Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Ċivili — Awditjar tas-sistema ta' l-informatika

Question

L-audit tas-sistemi ta' l-informatika fis-settur pubbliku isir miċ-CIMU jew mill-MITTS innifisha f'isem iċ-CIMU? Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni tar-riżultati ta' audits simili u jekk dawn irriżultawx li kienu konformi ma' prattiċi stabiliti fl-informatika?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Tnaqqis ta' pensjoni

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga l-każ ta' anzjan għażeb li d-dettalji tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija li tnaqsitlu il-pensjoni minħabba ħlas żejjed? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bil-miktub dwar il-każ tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-ufficcju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali li jkopri l-lokalita’ taghha.

Pensjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li qegħda tirċievi pensjoni nieqsa? Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi għax ftit xhur ilu kien ġara l-istess u mbgħad ġie kollox għan-normal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-ufficcju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali li jkopri l-lokalita’ taghha.

Enemalta — Problemi ta' dawl

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni fil-każ ta' żewġ familji li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problemi ta' dawl baxx tant li mhux l-ewwel darba li spiċċaw bla dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #803 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Souvenir shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħwienet li huma awtorizzati li jbiegħu s-Souvenirs lit-Turisti li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita' ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #804 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Gwidi li jaħdmu f'Malta, Għawdex u Kemmuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-Gwidi li hawn jaħdmu f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid kemm minhom huma Maltin u kemm minhom huma barranin? Jista jgħid ta' liema nazzjonalita huma? Jista' jgħid min qiegħed jimpjeghom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' gwidi liċenzjati mid-Direttorat fl-Awtorita' tat-Turiżmu, biex jaħdmu fil-gżejjer Maltin huwa ta' 555. Minn dawn 549 huma Maltin u 6 huma barranin. In-nazzjonalita hija kif imsemmija hawn taħt: Ċiniż 1 Flemish 2 Ġappuniż 1 Olandiż 2 Billi l-aħħar parti tal-mistoqsija mhix ċara biżżejjed, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jikkjarifika t-tip ta' nformazzjoni li jixtieq.
Leg 10 PQ #805 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Tourist Rep's

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jammontaw ir-Rap's/Rep's li hawn jaħdmu f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid kemm minhom huma Maltin u kemm minhom huma barranin? Jista jgħid ta' liema nazzjonalita huma? Jista' jgħid min qiegħed jimpjeghom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

San Ġiljan — Xogħlijiet fuq Triq Birkirkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol fuq Triq Birkirkara f'San Ġiljan? Peress li x-xogħol jidher li miexi b'ritmu kajman jafx il-Ministru li dan qed joħloq inkonvenjent lir-residenti minħabba trabijiet, storbju u nkonvenjenti oħra li finalment qed isservu ta' detriment għar-residenti tat-triq u l-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi peress li Triq Birkirkara hija pjuttost dejqa, ix-xogħol ta' tibdil tal-mains u s-servizzi ta' l-ilma ħa aktar żmien milli previst biex jitlesta. Bħalissa qed isir it-tagħqid tal-main prinċipali, it-tqeghied tal-Cables tal-Maltacom u qed jinbnew il-bankini l-ġodda biex mill-ewwel ta' Lulju jibda x-xogħol ta' l-asfalt fuq il-wiċċ tat-triq. Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta f'Lulju biex finalment it-triq terġa tinfetaħ.
Leg 10 PQ #811 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Djar li għandhom il-permess biex jinkrew

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn holiday flats, holiday appartments u djar oħra, lokalita' b'lokalita', li għandhom il-liċenzja biex jinkrew u jgħid ukoll jekk teżistix klassifikazzjoni ta' dawn? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti wkoll id-dettalji tal-klassifikazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #812 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Għaqdiet/Assoċjazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħdi kemm il-Għaqda, Assoċjazzjoni jew xorta oħra huma rappreżentati fl-MTA? Jista' jgħid liema huma u f'liema bordijiet huma rappreżentati? Jista' jgħid min huma l-persuna/persuni li qed jirrappreżentaw lil kull wħada minn dawn imsemmija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Toroq — Tarmac

