Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba tniżżlu fil-log book jew xi file ieħor inċidenti li kienu jinvolvu assalt fuq suldati min-naħa ta' l-immigranti illegali mill-1 ta' Jannar 2003 sal-lum? X'kienu d-dati ta' meta nqalgħu dawn is-sitwazzjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li mill-1 ta’ Jannar sal-25 ta’ Ġunju 2003 kien hemm erba’ inċidenti: fit-2 ta’ Jannar, fis-26 ta’ Frar, fid-29 t’April u fl-14 ta’ Ġunju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm familji benefiċċjarji taċ-children's allowance matul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieghda tingabar u risposta ser tinghata f’xi Seduta ohra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vapuri li qed issirilhom tiswija fil-Malta Drydocks bħalissa? Hemm vapuri oħrajn li se jidħlu għat-tiswija fil-Malta Drydocks fil-futur qarib? Meta hu maħsub li se jibda x-xogħol fuqhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħalissa fil-Malta Drydocks hemm 8 vapuri, li qed issirilhom tiswija.
Hemm 7 vapuri oħra li se jidħlu fil-Malta Drydocks fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mediċini (special items u mhumiex) li huma out of stock bħalissa? Kemm ilhom out of stock u meta hu maħsub illi jaslu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' tal-Marsa (jekk hemm) li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien ninsab infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq qiegħed fil-proċess li jirrevedi l-informazzjoni li għandu dwar it-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fil-lokalitajiet kollha u l-informazzjoni tkun tista tingħata meta dan il-proċess ikun tlesta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' ta' Santa Luċija (jekk hemm) li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 878, li tapplika wkoll għal dan il-każ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' ta' Ħal Tarxien li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 878, li tapplika wkoll għal dan il-każ.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx proġettati xogħlijiet ta' manutenzjoni u anke xogħlijiet strutturali fil-korsa taż-żwiemel tax-Xħajma? Ma taqbilx il-Ministru li wasal iż-żmien li l-korsa f'Għawdex tingħata ħafna iktar attenzjoni u tiġi attrezzata adegwatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li xxogħlijiet fuq ilkorsa tażżwiemel taxXħajma jsiru regolarment.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm fondi budgeted għall-kultura f'Għawdex għal dawn l-aħħar ħames snin, kemm effettivament intnefqu u għal xiex kif ukoll telenka d-diversi attivitajiet li bbenefikaw minn fondi tal-gvern u kemm kienu dawk il-fondi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni qed tinġabar u rrisposta tingħata f'seduta oħra.
Awtorita' Maltija għar-riżorsi — Permessi għal tħaffir ta' boreholes
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għat-tħaffir ta' boreholes f'dawn l-aħħar 12-il xahar mill-awtorita' Maltija għar-riżorsi? F'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta għar-Riżorsi ma ħarġet l-ebda permess għat-tħaffir ta' boreholes f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.
Jista' il-Ministru jgħid jekk iż-Żebbuġ football ground ingħatax b'ċens temporanju liż-Żebbuġ rangers football club? Jekk fin-negattiv, għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Meta fis-sena 2000 il-Gvern kien qiegħed jikkunsidra l-allokazzjoni ta` numru ta` proprjetajiet lil diversi għaqdiet sportivi, il-ground tal-football ta` Ħaż Żebbuġ ma setax jiġi offrut b`ċens għaliex parti mill-art li fuqha huwa mibni l-ground kienet għadha fil-proċess ta` esproprju taħt l-Ordinanza dwar Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi. Kien għalhekk li l-ground kien offrut b`kera liż-Żebbuġ Rangers Football Club, iżda dawn irrifjutaw għaliex kellhom preferenza għal titolu ta` ċens, li legalment pero`, ma setax jingħata.
Ninsab infurmat ukoll li l-proċess ta` akkwist fuq l-art in kwistjoni fil-fatt tlesta aktar kmieni din is-sena u illum l-art li fuqha hemm il-football ground hija kollha kemm hi tal-Gvern. Dan ifisser li ż-Żebbuġ Rangers Football Club issa jista` jibda t-trattivi mal-Ministeru għaż-Żgħażagħ u l-Arti sabiex b`kollaborazzjoni mat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ikun jista` jiġi ikkunsidrat li jingħatalhom ċens fuq il-football ground imsemmi.
