Legislature:
Category:
Reset
Active:

Irziezet ta' l-annimali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-farms bl-annimali se jitneħħew mill-abitat? Jekk iva, dawk milquta se jingħataw post jew art alternattiva?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Se jsir Master Plan flimkien mal-Koperattivi biex jiġu ndirizzati problemi li għandhom xi rziezet u jekk ikun hemm bżonn jinstabu xi siti alternattivi skond il-każ.

Mosta — Ġibjuni ta' l-ilma

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ġibjun ta’ l-ilma tal-Mosta li hemm fejn id-daħla ta’ Ta’ Qali? F’idejn min jinsab dan il-ġibjun illum u x’inhuma r-raġunijiet u l-kondizzjonijiet li bihom huma marbuta s-sidien ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-gibjun huwa parti minn impjant intenzjonat biex ikun iffiltrat l-ilma tax-xita pero dan qatt ma ntuza ghal dan l-iskop. Il-gibjun huwa proprjeta tal-Korporazzjoni imma prezentement mhix qed tuzah. Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta l-ilma tat permess lill-persuna privata biex tuza s-sit ghal skopijiet agrikoli. Din il-persuna m'ghandha ebda titlu u l-Korporazzjoni tista terga tiehu lura l-post meta jkollha bzonnu.

Ġibjuni

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu l-ġibjuni li saritilhom il-manutenzjoni matul l-ewwel xhur tas-sena? Kemm kienet in-nefqa f’ċifra ta’ flus globali nvoluta? Kemm hu n-numru ta’ kumpanniji, lukandiera, stabilimenti kummerċjali u familji li fil-preżent għandhom kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma? Kemm minnhom qed jittieħdu passi kontra tagħhom bil-qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #109 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-saħħa - servizz ta' x-ray

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex il-poplu tal-Baħrija, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, ir-Rabat u l-madwar tħalla bla servizz tal-X-ray fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat, Malta għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-'X-Ray machine' fiċ-Ċentru ta-Saħħa tar-Rabat ilha bil-ħsara u ma tintużax mit-22 ta' Jannar 2002. Wara li l-Bio Medical Engineering Department ta' l-isptar San Luqa eżamina din il-magna, iċċertifika li ma tistax tiġi rranġata u hemm bżonn tinbidel. Safrattant kull meta l-poplu tal-Baħrija, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, ir-Rabat u l-madwar kellha bżonn xi X-Ray dawn setgħu jagħmluh fl-aktar Ċentru tas-Saħħa viċin, cioe Mosta. Ix-xiri ta' magna ġdida jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-prioritajiet tal-ħtiġijiet tas-servizzi tas-saħħa.
Leg 10 PQ #110 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-saħħa

Question

Fir-rigward tal-poplu tal-Baħrija, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, ir-Rabat u l-madwawr, jista’ il-Ministru jgħid għaliex ingħalaq iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat għal 16-il siegħa kuljum u 36 siegħa fil-weekends?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirrepeti għall-darba oħra li minħabba nuqqas ta' tobba li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kura Primarja, il-ftuħ taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Rabat, Ħal-Qormi, Bormla u B'Kara ma jistax ikun ta' 24 siegħa kuljum.
Leg 10 PQ #111 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-saħħa - x-ray machine

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex ġie permess li d-dipartiment tas-saħħa jħalli l-X-ray machine fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat madwar tliet snin bil-ħsara u dan għad-detriment ta’ inkonvenjent kbir ta’ eluf ta’ familji residenti fir-Rabat, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, il-Baħrija u l-madwar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 109.
Leg 10 PQ #112 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-saħħa — Servizz ta' tobba mingħajr ħlas

