Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tmexxija ta' postijiet — Din l-Art Ħelwa - Fondazzjoni Wirt Artna

Question

Jista' il-Minstru ġentilment jagħti lista, separatament ta' postijiet li ngħataw biex jiġu mmexxija minn Din l-Art Ħelwa u l-Fondazzjoni Wirt Artna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proprjetajiet tal-Gvern li ngħataw lil Din l-Art Ħelwa biex tmexxihom fil-fatt ingħataw lilha, taħt att ta` kurażija, mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali stabbilita` taħt l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali. Dan wara li l-amministrazzjoni tal-istess proprjetajiet għaddiet lill-imsemmija Sovrintendenza mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern. Dawn il-proprjetajiet huma: It-Torri tal-Għallis, Baħar iċ-Ċagħaq, It-Torri San Marku, Baħar iċ-Ċagħaq, It-Torri Wignacourt, San Pawl il-Baħar, Iċ-Ċimiterju tas-Sur tal-Imsida, Furjana, It-Torri Mamo, Żejtun, It-Torri l-Aħmar, Qammieh, Mellieħa, It-Torri tad-Dwejra, Għawdex, Il-Batterija Sta. Marija, Kemmuna, It-Torri ta` Sta. Marija, Kemmuna. Minn naħa l-oħra il-proprjetajiet li ngħataw mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern lill-Fondazzjoni Wirt Artna huma: Bieb is-Sultan, Ħaż Żabbar, Sit u struttura f`Anchor Bay, Mellieħa. Ninsab infurmat ukoll li l-Fondazzjoni Wirt Artna qed tmexxi wkoll il-Batterija tar-Rinella fil-Kalkara b`arranġament mal-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Pensjonijiet — Tnaqqis ta' flus

Question

Jista' il-Viċi Prim Minstru jgħid, fir-rigward tal-persuni li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament, x'inhi r-raġuni li mil-pensjoni tagħha qegħda dejjem titnaqqas l-ammont ta' Lm5 wara li din kienet ġiet aġġustata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-ufficcju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali li jkopri l-lokalita’ taghha.

Enemalta — Każijiet ta' nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet - Passi

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm drabi matul l-2002 l-Enemalta ħadet passi f'każijiet ta' nuqqas ta' ħlas ta' kontijiet tad-dawl? Kemm kien in-numru f'Jannar, Frar u Marzu 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pensjonijiet — Tnaqqis ta' flus mill-pensjoni

Question

Jista' il-Minsitru jivverifika l-kawża wara r-raġuni li permezz tagħha l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu separatament annessi, wara li saret rettifikazzjoni, reġa beda jitnaqqas l-ammont ta' Lm5 mil-pensjoni tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-ufficcju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali li jkopri l-lokalita’ taghha.
Leg 10 PQ #604 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sejħa għal-Senior messenger

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta kien l-aħħar li nħarget sejħa għal grad ta' senior messenger? Hemm il-ħsieb li din is-sejħa ssir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena infurmat li l-aħħar sejħa għall-mili ta’ postijiet fil-grad ta’ “Senior Messenger” ħarġet fl-1 ta’ Marzu, 1999. Eżami ieħor isir meta jkun il-waqt.

Sigurta' Soċjali — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li l-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - tingħata akkomodazzjoni peress illi ilha tirreġistra għal akkomodazzjoni u tinsab homeless?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma applikazzjonijiet pendenti ohrajn li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Sigurta' Soċjali — Persuna li qed titlob qed jiġi boarded out

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u li applika biex jiġi boarded out? Jista' dan il-persuna jiġi nformat bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-ufficcju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali li jkopri l-lokalita’ taghha.

Ħal Qormi — Triq San Bartolomeo - Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx bil-leakage ta' drenaġġ f'kantina fi Triq San Bartolomeo, Ħal Qormi fl-area tal-fond bin-numru 155? X'għamel u x'qed jagħmel id-dipartiment biex tissolva din il-problema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni li saret mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dranaġġ fuq il-main tal-Gvern, irriżulta li m'hemmx ħsara. L-indikazzjonijiet huma li l-ħsara hija fil-house connection tal-fond imsemmi, għalhekk il-ħsara trid tissewwa mill-inkwilini nfushom.

