Legislature:
Category:
Reset
Active:

MITTS/CIMU — Chairman

Question

Jikkonsidra l-Ministru li hemm nuqqas ta' kompatibilita' dwar il-fatt li l-MITTS li għandha rwol operational u ic-CIMU li hija aktar involuta f'xogħol ta' policy u ta' regolatur għandhom l-istess chairman?

Response (GATT, AUSTIN)

Iċ-CIMU m'għandhiex funzjoni ta' regolatur. Fejn jidħlu l-MITTS, iċ-CIMU tistabbilixxi t-'technical standards' għal sistemi ta' informazzjoni li jħaddem il-Gvern waqt illi l-MITTS tibni u tħaddem dawn is-sistemi. Ir-regolatur - jekk tista' issejjaħlu hekk - hi l-'Malta Standards Authority' li tfassal 'standards' għall-pajjiż kollu.

TERRANET — Outsourcing fuq il-payment gateway

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-kumpannija TERRANET għall-outsourcing li sar lilha fuq il-payment gateway?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Terranet qed titħallas is-somma ta' LM12,000 fis-sena għal xogħol li ngħata lilha fuq il-payment gateway.

ISSP strategic plan — Information technology

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu huwiex qed jaħdem fuq ISSP strategic plan għall-information technology għas-snin li ġejjin? Fiex wasal dan? Ġie approvat? Meta mistenni li jibda jiġi attwat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Akkomodazzjoni alternattiva — Applikazzjoni numru H15673

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba għall-akkomdazzjoni alternattiva bl-applikazzjoni numru H15673?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet pendenti ohrajn li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Liċenzji tal-vetturi/tas-sewqan

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul mil-liċenzji tal-vetturi u mil-liċenzji tas-sewqan matul is-sena 2002? Jista' jgħid kemm mid-dħul mil-liċenzji tal-vetturi huwa dovut għal-liċenzja għad-dħul fil-Belt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-dħul mill-liċenzji matul is-sena 2002 kien kif ġej: Liċenzja tat-triq tal-vetturi: Lm 10,672,956 Liċenzji tas-sewqan: Lm560,468 Liċenzji għad-dħul fil-Belt: Lm603,658

Heritage Malta — Kuntratti ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kuntratti ngħataw miċ-chairman ta' Heritage Malta lil Elizabeth Aylin; Patrick Abela u Architecture Project? Dawn il-kuntratti ta' konsulenza ngħataw wara sejħa għall-offerti? Kemm hu l-valur ta' dawn il-kuntratti? X'kuntratti ta' konsulenza oħrajn ingħataw minn Heritage Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-kuntratti mogħtija lill-persuni li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, ċioe, dawk lil Elizabeth Aylin, Patrick Abela u l-Architecture Project, ingħataw mingħajr sejħa għall-offerti. Il-kuntratt ta' Elizabeth Ayling bħala Communications Consultant jiswa' Lm 250 fix-xahar minn 1 ta' April sa l-31 ta' Diċembru, 2003. Il-kuntratt, iżda spiċċa fil-31 ta' Mejju wara r-riżenja ta' Elizabeth Ayling. Dak ta' Patrick Abela bħala I.T. Technical Consultant kien bejn l-1 ta' Diċembru 2002 sal-31 ta' Marzu 2003 u sewa Lm 150 fix-xahar. Il-kuntratt ma' Architectural Project se jkun jiswa Lm 2,950 għal xogħol relatat ma' l-uffiċċju ewlieni, Triq il-Merkanti, il-Belt. L-uniku kuntratt ieħor mogħti kien dak ma' l-Avukat Antonio Tufigno għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' April 2003 u l-31 ta' Marzu 2004 għal servizzi legali u biex jagħmilha ta' Segretarju tal-Bord, u li għalih qed jitħallas Lm 250 fix-xahar. Ma kienx hemm sejħa għall-offerti.
Leg 10 PQ #670 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Promozzjonijiet fir-rank ta' Logutenent Kurunell

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu l-promozzjonijiet fir-rank ta' Logutenent Kurunell fl-armata sabiex jimtlew il-postijiet vakanti li hemm fir-reġimenti peress li dan in-nuqqas qiegħed iħalli effett negattiv fuq is-sigurta' ta' pajjiżna u l-ibħra tagħna minħabba li taffettwa l-effiċjenza u l-amministrazzjoni ta' l-armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-proċess ta’ l-għażla beda u li ma jirriżultax li hemm xi diffikultajiet kif qed jallega l-Onorevoli Membru.

Miżbla tal-Magħtab — Skart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni

Question

Peress li l-Ministru ġie kkwotat li qal li l-iskart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni mhux se jitħalla jidħol il-Magħtab minn Lulju li ġej, jista' jgħid jekk dan ifissirx li se jingħata package 1 tat-tender tal-waste management? Jekk fl-affermattiv, meta se tingħata din it-tender?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ta' Package 1 ingħatat fit-8 ta' April 2003.

