Jista' l-Ministru jgħid jekk koppja anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt għas-sussidju fuq surcharge? Jistgħu jiġu nfurmati bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa min-naħa tad-dekasteru tiegħu għaċ-ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju, 2007 fl-isptar Mater Dei? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa f'overtime tal-ħaddiema li ħadu parti fiċ-Ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju 2007fl-isptar Mater Dei għadhom qegħdin jiġu verifikati mal-attendenzi. L-informazzjoni ser tittpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra la darba tkun lesta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali mogħtija lill-Skanska minn meta beda l-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Jista' jgħid kemm hi s-somma li għadha dovuta lill-Skanska?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali mogħtija lill-Skanska minn meta beda l-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Jista' jgħid kemm hi s-somma li għadha dovuta lill-Skanska?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali mogħtija lill-Skanska minn meta beda l-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Jista' jgħid kemm hi s-somma li għadha dovuta lill-Skanska?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W 379.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26758 u jara jistgħux jittieħdu passi biex meta tagħmel xita bil-qliel ma jkunx hemm flooding eċċessiv tal-Pjazza ta' San Ġiljan quddiem l-għassa tal-Pulizija?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 26758 f'seduta numru 548.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26888 u jgħid mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum kemm telqu pilots barranin li kienu ġew ingaġġati għall-UK operations ta' l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26963 u jgħid kemm qam flus il-ktejjeb fuq l-Isptar Mater Dei li ntbagħat fid-djar tan-nies dan l-aħħar? Fejn ġie stampat? Min ngħata l-kuntratt tad-disinn? Kemm ġew stampati kopji? Kemm tħallsu flus biex dan il-ktejjeb ġie mqassam?
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 2005 sat-30 ta' Ġunju, 2007, xahar b'xahar kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' ċittadini Ċiniżi biex jiġu Malta? Kemm ħarġu visas fl-istess żmien xahar b'xahar? Kemm minn dawn kienu se jiġu jistudjaw f'Malta?
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li numru ta' social workers għad ma ngħatatilhomx il-warrant?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għoti tal-warrants li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant isir minn żmien għal żmien wara li jiġu proċessati l-applikazzjonijiet li jirċievi l-Bord responsabbli.
Ninsab infurmata li qed isiru l-arranġamenti biex tiġi stabbilita data fil-futur qrib biex jingħataw il-warrants lil dawk il-persuni eliġibbli li l-applikazzjoni tagħhom ġiet proċessata.
B'referenza għat-tweġiba preċedenti għal mistoqsija parlamentari 26527dwar razzett f'Misraħ il-Barrieri l-Imsida, li qed iwassal għal ħafna ġrieden fl-akwati, ma jaħsibx il-Ministru li l-gvern għandu l-mezzi biex jidentifika s-sid tar-razzett indikat kif ukoll li jitnaddaf ir-razzett biex ma joħorġux aktar ġrieden? Jista' flimkien ma' l-awtoritajiet l-oħra kompetenti jirrikkmanda li titwaqqa' parti minn dan ir-razzett li tokkupa u tiżgombra aktar minn nofs it-triq, li wara kollox hi proprjeta' tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba fuq l-istess suġġett kienet ġiet riferuta f'Mistoqsija Parlamentari 26527.
Għalkemm sid il-font indikat għadu mhux magħruf, ittieħdet azzjoni legali minn naħa ta' dan id-dipartiment kontra minn tefa' ż-żibel f'dan il-fond. Il-każ għadu sub-judice.
Kif kien ġie mwied fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 26527, il-ħaddiema tal-Pest Control fir-reġjun għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fl-4 ta' Ġunju u fit-2 ta' Lulju. Minn meta din is-sezzjoni rċeviet dan l-ilment s'issa saru erba' trattamenti ntensivi f'din iż-żona u din iż-żona sejra tibqa tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.
Dwar possibilita' ta' twaqqiegħ u żgumbrar, inħoss li tali mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ż-żjara li l-E.T. il-President ta' Malta u hu kellhom jagħmlu fl-Algerija tħassret? It-Trade Mission tħassret ukoll? X'rispons kien hemm għall-expressions of interestgħat-Trade Mission? Jekk it-tweġiba hija li ż-żjara tħassret, jista' jgħid x'wassal għal dan?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li ż-żjara uffiċċjali ta' l-E.T. il-President u konsegwentment il-missjoni kumerċjali marbuta magħha, u l-viżta tiegħi stess biex nakkumpanja l-President ġiet posposta fuq talba ta' l-awtoritajiet Alġerini. Sforunatament id-data ssuġġerita mill-awtoritajiet Algerini ma kenitx ideali għall-Uffiċċju tal-President u allura data oħra trid tiġi ffissata aktar tard.
Jista' l-Ministru jikkonferma meta se jkun hemm konsulent li qed jopera fuq bażi regolari f'Benghazi kif oriġinarjament ġie mwiegħed lill-awtoritajiet Libjani? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li għalissa qed isiru biss arranġamenti temporanji minn staff ta' l-ambaxxata Maltija fi Tripli li jitilgħu Benghazi għal ta' l-apposta, fosthom personnel mhux Malti? Ma jaħsibx li dan qed joħloq dewmien u burokrazija żejda fil-ħruġ ta' visas għal ħafna nies f'Benghazi li jkunu jridu jużaw is-servizzi ta' l-Air Malta lejn Malta u 'lil hinn minnha?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qatt ma gie mwiegħed li jintbagħat Konsulent f'Benghazi
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gradi ta' general hand fl-iskejjel humiex obbligati li jagħmlu ċertu xogħol fil-għoli? Jekk fl-affermattiv kemm huwa l-għoli li huma obbligati jitilgħu? Barra minn dan x'inhuma l-prekawzjonijiet li huma mitluba jsegwu minħabba raġunijiet ta' saħħa u sigurta'? Jista' jgħid ukoll jekk id-Divizjoni tipprovdix dak li huwa meħtieġ għal dan l-għan? Jekk fl-affermattiv, x'inhu dan l-apparat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fost affarijiet oħra il-General Hands huma obbligati jagħmlu xogħol fil-għoli inklużi tibdil ta' bozoz tad-dawl, xogħol ta' manutenzjoni fil-bini bħal tibjid u tikħil. Il-prekawzjonijiet li huma mitluba jsegwu huma dawk stipulati fil-Liġi dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol.