Awtorita' tad-djar — Promozzjoni ta' office supervisor

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni taċ-chairman ta' l-awtorita' tad-djar wara d-deċiżjoni li tingħata promozzjoni ta' office supervisor meta dan ix-xogħol diġa' hemm is-senior messenger li qiegħed jagħmlu? Jista' jgħid għalfejn din il-persuna se tingħata privileġġ sabiex minn skala 5 titla' awtomatikament għal skala 2? Jista' jeskludi partaġġaniżmu f'din id-deċiżhjoni u fuq liema kriterji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga ta' Office Supervisor jirrifletti d-diversi tibdiliet fl-Organizzazzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar kif ukoll il-volum ta' xoghol fi hdanha. Il-grad jirrifletti r-responsabilita' li l-persuna f'dan il-grad ser tidhol ghalihom. Din il-persuna giet mahtura unanimament minn Bord ta' ghazla kompost minn zewg Membri tal-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar u l-Ufficcjal tar-Rizorsi Umani ta' l-istess Awtorita'.
Leg 10 PQ #642 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Reklutaġġ ta' suldati

Question

B'riferenza għas-sejħa għar-reklutaġġ tas-suldati, jista' il-Prim Ministru jara li dawk li qegħdin iservu fil-forzi armati fuq bażi part-time jingħataw ukoll id-dritt li japplikaw anke jekk ikunu qabżu l-eta' speċifikata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma jidher li hemm l-ebda raġuni valida biex tiġi estiża l-eta` massima ta’ ħamsa u għoxrin sena għal applikanti għall-suldati fil-Forza Regolari.

Valletta — Triq Santa Lucia/Triq ir-Repubblika - taraġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-taraġ li sar fi Triq Santa Lucia kantuniera ma' Triq ir-Repubblika (fejn Pjazza l-Assedju l-Kbir) fil-Belt Valletta inqala' u ġie mibdul f'rampa meta l-iskop tat-taraġ kien li ma jippermettix vetturi jaqsmu Triq ir-Repubblika għax issir ħsara lil paviment u issa permess tar-rampa l-immanuvrar tal-vetturi ġie faċilitat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taraġ inqala' fuq insistenza tal-Kunsill lokali u tal-Pulizija sabiex il-bejjiegħa tal-Monti jkollhom minn fejn jidħlu u joħorġu. Ninforma lill-Interpellant ukoll li t-triq fil-fatt tingħalaq wara t-tluq tal-Monti, għalkemm ma hemmx sinjal tat-traffiku li jindika dan.
Leg 10 PQ #644 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għat-Turiżmu