Question

B’riferenza għall-wegħda tat-tabib b’xejn miċ-ċentri tas-saħħa ta’ Bormla, Birkirkara, Ħal Qormi u r-Rabat li prattikament spiċċat f’waħda bil-ħlas minħabba li s-servizz tat-tabib b’xejn qed jingħata biss għal nofs il-jum u sitt sigħat biss fil-weekend, jista’ il-Ministru jiddikjara meta dawn l-eluf ta’ familji Maltin se jingħataw lura s-servizz tat-tabib b’xejn fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jista l-Onor Interpellant jgħid u jiċċita liema wegħda qiegħed jirreferi għaliha u jispeċifika iċ-ċentri tas-saħħa msemmija.
Leg 10 PQ #323 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 2003, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla? F'kull każ, kemm kien hemm persuni mistiedna u min kienu l-mistednin? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju 2003, it-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli organizzat dawn l-ikliet li tħallsu mill-vot ta' l-isptar: Data Okkaż ż joni Mistiedna Numru ta' Mistiedna Ammont LM 01/01/03 L-Ewwel tas-Sena Pazjenti 485 1,580 11/02/03 Jum il-Marid Pazjenti 365 1,606
Leg 10 PQ #324 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2002, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Kemm kien hemm nies mistiedna u min kien mistieden f'kull każ separatament? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li matul is-sena 2002, it-tmexija ta' l-isptar Monte Carmeli organizzat dawn l-ikliet li tħallsu mill-vot ta' l-isptar: Data Okkazzjoni Mistiedna Numru ta' Mistiedna Ammont LM 01.01.02 L-Ewwel tas-Sena Pazjenti 460 1,550 11.02.02 Jum il-Marid Pazjenti 250 1,100 15.07.02 Festa tal-Karmnu Pazjenti 380 1,482 28.08.02 Barbeque - Armier Bay Pazjenti 70 488 10.10.02 Jum is-Saħħa Mentali Pazjenti 350 1,375 25.12.02 Christmas Lunch Pazjenti 475 1,520 27.12.02 Christmas Lunch Hospital Managers 14 225.55

Baċir numru 1 — Residenti tat-3 ibliet

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra li d-dawra mal-Baċir No1 tinfetaħ sabiex ir-residenti tat-3 ibliet ikunu jistgħu jimxu minn Bormla għall-Isla mad-dawra tal-baħar, issa li l-Baċir mhux jintuża?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-suggeriment tieghu se jigi kkunsidrat.

Refund — VAT

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba għal-refund tal-VAT bin-numru VF 492/03?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-refund tal-VAT fuq l-applikazzjoni numru VF492/03 (Lm42.15) sejjer jitħallas f’Ġunju 2003”.

MEPA — Permessi - Baċir numru 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni quddiem il-MEPA għall-istruttura li nbniet fil-Baċir Numru 1?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispecifika liema struttura f’ Bacir Nru. 1 qed jirreferi għaliha.

Importazzjoni ta' Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand xahar b'xahar f' Jannar, Frar, Marzu u April 2003? Ta' liema ditta u u ċilindraġġ kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar vetturi second hand li ġew impurtati matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena.

Finanazi — Nefqa ta' kull Ministeru

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u x'suċċess inkiseb biex fil-perjodu Jannar - Mejju 2003 in-nefqa ta' kull ministeru, dipartiment tal-gvern, fondazzjoni u impriża pubblika tkun skond dik imħabbra fil-budget għas-sena 2003? Il-Ministru huwa sodisfatt li n-nefqa qed tinżamm fil-livell ippjanat? Liema ministeri, dipartimenti, fondazzjonijiet u impriżi ma żammewx mal-miri ppjanati?

Response (DALLI, JOHN)

Il-passi li ttieħdu kienu skrutinju dettaljat, ministeru b'ministeru tan-nefqa ppjanata u li qed issir. Is-suċċessi jew nuqqas tagħhom jitkejlu fl-aħħar tas-sena anke wara li jittieħed konjizzjoni ta' spejjeż li jista' jinqala l-ħtieġa tagħhom u li ma jkunux previsti.

