Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żabbar — Resurfacing tat-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandhux xi pjanijiet xabiex isir resurfacing tat-toroq fl-area ta' St Peters Żabbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed ifassal programm għal asfaltar ta' toroq fl-inħawi imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #372 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Korp tal-pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kuntistabbli, surġenti, spetturi, suprentendenti u A/kummissarji fil-Korp tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent fil-Korp tal-Pulizija hemm 7 Assistenti Kummissarji, 18-il Supretendent, 82 Spettur, 303 Surġenti u 1,872 Kuntistabbli.

Bormla

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir investigazzjoni dwar ilma ħiereġ ta' kuljum fi Triq ix-Xatt Bormla ħdejn il-ħanut Galea Sluta?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa għamlet ċertu stħarriġ biex ikun stabbilit mnejn ħiereġ l-ilma iżda dan s'issa ma tax riżultat. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u ser jiġi stabbilit ukoll jekk dan l-ilma huwiex ilma tax-xorb.

Karozzi ġodda — Reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru reġistrazzjonijiet ta' karozzi ġodda f'Jannar, Frar, Marzu u April 2003 separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' vetturi ġodda li ġew reġistrati matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena hu kif ġej: Jannar 619 Frar 604 Marzu 503 April 719
Leg 10 PQ #375 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaddiema barranin — Rapporti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti, xahar b'xahar f' Jannar, Frar, Marzu u April 2003, ta' ħaddiema barranin jaħdmu bla permess? Fejn kienu l-impjiegi marbuta ma' dawn ir-rapporti? X'sar f'kull każ u x'kien ir-riżultat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawn huma r-rapporti dwar barranin li saru xahar b'xahar minn Jannar sa April 2003. Xahar Rapporti dwar Barranin L-Impjiegi marbuta ma' dawn ir-rapporti Jannar 3 3 - Lukandi Frar 3 2 - Lukandi 1 - Kostruzzjoni Marzu 4 1 - Kummerċjali 2 - Kostruzzjoni 1 - Industrijali April 1 1 - Lukandi TOTAL 11 F'kull każ indikat, l-uffiċjali ta' l-ETC għamlu l-ispezzjonijiet meħtieġa u rrapurtaw il-każ lill-Pulizija, biex jittieħdu l-passi skond il-liġi.
Leg 10 PQ #376 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Tiġdid ta' passaporti — Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jara li persuni li jkollhom il fuq minn 75 sena jingħataw il-faċilita' li jġeddu l-passaport tagħhom kull sena jew sentejn flok għall-perjodu sħiħ ta' 10 snin?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant ser ikun ikkunsidrat mid-Dipartiment ikkonċernat.

Kontijiet Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 313 u cioe' jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2003 kemm kien hemm każi pendenti ta' persuni li kellhom kontijiet x'jagħtu a) lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u b) lid-Dipartiment tal-VAT u dawn il-każi issa ġew solvuti? Jista' jgħid b'kollox kemm kellhom jagħtu bħala totalita' u kemm fil-fatt ħalsu meta ntlaħaq ftehim dwar il-każi?

Response (DALLI, JOHN)

Mhux magħruf eżattament għal liema każijiet pendenti qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Jekk dawn jirreferu għall-ftehim li għandu d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma' taxpayers biex iħallsu t-taxxa dovuta għas-snin l-imgħoddija f’pagamenti fix-xahar, l-informazzjoni hija din: In-numru ta' ftehim 4283 L-ammont globalment dovut LM3,205,079 L-ammont imħallas LM2,055,534 Bilanċ dovut LM1,149,545 Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-VAT, id-Dipartiment joħroġ biss kontijiet skond id-dikjarazzjonijiet li jirċievi fuq bażi ta’ self assessment. Madanakollu, minn żmien għal żmien, jinħarġu stimi f’każi fejn isiru investigazzjonijiet. Matul is-sena 2003 (Jannar – Mejju) kien hemm ukoll numru ta’ taxpayers li bagħtu l-formula tal-VAT mingħajr il-ħlas tat-taxxa dikjarata minnhom. Minn dawn kien hemm 62 taxpayer u t-taxxa pagabbli kienet tammonta għal Lm300,231. Id-Dipartiment ħa l-passi meħtieġa u 48 taxpayers ħallsu t-taxxa dovuta li kienet tammonta għal Lm206,124. Fl-aħħar ta’ Mejju kien hemm 14-il taxpayer li kellhom jagħtu Lm94,107. F’dawn il-każijiet qed jittieħdu proċeduri ċivili sabiex tinġabar it-taxxa dovuta”.
Leg 10 PQ #496 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Taqsima ta' awditjar u investigazzjonijiet interni - ħaddiema