Jista' il-Ministru jikkonferma li ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet maħruġa mill-pulizija f'dawk il-lokalitajiet li m'hemmx delega biex titħaddem is-sistema ta' l-infurzar tal-liġi permezz tal-gwardjani lokali ma jidħlux fid-database tal-local enforcement system (LES) u b'hekk m'hemmx restrizzjonijiet fuq it-tiġdid tal-liċenzji tal-vetturi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fejn m`hemmx delega tal-infurzar tal-liġi permezz tal-gwardjani lokali, iċ-ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet maħruġa mill-Pulizija ma jidħlux fid-database tal-Local Enforcement System. Qed isiru diskussjonijiet sabiex dawn jidħlu.
Tal-Qroqq — Sptar Mater Dei - Sejħa għall-offerti għall-apparat mediku
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-order of preference dwar il-preferred bidders skond l-ewwel rapport ta' SECTA dwar is-sejħa għall-offerti għall-apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Membru li, minħabba l-fatt li l-għoti tal-Kuntratt imsemmi għadu suġġett għas-smigħ ta' appell quddiem il-Public Contracts Appeals Board, ma jkunx prudenti li f'dan il-mument tingħata l-informazzjoni mitluba minnu.
F'dawn iċ-ċirkostanzi ikun hemm min ikollu nteress fil-kwistjoni u jagħmel kollox biex jagħmel pressjoni ħalli jinfluwenza d-deċiżjoni favorih. Ikun hażin li wieħed jaqa' fin-nassa ta' dawn it-talin.
Tal-Qroqq — Sptar Mater Dei - Offerta għall-xiri ta' apparat mediku
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji li tefgħu l-offerta tagħhom għat-tender għall-apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba minnu kienet ġiet ippubblikata fin-notice board tad-Dipartiment tal-Kuntratti meta għalqet is-sejħa għall-offerti s-sena l-oħra.
SECTA — Sejħa għall-offerti għax-xiri ta' apparat mediku
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li SECTA ntalbu jagħmlu t-tieni rapport ta' evalwazzjoni dwar is-sejħa għall-offerti għax-xiri ta' apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 894.
Tal-Qroqq — Sptar Mater Dei - offerti għall-apparat mediku
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' evalwazzjoni għamlet il-kumpannija SECTA dwar is-sejħa għall-offerti għall-apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Kemm tħallset il-kumpannija SECTA għal kull rapport?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-kumpanija Secta għamlet żewġ rapporti ta' evalwazzjoni dwar is-sejħa għall-offerti għall-apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari għall-isptar Mater Dei.
Għall-ewwel rapport tħallset is-somma ta' LM38,017.98 waqt li għat-tieni wieħed tħallset is-somma ta' LM25,535.69.
Tal-Qroqq — Sptar Mater Dei - Kuntratt għal xiri ta' apparat mediku
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi kienet irrakkmandat waħda mill-kumpanniji biex tingħata l-kuntratt tax-xiri ta' l-apparat mediku, għamara u affarijiet oħra?
Jista' il-Ministru jikkonferma li din ir-rikkmandazzjoni ġiet imwarrba mid-dipartiment tal-kuntratti jew xi ħaddieħor fil-ministeru tal-finanzi? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nbidlet ir-rakkmandazzjoni li wara kollox kienet dik rakkomandata minn SECTA li evalwat is-sejħiet għall-offerti ta' dan it-tender partikolari?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 894
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Direct orders
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Direct orders li ħarġu mill-Contracts and Procurement Section tal-Ministeru għar-riżorsi u l-Infrastruttura huwa kif jidher hawn taħt:-
SENA 2001
XAHAR
DIRECT ORDERS
VALUR (Lm)
Jannar
6
240,741 (i)
Frar
8
28,120 (ii)
Marzu
7
11,115
April
2
17,480 (iii)
SENA 2002
XAHAR
DIRECT ORDERS
VALUR (Lm)
Jannar
1
3,000
Frar
6
8,556
Marzu
12
30,480 (iv)
April
10
29,593
SENA 2003
XAHAR
DIRECT ORDERS
VALUR (Lm)
Jannar
2
1,466
Frar
-
-
Marzu
1
7,271
April
-
-
(i) jinkludi Direct order għal xogħol li sar fl-Imdina mill-Kumpanija Kalaxlokk li sewa Lm234,220;
(ii) jinkludi Direct Order għal xogħol li sar mill-Malta Drydocks b'konnessjoni mal-Pumping Station ta' B'Buġia li sewa Lm14,535;
(iii) jinkludi Direct Order għal spare parts minn għand Engineering and Technology Ltd. għal Wied Għammieq li swew Lm12,980;
(iv) jinkludi xogħol ta' restawr li sar fil-Palazz Vilhena ta' l-Imdina u li sewa Lm10,945.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Prim Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi ħlas ta’ “direct orders” mogħtija mill-Uffiċċju tiegħi.