Buġibba — Xogħol ta' kostruzzjoni f'areas turistiċi

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk xogħol ta' kostruzzjoni fejn siti privati f'areas turistiċi, speċjalment f'Buġibba, humiex qegħdin jiġu permessi fiż-żmien tas-sajf u jekk fl-affermattiv, humiex qed isiru kontrolli biex b'dan ix-xogħol ma ssirx ħsara lill-industrija tat-turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ttieħdu miżuri biex, din is-sena wkoll, ix-xogħol ta' kostruzzjoni fl-inħawi turistiċi jkun regolat b'mod li ma ssirx ħsara lill-industrija tat-turiżmu. Bħas-snin li għaddew, intlaħaq ftehim mal-partijiet kollha konċernati biex il-miżuri applikati fis-sajf ta' l-2002 jerġgħu jkunu fis-seħħ bejn l-1 ta' Lulju u t-30 ta' Settembru 2003. F'dan il-perjodu, ebda xogħol ta' kostruzzjoni ma jista' jsir qabel it-8.00 ta' filgħodu, u kull xogħol għandu bilfors jieqaf bejn is-2.00 u t-3.30 ta' wara nofsinhar. Tul il-perjodu ta' tliet xhur, twaqqigħ ta' bini u qtugħ ta' blat ma jistax isir. Il-miżuri japplikaw f'zoni f'San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Mellieħa, Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija, Wied il-Għajn, Marsalforn u x-Xlendi. Ninsab infurmat ukoll li l-kunsilli lokali konċernati ġew provduti bi pjanti li jindikaw fejn sewwasew, fil-lokalita' tagħhom, il-miżuri huma applikabbli. Il-pulizija kienet ukoll mgħarrfa bil-miżuri biex tkun tista' twettaq il-kontroll meħtieġ.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Knisja - bankini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 275 u cioe' jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-limiti ta' kemm tista' toħroġ bankina fi triq, kemm one-way jew two-way u jekk dawn il-limiti humiex qegħdin jiġu mħarsa fi Triq il-Knisja ħdejn il-Menqa f'San Pawl il-Baħar? Jista' il-Ministru jgħid jekk il-bankina msemmija saritx skond ir-regolamenti tal-MEPA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Persuni b'diżabilita' — Servizz għajnuniet speċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm ibbenefikaw persuni b'diżabilita' mis-servizz għajnuniet speċjali minn mindu twaqqaf u jindika il-valur totali minfuq u kif ukoll in-numru ta' persuni b'diżabilita' li bbenefikaw li kienu residenti f'San Pawl il-Baħar, Naxxar u l-Mellieħa rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mill-1993, meta twaqqaf is-servizz ta' ghajnuna specjali ghal persuni b' dizabilita', sa Mejju 2003, ibbenefikaw 1,308 persuna ghas-somma totali ta' Lm484,648. Ninsab infurmat ukoll li ma tinzammx statistika dwar mill-liema lokalita' jkunu dawn il-beneficjarji.

San Pawl il-Baħar — Single parents

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm single parents residenti f'San Pawl il-Baħar li jirċievu l-assistenza soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' genituri wehidhom, kif definiti fis-sub artikolu 7 ta' l-artikolu 30 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Socjali, li jircievu l-ghajnuna socjali u li huma residenti f'San Pawl il-Bahar, hu ta' 38.

Għawdex — Flus - Sports

Question

Jista' il-Minstru jgħid kemm intefqu flus għall-isports f'Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin separatament għal kull sena? Jista' jgħid ukoll separatament għal kull sena tul dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien hemm flus budgeted għall-isports f'Għawdex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-budget għall-isports f'Għawdex huwa provdut taħt il-Vot tal-Ministeru għal Għawdex. Għalhekk l-Onor. Interpellant hija mitluba li tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Għawdex. Madankollu ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat responsabbli mill-Isport għen billi għamel diversi għotjiet lil Assoċjazzjonijiet / Klabbs. Fost dawn ta' min isemmi għotja ta' Lm 9,000 lill-Gozo Football Association sabiex jiġu nstallati floodlights fis-Silver Jubilee Ground u għotja oħra ta' Lm 300 lil Xaghra Athletic Club. Il-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz u s-St. Lawrence Spurs ibbenefikaw minn 8,825 u 8,831 Euros rispettivament mill-Programm Youth biex jipparteċipaw fi programmi sportivi.

Għawdex — Bini ta' pixxina

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx proġettata l-bini ta' pixxina f'Għawdex? Jekk le, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien sabiex ikun hemm pixxina ġewwa Għawdex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Għawdex.

Għawdex — Dilettanti tal-water polo

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'faċilitajiet hemm f'Għawdex għad-dilettanti tal-water polo?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li l-faċilita' li teżisti f'Għawdex hija dik ta' l-Otters Waterpolo facilty ġewwa Marsalforn.

Għawdex — Swimming Promotion Unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iSwimming Promotion Unit toperax f'Għawdex ukoll? Jekk le, hemm xi ħsieb li dan jibda jsir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minħabba li s-Swimming Promotion Unit jeħtieġ pixxina msaħħna, mhux daqstant faċli li dan il-programm ikun introdott f'Għawdex. Madanakollu qed isir studju dwar il-possibiltajiet għal aktar inizjattivi sportivi f'Għawdex.

Dingli — Enemalta - Arblu perikoluż

Question

Peress li minkejja diversi rapporti li saru lill-Enemalta, arblu perikoluż ħafna biswit F/H id-dar Busketto Road l/o Dingli għadu ma ġiex sostitwit, jista' il-Ministru jindaga għaliex dan għadu ma sarx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.