Question

B'riferenza għat-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija parlamentari 309, jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ir-rapport li hemm referenza għalih f'Appendix 2b dwar il-Welfare Committee?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li hija prattika stabbilita, anke fis-settur privat, li l-awditur intern jirraporta direttament lill-“management” ta’ l-entita` konċernata u li r-rapporti ta’ l-awditur intern jibqgħu konfidenzjali, għalkemm l-awditur estern għandu d-dritt li jitlob u li jirċievi kopja ta’ dawn ir-rapporti. Din il-prattika hija riflessa fl-Abbozz ta’ Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet li bħalissa qed jiġi kkonsidrat fl-istadju ta’ Kumitat. Nirreferi b’mod partikolari lill-Onorevoli Membru għall-Artiklu 22 ta’ dan l-Abbozz li jispeċifika lil min u f’liema ċirkostanzi r-rapporti tal-awditur intern jew l-informazzjoni li jkun ġabar jistgħu jingħataw.

Mellieħa — Triq Napuljun Caruana Dingli/Triq Sifa - Wesgħa art

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proġett bis-sħab bejn l-awtorita' tad-djar u l-kunsill lokali tal-Mellieħa biex tinbena l-wesgħa art bejn Triq Napuljun Caruana Dingli u Triq Sifa fil-Mellieħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-progett ta' bini ta' gnien fil-post indikat mill-Onor. Interpellant ser isir bi shab bejn id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u l-Kunsill Lokali tal-Mellieha. Ninsab infurmat ukoll li recentement sar qbil li l-progett jinbeda fis-snin li gejjin, jekk il-Kunsill ikun kiseb il-permessi mehtiega.
Leg 10 PQ #498 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Flus għal xiri ta' materials and supplies

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-flus dovuti lill-iskejjel fil-materials and supplies (it-tieni instalment) għadhom ma ntbagħtux lill-iskejjel meta s-soltu jaslu għall-bidu ta' Mejju? Japprezza l-Ministru li bħalissa l-iskejjel ikollhom ħafna ħlasijiet pendenti u jridu jaħdbu għall-materjal edukattiv? Meta hemm il-ħsieb li jintbagħtu dawn il-flus?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-proċess ġie finalizzat u bħalissa qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex it-tieni 'instalment' tal-flus dovuti lill-iskejjel f'Materials and Supplies' jitħallsu mill-aktar fis.

Dikjarazzjoni Ta' VAT — Multi li ġew maħfura

Question

B'riferenza għat-tagħrif mitlub mill-ministeru tiegħek mill-ġurnal The Malta Financial and Business Times tal-11 ta' Ġunju, 2003 f'paġna 3, tista' jekk jogħġbok tgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom mhijiex qed tingħata l-informazzjoni mitluba? Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-ammont ta' multi li nħafru qabel l-elezzjoni ġenerali 2003 lil min ma ddikjarax il-VAT dovuta kif suppost?

Response (DALLI, JOHN)

Il-maħfriet li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant huma miżura li tħabbret fil-budget għal din is-sena u li ġiet implementata fil-kuntest tal-provvedimenti fil-liġijiet tal-VAT 1995 u CET 1997. Ma nistgħux nagħtu d-dettalji mitluba għaliex din il-miżura kienet waħda ġenerali u għalhekk għad irridu naraw minn se jieħu vantaġġ minnha. Id-dettalji ma nagħtuhomx ukoll għaliex din hi nformazzjoni kunfidenzjali bejn it-taxpayer u d-dipartiment.

Kummissjoni Ewropea — Oġġezzjonijiet dwar ftehim mal-Microsoft

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ministeru dwar l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea għas-sensiela ta' ftehim li diversi gvernijiet, fosthom anke dak ta' Malta, iffirmaw mal-Microsoft?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza aktar ċara dwar l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li jagħmel riferenza għalihom fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 10 PQ #503 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sexually transmitted infection

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fl-iskejjel ta’ l-Istat studenti subien u bniet jiġux mgħallma l-possibbilta` li jieħdu STI (sexually transmited infection) jekk jipprattikaw is-sess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti fil-Form IV għandhom parti mill-programm tal-Personal and Social Development (PSD) li jittratta dwar STI's fil-Module ta' Health and Sexuality. Barra li jitgħallmu fuq id-differenza bejn H.I.V. u AIDS u l-mod kif din tista tgħaddi fuq l-istudenti, huma jiġu mgħallma l-infezzjonijiet ewlenin bħall-chlamydia, gonhorrea, hepatitis, herpes u syphilis u kif dawn tista teħodhom. Għalhekk l-istudenti qed jiġu mgħallma kif dan il-mard għandu jiġi evitat u xi protezzjoni tista' tuża kontrihom. L-għalliema tal-P.S.D. ngħataw taħriġ fuq is-Sexuality and Relationship Education fl-Inservice Courses tas-sena 2002.
Leg 10 PQ #504 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżerċizzji fiżiċi

