ministeru tal-Finanzi. Il-mudell tal-karozza kien Toyota Corolla u tħallas l-ammont ta` Lm1,153. L-ieħor kellu karozza mikrija. Dwar id-Direttur li rriżenja, dan l-aħħar ġie deċiż li ma jikkwalifikax li tinxtara mill-uffiċjal konċernat u dil-karozza tal-mudell Ford Focus, ser tintuża minn Direttur ieħor f`dan il-Ministeru.

Mosta — Qasam tad-Djar Ta' Mlit

Question

B’riferenza għas-sitwazzjoni fil-qasam tad-djar ta’ Mlit fil-Mosta fejn saħansitra ma’ sar ebda embellishment mill-1998 ‘il hawn, jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet imsemmija mill-ministeru konċernat? Hemm il-ħsieb li fis-sentejn li ġejjin isiru lifts ġodda fil-blokki ta’ l-appartamenti msemmija u jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilta' g[ħal xog[oħlijiet ta' embellishment hi tal-Kunsill Lokali. Ta' min jg[ħid li l-Kunsill Lokali tal-Mosta f'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar ]żviluppa ;ġnien fl-in[ħawi tal-Blata l-G[ħolja fl-imsemmija lokalita'. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma r/eviet ebda applikazzjoni ta[ħt Skema V g[ħal installar ta' lifts fil-blokki ndikati.

Rabat — Qasam tad-Djar Għajn Qajjed -

Question

B’riferenza għas-sitwazzjoni fil-qasam tad-djar ta’ Għajn Qajjed, fir-Rabat, Malta fejn saħansitra ma sar ebda embellishment mill-1998 ‘il hawn, jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet imsemmija mill-ministeru konċernat? Hemm il-ħsieb li fis-sentejn li ġejjin isiru lifts ġodda fil-blokki ta’ l-appartamenti msemmija u jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilta' għal xogħolijiet ta' embellishment hi tal-Kunsill Lokali. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar irceviet żewġ applikazzjonijiet taħt Skema V għal installar ta' lifts fi blokki fil-qasam tad-djar indikat. Ninsab infurmat ukoll li, minn stħarriġ li sar, irriżulta li fiż-żewġ każijiet l-ispazju disponibbli ma jippermettix l-installar ta' lift.

Mellieħa — Qasam tad-djar Ta' Pennellu

Question

B’riferenza għas-sitwazzjoni tal-mistħija fil-qasam tad-djar ta’ Pennellu, fil-Mellieħa fejn saħansitra ma sar ebda embellishment tal-ġonna mill-1998 ‘il hawn, jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet imsemmija mill-ministeru konċernat? Hemm il-ħsieb li fis-sentejn li ġejjin isiru lifts ġodda fil-blokki ta’ l-appartamenti msemmija u jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilita' għal xogħolijiet ta' embellishment sabiex titranġa din is-sitwazzjoni li hu ddeskriva bħala tal-mistħija fil-qasam tad-djar ta' Pennellu fil-Mellieħa hi tal-kunsill lokali ta' din l-istess lokalita'. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet applikazzjoni waħda taħt Skema V għal installar ta' lift fi blokk fil-lokalita' indikata. Bħalissa qed jiġu ppreparati l-pjanti biex jintalbu l-permessi meħtieġa mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Leg 10 PQ #104 Sitting 12 2003-06-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ serqiet li saru minn djar privati, karozzi, stabilimenti kummerċjali u hold-ups matul l-ewwel erbgħa xhur ta’ din is-sena f’Malta u Għawdex, separatament? X’kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 2001 u 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #105 Sitting 12 2003-06-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Każi ta' abbużi sesswali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet ta’ pedofalija u abbużi sesswali fuq it-tfal rapportati lill-pulizija matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u April ta` l-2003 ġew irrappurtati lill-Pulizija seba` (7) każi ta` abbuż fuq tfal, filwaqt illi fl-istess perijodu ma ġewx irrappuratati każi ta` pedofalija.
Leg 10 PQ #106 Sitting 12 2003-06-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rapportati lill-pulizija matul Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm minnhom kienu fatali?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba hi s-segwenti:- Numru ta` Inċidenti li seħħew matul is-sena 2003 Bla Feruti Bil-Feruti Fatali Total Jannar 1,072 74 4 1,150 Frar 981 65 1 1,047 Marzu 1,031 49 1 1,081 April 1,065 74 0 1,139 4,149 262 6 4,417

Kumpanniji — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji li (i) jimpjegaw sa 10 persuni, (ii) jimpjegaw aktar minn 10 sa 100, (iii) jimpjegaw aktar minn 100?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant inġabret mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u hija kif ġej: Numru ta’ Impjegati Numru ta’ Kumpanniji Rispettivi 0 sa 9 44,207 10 sa 99 1,376 100 u ‘l fuq 165

Benefiċċji — Manteniment

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk mara separata hux intitolata għal xi tip ta' benefiċċju meta l-ex raġel jonqos milli imantniha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi għall-possibbilta' ta' ħlas ta' Assistenza Soċjali fil-każ indikat mill-Onor. Interpellant. Peress li l-ħlas jew le ta' din l-Assistenza jiddependi minn diversi fatturi, fosthom xi dħul ieħor u assi li jista' jkollha, persuna li ssib ruħha fis-sitwazzjoni indikata, għandha tikkonsulta ma' l-uffiċjal inkarigat fl-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha.