Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bajjiet — Tiġnis - Fish Farms

Question

Jista' il-Minstru jara kif jagħmel biex juża l-influwenza tiegħu ħalli jitnaqqas it-tiġnis li joriġina mill-Fish Farms fil-bajiet l-aktar popolari f'pajjiżna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jiena nfurmat li li l-fish farms kollha għandhom monitoring programme ambjentali xi jsegwu. Dan jiġi esegwit minn istituzzjoni approvata mill-MEPA u il-ħlas tal-monitoring programme isir mill-operaturi tal-fish farms. Minħabba dawn il-kontrolli il-fish farms u l-impatt li jista’ jkollhom fuq l-ambjent huma monitorati, u azzjonijiet korrettivi jittieħdu kif u meta jkun hemm bżonn.

Fish Farms — Tiġnis

Question

Jista' il-Minstru jara kif jagħmel biex juża l-influwenza tiegħu ħalli jitnaqqas it-tiġnis li joriġina mill-Fish Farms fil-bajjiet l-aktar popolari f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu diġa' għamlet ir-rappreżentazzjonijiet tagħha fuq dan is-suġġett.

Ħaż Żebbuġ — Problema ta' flooding - Culverts

Question

Jista'il-Ministru jidaga għalfejn għadu ma tlestiex ix-xogħol ta' culverts fiż-żona tal-Grazzja f' Ħaż Żebbuġ mill-Kunsill Lokali peress li x-xogħol li sar s'issa aggrava u mhux solva l-problema ta' flooding f'din iż-żona?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Għaldaqstant nissuġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita`.

Karozzini liċenzjati

Question

Kemm hu n-numru ta' karozzini liċenzjati? Il-liċenzja ta' karozzini hi marbuta ma' xi rotta partikolari?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' karozzini liċenzjati sal-lum huwa 107. Il-liċenzja tal-karozzini mhijiex marbuta ma' l-ebda rotta.

Vetturi liċenzjati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mini buses liċenzjati? Kemm hu n-numru ta' taxis u ta' chauffeur driven cars liċenzjati? Kemm hu n-numru ta' self-drive cars liċenzjati? Kemm hu n-numru ta' coaches liċenzjati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien ninsab infurmat illi n-numru ta' vetturi liċenzjati sa l-aħħar ta' mejju 2003 hu kif ġej: Mini Buses 407 Taxis 247 Chauffeur Driven Cars 1170 Karozzi Self Drive 5742 Coaches 156

Karozzi tal-linja liċenzjati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi tal-linja liċenzjati? Kif inhu dan in-numru maqsum fuq ir-rotot differenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hemm 508 karozzi tal-linja li huma liċenzjati biex jaħdmu fuq ir-rotot kollha.

Vetturi liċenzjati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi liċenzjati fit-toroq tagħna, maqsuma skond il-klassifikazzjoni tal-vettura? X'inhu n-numru ta' vetturi liċenzjati fuq il-lokalita' tal-Belt Valletta; l-Imdina; u Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' vetturi liċenzjati sa' Mejju 2003 maqsuma skond il-klassifikazzjoni tal-vettura.
Leg 10 PQ #673 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Għawdex — Skejjel

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma hekk hux vera li ġewwa Għawdex kien hemm każ ta' SARS fi skola?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda każijiet ta' SARS ġewwa Malta jew Għawdex.

Residenza St Vincent de Paule — Maintenance

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali ġewwa r-Residenza St Vincent de Paule li talbu li sirilhom maintenance tas-sala u x' kienet ir-risposta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li talbiet minn swali f'San Vincenz biex issirilhom maintenance jsiru ta' kuljum. Dawn jigu processati fuq il-mertu ta' kull kaz skond l-urgenza tax-xoghol mitlub. F'certi kazi ix-xoghol ma jsirx fil-pront minhabba li jkun irid jinxtara materjal apposta ghal dak ix-xoghol partikulari.
Leg 10 PQ #679 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Puluzija — Vettura miżmuma

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 336 in-numru tal- van ikkonċernat huwa KAN 179 u mhux TAN 179, għalhekk jista' il-Ministru jgħid kemm ilu miżmum mill-puluzija, u meta hemm il-ħsieb li jiġi rilaxxat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura msemmija mill-Onorevoli Interpellant hija suġġett ta` investigazzjoni kriminali u għaldaqstant mhux opportun li tagħrif dwar dan il-każ ikun pubblikat.
Leg 10 PQ #696 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Qorti

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim li ntlaħaq bejn il-gvern u l-aħwa Debono dwar il-kawża li hemm pendneti quddiem il-Qorti u li fiha l-Gvern hu konvenut, u li tikkonċerna l-mewt ta' ħuwhom Nardu Debono fl-1980?

Response (BORG, TONIO)

Ftehim bil-miktub ma hemmx u ġiet segwita l-proċedura tas-solitu li, fuq talba ta` min jidhirlu li għandu jingħata l-kumpens, il-każ jiġu analizzat, u fejn ikun hemm ġustifikazzjoni, jingħata kumpens "ex gratia".

Kontravenzjonijiet tat-traffiku — Sistema ta' punti

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal sistema ta' punti fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku? Kif ser tkun din is-sistema u kif ser jitnaqqsu l-punti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għalissa m'hemmx intenzjoni li tidaħħal sistema ta' punti fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku għal dawk il-persuni li diġa għandhom il-liċenzja. Is-sistema ta' punti fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku se tiġi ntrodotta għal dawk il-persuni li jikkwalifikaw għal liċenzja tas-sewqan ġdida. Jiġifieri, s-sewwieqa l-ġodda li jgħaddu mit-test tas-sewqan jingħataw liċenzja bi prova għal tliet snin. Matul dawn it-tliet snin, ikunu suġġetti għas-sistema tal-punti fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku. Il-liċenzja tas-sewqan tiġi revokata f'kull żmien waqt li l-perjodu ta' tliet snin ta' prova jekk is-sewwieq jilħaqq it-tnax-il punt ta' penali jew aktar u s-sewwieq wkoll jiġi skwalifikat milli jsuq. L-għoti ta' punti jvarjaw bejn tlieta u ħdax il-punt kull darba skond il-gravita ta' l-offiża. Din is-sistema hija maħsuba li tiġi ntrodotta sa' l-aħħar ta' din is-sena.

Djar ta' l-anzjani privati — Sodod mikrija

Question

Il-Gvern kien nieda skema fejn inkrew numru ta' sodod fi djar tal-anzjani fil-privat. Jista' il-Ministru jgħid i) liema djar intużaw? ii) Kemm kien hemm flus allokati u kemm intefqu minnhom? iii) Kemm ibbenefikaw anzjani kemm ilha li nbdiet din l-iskema? iv) Meta daħlu dawn l-anzjani u mil-liema rħula ġejjin? v) Hemm ħsieb li din l-iskema titkompla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema fejn inkrew sodod fi djar tal-anzjani fil-privat huma dawk immexxija mill-Care Services Ltd u mill-Care Malta Ltd. Il-flus allokati ghal dan il-programm hu Lm150,000 (5029 - Residential Care in Private Homes) li maghhom jizdiedu l-kontribuzzjonijiet ta' l-istess anzjani. S'issa ntefqu Lm149,750. In-numru ta' anzjani li bbenefikaw minn din l-iskema hu ta' 101. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tindika meta dahlu u minn fejn gejjien. Din l-iskema mistennija titkompla.

Ħal Qormi — Wied - Rijabilitazzjoni

Question

Jista' il-Ministru x'sar mir-rapport dwar l-għargħar fl-area tal-Wied f'Ħal Qormi? X'sar s'issa? X'inhu ppjanat biex il-wied jiġi rijabilitat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien ninsab infurmat illi mil-1990 'l hawn, sar bosta xogħol ta' titjieb fil-korsa ta' l-ilma minn Ħal Qormi sal-Marsa, biex tonqos il-problema ta' l-għargħar. Riċentement barra li tkompla x-xogħol ta' tindif fil-culverts, tkabbar il-kanal ta' ħdejn il-fabbriki u sar pont ġdid fl-area ta' l-Erbgħa Qaddisin. Tneħħew l-obstructions li kien hemm fit-tarf tas-sistema tal-kanali fil-Marsa fejn tnaddfet ukoll il-bokka tal-kanal minn fejn tneħħew il-biċċiet tal-baħar mgħarrqa li kienu jostakulaw il-bokka. Xogħol ieħor ikompli jsir skond il-bżonn.