Question

Peress li huwa fatt magħruf li l-obesita` fost it-tfal hija allarmanti, jista’ il-Ministru jgħid x'inhu jagħmel id-dipartiment ta’ l-edukazzjoni biex jiżgura li l-lezzjonijiet f'kull livell ta’ l-iskejjel primarji, sekondarji u sixth form fl-edukazzjoni fiżika jiżdiedu? X'qed isir biex il-ġenituri jintwerew il-benefiċċju li t-tfal tagħhom jagħmlu eżerċizzji fiżiċi regolari u li dawn għandhom jibdew l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li: 1. Id-Dipartiment tal-Kurrikulu jorganizza regolarment korsijiet għall-għalliema biex jaddottaw strateġiji ta' tagħlim biex aktar jimmotivaw lill-istudenti lejn l-attivita' fiżika. 2. Ikunu organizzati għadd ġmielu ta' Field Days u Fun Runs, fuq bażi ta' reġjun, ta' lokalita' u ta' skola. F'ħafna minn dawn jipparteċipaw il-ġenituri. 3. Id-Dipartiment tal-Kurrikulu jemmen li parti sostanzjali tal-problema tista' titnaqqas bi programm edukattiv. L-istudenti jingħataw tagħrif u parir mhux biss mill-P.E. teachers iżda wkoll minn teachers tal-PSD u tal-Home Economics meta l-istudenti jagħżlu dan is-suġġett bħala 'option'. 4. 'Id-dieta' u 'r-relazzjoni bejn l-attivita' u l-ikel' huma wkoll temi fis-sillabu għall-istudenti tal-P.E. 'option'.
Leg 10 PQ #505 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Lezzjonijiet ta' taħriġ fiżiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx previst li fis-sena skolastika li ġejja jkun hemm aktar lezzjonijiet ta' taħriġ fiżiku? Kemm kien hemm f'din is-sena li se tagħlaq? Jista’ jagħti l-figuri għal kull livell?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux previst li fis-sena li ġejja jkun hemm żieda fil-lezzjonijiet ta' l-Edukazzjoni Fiżika. Fis-sena li għaddiet it-taqsim ta' ħin għall-lezzjonijiet ta' l-Edukazzjoni Fiżika kien hekk: 1. Skola Primarja: sagħtejn u nofs fil-ġimgħa 2. Junior Lyceum Form 1 u 2: 2 lezzjonijiet fil-ġimgħa 3. Skola Sekondarja Form 1, 2 u 3: 2 lezzjonijiet fil-ġimgħa 4. Junior Lyceums Form 3, 4 u 5: lezzjoni waħda fil-ġimgħa 5. Skola Sekondarja Form 4 u 5: lezzjoni waħda fil-ġimgħa 6. Junior Lyceum (Klassi P.E. option): Form 3, 4 u 5: 4 lezzjonijiet fil-ġimgħa 7. Skola Sekondarja (Klassi P.E. option): Form 4 u 5: 5 lezzjonijiet fil-ġimgħa. Biex jinġabar in-numru ta' lezzjonijiet li attwalment saru matul is-sena skolastika, ikun jeħtieġ li tintbagħat ċirkulari għall-informazzjoni mill-iskejjel mid-dipartiment ta' l-'Operations' fi ħdan id-Diviżjoni.
Leg 10 PQ #506 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema ta’ l-edukazzjoni fiżika mpjegati mad-dipartiment ta’ l-edukazzjoni? Dawn huma kollha mpjegati fix-xogħol li ggradwaw għalih? Kemm minnhom jgħallmu f'aktar minn skola waħda? Kemm huma assenjati għall-iskejjel primarji, sekondarji u sixth form?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħal issa hawn 125 għalliem ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel statali. X'uħud minnhom jgħallmu suġġett ieħor ukoll. Mhux kollha huma ggradwati B.Ed, għaliex x'uħud attendew it-Training Colleges waqt i oħrajn huma 'instructors'. 37 minnhom jgħallmu f'iktar minn skola waħda. Dawn l-għalliema huma assenjati fl-iskejjel kif jidher hawn taħt: 23 peripatetic fl-iskejjel primarji 11 activity teachers (PE) fl-iskejjel primarji 01 swimming promotion unit 83 fis-sekondarji u junior lyceums 07 sekondarja għolja.
Leg 10 PQ #507 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Sexually transmitted infections