Id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni tipprovdi dak meħtieġ sabiex titħares is-saħħa u s-sigurta' ta' dawn il-ħaddiema.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W358, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-investigazzjoni meħtieġa u x'irriżulta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru mar-residenti ta’ l-inħawi ma jirriżultax li hemm ilmenti ta’ vultaġġ baxx fit-triq imsemmija.
Nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku biex tkun tista’ issir investigazzjoni aktar dettaljata.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents tat-turf sintetiku ta' l-iskola Primarja ta' Hal Luqa? Kemm kien hemm tenders mitfugħa u kemm kienu kull waħda minnhom? Min ġie magħżul u x'kienu r-raġunijiet? Min kienu l-membri tal-bord ta' l-għażla? Min kien responsabbli ħalli jara li x-xogħol jitwettaq skond dak li ġie mitlub?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser ngħaddi kopja tat-tender dipartimentali li ġiet pubblikata f'Jannar 2006 mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada, li tinkludi d-dokumenti tat-tender tat-turf sintetiku uzat fl-iskola Primarja ta' Ħal Luqa, lill-Onor. Interpellant.
Informat li f'dan il-kaz intefgħu 3 tenders b'offerti kif ġej:
Allsport International -Lm 11,725
Sports Planet Ltd - Lm17,525
Asfaltar Ltd - Lm17,925
Informat li ntagħzlet l-offerta ta' Allsport International Ltd. għaliex l-offerta kienet skond l-ispeċifikazzjonijiet mitluba u għaliex kienet l-irħas u l-aktar waħda vantaġġjuza. Ma kien hemm l-ebda appell fuq id-deċizjoni meħuda.
Intant il-Bord ta' l-Għazla kien kompost hekk:
Il-Perit Andrew Ellul
Is-Sur Christopher Pullicino
Is-Sur Ivan Zammit
Informat li l-persuna teknika li segwiet it-twettiq tax-xogħol kien il-Perit Leonard Zammit.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents tat-turf sintetiku u t-track ta' l-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu ġewwa Hal Kirkop? Kemm kien hemm tenders mitfugħa u kemm kienu kull waħda minnhom, separatament għat-track u l-ground? Min ġie magħżul u x'kienu r-raġunijiet? Min kienu l-membri tal-bord ta' l-għażla? Min kien responsabbli ħalli jara li x-xogħol jitwettaq skond dak li ġie mitlub?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser ngħaddi kopja tat-tender li ġiet pubblikata mid-Dipartiment tal-Kuntratti f'Mejju, 2005 li tinkludi it-tender document tat-turf sintetiku u track sintetiku ta' l-iskola sekondarja tas-subien fil-Kulleġġ San Benedittu f'Ħal Kirkop, lill-Onor. Interpellant.
Informat li intefgħu 9 offerti fid-Dipartiment tal-Kuntratti għal din it-tender tat-turf sintetiku u t-track sintetika bl-offerti għaz-zewġ affarijiet flimkien kif indikat hawn taħt:
Kumpannija Turf/Track
Sports Planet Ltd Lm112,449
Tarkett Ltd Lm 84,788.20
John G. Cassar Ltd Lm115,867
MB Promotions Ltd Lm113,120
EMM Ltd Lm132,948
Sports & Play Ltd Lm 97,304
Three Eight Nine Ltd Lm122,814.80
Mizzi Group, Millennia Ltd Lm 73,672
All Sports International Ltd Lm 71,600
Informat li ntagħzlet l-offerta ta' Allsports International Ltd għaliex kienet l-irħas u l-aktar waħda vantaġġjuza u skond l-ispesifikkazzjonijiet mitluba. Ma kien hemm l-ebda appell mid-deċizjoni tal-Kumitat tal-Kuntratti.
Informat li l-Bord ta' l-għazla kien kompost mill-Perit Andrew Ellul, is-Sur Chris Pullicino u mis-Sur Victor Battistino mill-Kunsill Malti għall-iSport, waqt li t-Technical Adviser kien il-Perit Leonard Zammit li kien ukoll responsabbli mit-twettiq tax-xogħol li ġie awarded taħt din it-tender.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern fejn għandhom ground bit-turf artifiċjali? Meta saru u kemm kienet l-ispiża f'kull każ? Jista' jgħid ukoll min għamel ix-xogħol f'kull ground u mingħand min inxtara t-turf sintetiku? Jista' jgħid x'maintenance qed isir fil-grounds imsemmija, fosthom kemm-il darba qed jiġu mxarrba u minn fejn qed jinġieb l-ilma f'kull każ separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi hemm impjegat wieħed biss li għalaq il-61 sena ma’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. Dan għandu 61 sena. Il-kuntratt tiegħu qiegħed jiġi estiż minn xahar għal xahar. Din l-extension qiegħda tingħata minħabba li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi għad għandha bżonn is-servizzi ta’ dan l-uffiċċjal.