MOBC — Kontijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul u l-ħruġ u l-volum tax-xogħol tal-kumpanija MOBC fis-sena 2000, 2001 u 2002? Jista' il-Ministru jqiegħed kopja tal-kontijiet awditjati tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra għat-tliet snin imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tisfija tad-drenaġġ

Question

F'hiex wasal il-pjan għat-tisfija tad-drenaġġ t'Malta u Għawdex? Meta huwa maħsub li se jibdew jitħaddmu l-impjanti meħtieġa? Fejn se jkunu mibnija? Kemm huwa maħsub li se jiswew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li jinbnew tlett impjanti għat-tisfija tad-dranaġġ, wieħed f'Għawdex, wieħed fit-Tramuntana ta' Malta u wieħed fin-Nofsinhar ta' Malta. L-impjant ta' Għawdex ser jinbena fl-inħawi magħrufa bħala Ta' Mġarr ix-Xini. Is-siti ta' l-impjant li ser jinbnew f'Malta ser jiġu stabbiliti fil-ġimgħat li ġejjin. L-impjanti ta' Għawdex u dak fit-Tramuntana ta' Malta huma ppjanti li jibdew joperaw għall-aħħar tas-sena 2005. L-impjant fin-Nofsinhar ta' Malta jibda jopera f'Marzu tas-sena 2007. L-impjant ta' Għawdex hu mistenni li ser jiswa madwar 9 miljun Euro li parti minnu ser jiġi finanzjat mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea. L-infrastruttura fit-Tramuntana ta' Malta hija stmata għas-somma ta' 12.3 miljun Euro u ser tiġi finanzjata mill-Protokol Taljan, filwaqt li l-impjant fin-Nofsinhar ta' Malta huwa stmat li ser jiġi jiswa madwar 70 miljun Euro.

Melita Cable Tv — Servizzi - Obbligi

Question

Jista' jgħid - skond il-kuntratt iffirmat mal-Gvern biex tingħata liċenzja biex topera - x'obbligi għandha l-kumpanija Melita Cable Tv li twassal is-servizz tagħha fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Melita Cable plc ffirmat fl-1990 f'klawsola 3.3 igħid hekk: L-operatur tal-Cable jkun obbligat mid-data effetiva ta' dan il-ftehim, biex jispiċċa l-kostruzzjoni tas-Sistema biex in-numru ta' djar li jkollhom il-possibilita tas-servizz tal-cable, ikun kif speċifikat aktar l-isfel, bħala persentaġġ ta' djar f'dik msejħa Standard Service Area. Sa tnax il-xahar 10% sa erba' u għoxrin xahar 82% Sa sitta u tletin xahar 95% Kif aċċenajt iktar il-fuq, dan il-ftehim ġie ffirmat tlettax-il sena ilu.
Leg 10 PQ #456 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

General Pharmaceutuical Services — Infiq ta' flus

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq ix-xiri ta' mediċini għall-General Pharmaceutical Services fil-perjodu Jannar - Mejju 2003? Kemm jonqos x'jintefaq mill-budget ivvutat għal din is-sena? Kemm hemm kontijiet pendenti minn snin oħra għal xiri ta' mediċini għal dan is-servizz pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ammont ta' flus li ntefqu (xiri) fuq mediċini (li jinkludu medical devices u prosthetics u orthotics) minn Jannar sa Mejju 2003 huwa ta' Lm6,176,738. Dan l-ammont jinkludi l-ammonti li diġa' tħallsu kif ukoll ammonti li għad iridu jitħallsu. Jista' jkun li hemm fatturi li għadhom ma ġewx irrekordjati fis-sistema peress li għadhom ma waslux fil-Government Pharmaceutical Services (GPS). L-ammont li baqa' mill-budget li ġie approvat din is-sena għall-Government Pharmaceutical Services biex jitħallsu mediċinali jammonta għal Lm4,136,715 (sal-21 ta' Ġunju 2003 - il-committments ġew imnaqqsa wkoll). Kontijiet li baqgħu pendenti mis-snin oħra ta' xiri ta' mediċini għal dan is-servizz pubbliku jammonta għal Lm844,201 (sal-21 ta' Ġunju 2003).