St Vincent de Paule — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa r-Residenza St Vincent de Paule u x' inhuwa l-grad tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'risposta ghal din il-Mistoqsija qed inpoggi fuq il-Mejda tal Kamra lista ta' ammonti ta' mpjegati gewwa San Vincenz de Paule u l-grad taghhom.

Anzjani — St Vincent De Paule

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu fir-Residenza St Vincent De Paule u fid-djar ta' l-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n -numru ta' anzjani li bhal issa qed jistennew biex jidhlu fir-Residenza San Vincenz de Paule huwa 734 u biex jidhlu fid-djar ta' l-anzjani huwa 912.

St Vincent De Paule — Air conditions

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali f'St Vincent De Paule li ma għandhomx air condition?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-swali f'San Vincenz li m'ghandhomx air-condition installat huma kif jidher hawn taht: Ward 11/12 Female - Fil-Main Corridor RB1 RB2A RB2B Ward 9/10 Female Ward 13 Female - Temporanjament il-ward gie trasferit ghat-teatru minhabba xoghol fuq il-blocks godda tan-nisa u rgiel.
Leg 10 PQ #683 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Nies mejta — Overdose

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni b'overdose mis-sena 2003 sal-lum u kemm kellhom żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija żewġ każijiet ta` overdose li l-eżitu tagħhom kien fatali. Wieħed mill-vittmi kellu 21 sena filwaqt li l-ieħor kellu 24 sena.
Leg 10 PQ #684 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Persuni mejta — Suwiċidji

Question

Jista' il-Minstru jgħid kemm saru suwiċidji mil-bidu tas-sena 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 ġew irrapurtati lill-Pulizija 15-il każ ta` persuni li ikkommettew suwiċidju. Rigward il-każi li seħħew din is-sena, bejn Jannar u Mejju, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 140 f`Seduta Nru. 8.

Dream holidays — Tfal Russi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux involut fl-arranġamenti ta' dawk li qed jissejħu dream holidays għat-tfal russi biex jinġabu minn familji Maltin għal xi ġimgħat? Jekk iva, b'liema mod hu involut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qieghda tingabar u risposta ser tinghata f'xi Seduta ohra.

Ħal Qormi — Leak tad-drenaġġ

Question

Jaf il-Ministru li fi Triq il-Wied Ħal Qormi hemm leak tad-drenaġġ? X'qed jagħmel id-dipartiment biex isolvi din il-problema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fi Triq il-Wied, Ħal Qormi m'hemm l-ebda leakage tad-dranaġġ, iżda meta tagħmel ħafna xita ikun hemm overflow f'Valletta Road, (quddiem Zammit Nurseries) u din l-overflow tibqa' niżla għal ġo Triq il-Wied.

ETC — Taqsima għal-persuni b'diżabilita' - xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru placements ta' xogħol sena b'sena minn kemm ilha mwaqqfa t-taqsima għal-persuni b'diżabilita' fl-ETC?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għamlet dawn il-placements ta' xogħol għal persuni b'diżabilita' minn Ottubru 1995 sa Settembru 2002. Ottubru sa Settembru Total 1995-1996 66 1996-1997 64 1997-1998 59 1998-1999 40 1999-2000 27 2000-2001 45 2001-2002 67

Faċilita' korrettiva ta' Kordin — Programme Yours

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-arranġamenti tal-Programme Yours għal dawk iż-żgħażagħ li qed jiġu rijabilitati fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin mil lat biex jiġu rijabilitati fil-qasam tax-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Intern, li taħtu jaqa' l-Programme Yours.

Aġenzija Appoġġ — Appointments

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'appointments ġodda ngħataw matul din l-aħħar sena fl-Aġenzija Appoġġ? Xi kwalifiki għandhom il-persuni li ġew appuntati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul din l-ahhar sena gewwa l-Agenzija APPOGG kien hemm dawn l-appointments godda: 5 - Service Area Leaders. Il-kandidati li mlew dawn l-appointments ghandhom Diploma fis-Social Work u wahda bid-degree fis-social work, kif ukoll esperjenza bhala Co-ordinators. 3 - Co-ordinators. Tnejn mill-kandidati ghandhom Bachelor's Degree fis-Social Work ghalkemm wahda minnhom ghandha ic-certifika fl-livell intermedju tal-Family Therapy. L-ahhar kandidata ghandha Diploma fis-Social Work, kif ukoll certifikat fit-Terapija tal-Gestalt. 3 - Managers. It-tlieta li huma ghandhom Bachelor's Degree kif ukoll Master's Degree u wahda minnhom qed tkompli taghmel id-Dottorat. 27 - Child Care Workers. 6 - Ufficjali tal-Psikologija kollha bid-Degree fil-Psikologija u wahda minhom qed taghmel Masters fil-Psikologija kriminali. 1 - Ufficjal ghall-Komunikazzjoni u Marketing bid-Degree fil-Communications. 1 - Ufficjal fit-Tahrig bid-Degree fil-Youth Studies kif ukoll bid-Degree fl-Edukazzjoni. 14 - Social Workers kollha bid-Degrees fis-Social Work. 3 - Clerks b'edukazzjoni fl-livell avvanzat.