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' STI (sexually transmitted infections) fl-2002 u fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Il-pazjenti kienu kollha Maltin? Kemm kien hemm nisa? Liema nfezzjoni kienet irrapportata minn tobba jew ġew ittrattati l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s'issa għadha ma teżistix notifikazzjoni statutorja ta' l-STI (sexually-transmitted infections). Għaldaqstant, mhumiex magħrufa qualunkwe infezzjonijiet li jiltaqgħu magħhom il-GPs u l-ispeċjalisti l-oħra fl-isptarijiet. Huwa l-ħsieb, madanakollu, i l-STIs ikunu notifikabbli hekk kif tiġi fis-seħħ l-Att dwar is-Saħħa Pubblika.
Leg 10 PQ #508 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Sexually transmitted infections

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kif it-taqsima tas-saħħa tispjega lill-istudenti fl-iskola u lill-poplu in ġenerali dwar STI ( sexually transmitted infections )? Isiru xi kampanji edukattivi għal dan il-għan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li b'mod ta' rutina, kull skola li titlob s-servizz tad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa fil-qasam tas-saħħa sesswali tiġi moqdija. L-interventi jieħdu forma ta' talks formali ma l-istudenti u jintużaw videos adattati. B'mod ġenerali r-reklamar fuq il-meżżi tax-xandir jgħinu biex iqajmu kuxjenza fuq il-bżonn li persuna tkun infurmata fuq ir-riskji kollha relatati mas-sess. Id-Dipartiment iqassam ukoll leaflets informattivi. Fil-qasam tal-Prevenzjoni sekondarja l-kumitat imwaqqaf apposta (STIPC) jagħmel reklamar fuq il-meżżi tax-xandir kollha biex iħeġġeġ lill-pubbliku jagħmel użu mis-servizzi fosthom screening tal-GU clinic li qegħda l-Isptar Boffa.
Leg 10 PQ #556 Sitting 14 2003-06-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ġappun — Assistenza teknika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kenux ġew finalizzati t-taħdidiet mal-JICA expert dispatch programme tal-Ġappun sabiex nirċievu assistenza teknika mill-gvern Ġappuniż?

Response (BORG, JOE)

Il-Japanese International Co-operation Agency (JICA), l-aġenzija tal-Gvern Ġappuniż responsabbli mill-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni teknika, ilha sa mill-aħħar tat-tmeninijiet tipprovdi 'l Malta assistenza teknika fuq bażi regolari. Kienu diversi dawk il-Maltin li matul is-snin ibbenefikaw minn din l-assistenza b'korsijiet ta' taħriġ f'oqsma varji ta' attivita' u ta' studju. L-expert dispatch programme hija skema tal-JICA responsabbli biex tipprovdi u tibgħat esperti Ġappuniżi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw f'oqsma ta' attivita' li jinħtiġilhom l-assistenza esperta tagħhom. Is-sena l-oħra, l-Gvern ta' Malta għażel li jissottometti disa' proposti għal assistenza esperta ta' dan it-tip għan-nom ta' diversi dipartimenti u korporazzjonijiet governattivi. Ir-rikjesta għadha qed tiġi ikkunsidrata mill-Awtoritajiet Ġappuniżi li, f'Mejju li għadda, ngħataw informazzjoni ulterjuri konnessa ma' dawn il-proposti, liema informazzjoni hija intiża sabiex tgħinhom jistudjaw aħjar ir-rikjesta mill-Gvern ta' Malta. Nispera li nkun f'pożizzjoni ninforma lill-Onorevoli Interpellant f'qasir żmien bl-eżitu ta' din ir-rikjesta għall-assistenza teknika.

Financial transactions permezz ta' payment gateway

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jibdew isiru financial transactions tad-dipartiment tat-taxxa permezz tal-payment gateway kif kien propost oriġinarjament? Huwa minnu li sal-lum għad hemm oġġezzjonijiet tal-Ministeru tal-Finanzi dwar dan għaliex ma jridux iħallsu persentaġġ ta' l-ammonti tat-transazzjonijiet finanzjarji lill-kumpanniji li lilhom ġie outsourced dan ix-xogħol fuq il-gateway?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li fil-futur il-payment gateway jibda jintuża għal numru kbir ta' servizzi elettroniċi. Għadu kmieni biex nirrispondi għat-tieni mistoqsija peress li bħalissa l-Ministeri konċernati qegħdin jiddiskutu l-parametri finanzjarji li bihom se tkun qegħdha topera din il-payment gateway.