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li ngħataw it-tarmac mill-Gvern Ċentrali matul l-2002 u l-2003 f’Ħ’Attard, Haż-Żebbug, Siġġiewi u ħad-Dingli? Kemm ġiet tiswa kull triq? Liema huma t-toroq fl-istess lokalitajiet li l-Gvern bi ħsiebu jagħti t-tarmac fil-kumplament ta’ din is-sena jew fis-sena 2004?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #857 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Kunsilli Lokali — Żbilanċ Finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 687 u cioe' jgħid kemm huma u liema huma l-Kunsilli li jinsabu fi żbilanċ finanzjarju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk it-Tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Postijiet tal-Gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara fiex wasal il-file ta' anzjana li l-partikularijiet tagħha qed jidhru separatament minn din il-mistoqsija, li qiegħda titlob biex isir bdil tal-post? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma’ applikazzjonijiet pendenti ohrajn li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.
Leg 10 PQ #865 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Kliniċi f' Malta u Għawdex — Permessi

Question

Liema huma l-isptarijiet u kliniċi f' Malta u f'Għawdex li għandhom permess biex jagħtu servizz ta' emerġenza jew ta' dianjosija bħal x-ray, laboratorji, operazzjonijiet,etc?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 878, li tapplika wkoll għal dan il-każ.

Gudja — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' tal-Gudja li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx it-tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi filwaqt illi bħalissa l-Awtorita` dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali tal-Gudja għaddejjien b'taħdidiet biex jiġi ffirmat kuntratt bejniethom biex isir xogħol ta' asfalt fiż-żona tax-Xlejli, id-Direttorat tat-Toroq qiegħed fil-proċess li jirrivedi l-informazzjoni li għandu dwar toroq oħra imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fil-lokalitajiet kollha u l-informazzjoni tkun tista tingħata meta dan il-proċess ikun tlesta.
Leg 10 PQ #125 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Direct orders

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-perjodi msemmija fil-mistoqsija ma ngħatat ebda Direct Order.

MEPA — Siti għal skop ta' SME's

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani jekk is-siti li ġew identifikati mill-MEPA għal skop ta' SME's fit-Telgħa t'Alla u Ommu ġewx evalwati għall-valur agrikolu tagħhom? Jekk iva, liema ażjenda għamlet l-assessment fuq dawn is-siti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien ninsab infurmat li l-assessment mingħand id-Dipartiment ta’ l-Agrikultura ingħata kemm qabel kif ukoll wara li d-dokument “SMEs (Micro-enterprise) Site Selection Exercise – Public Consultation Draft” ħareġ għall-konsultazzjoni pubblika.

UE — Importazzjoni ta' zokkor u ċereali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 55 jista' il-Minstru jinfurmani kemm hija f'ċifra ta' flus jew f'persentaġġi il-parti li l-UE se tissussidja l-Gvern Malti sabiex il-prezzijiet ta' l-ikel tal-poplu mill-UE stess ma jogħlewx wara Mejju 2004? Minn fejn il-Gvern Malti se jipprovdi l-flus għal parti l-oħra tas-sussidju, minn taxxi ġodda, mit-tnaqqir tal-pensjonijiet, minn benefiċċji soċjali, u jew sosri oħrajn?

Response (DALLI, JOHN)

Fil-preparamenti għan-negożjati ma’ l-UE, saret analiżi globali u integrata tal-qasam agrikolu, kemm f’Malta kif ukoll fil-UE. Fuq din il-bażi, l-Gvern Malti fassal it-talbiet tiegħu fin-negozjati mal-UE. Fost oħrajn, il-Gvern Malti irnexxielu jikseb id-dritt li jimplimenta mekkaniżmu ta' sussidju li, permezz tiegħu, il-Gvern ser ikun jista' jikkumpensa għal xi żidiet li jista’ jkun hemm fil-prezz lokali ta’ ċerti prodotti partikolari, minħabba d-differenza bejn il-prezz tagħhom fuq is-suq internazzjonali u dak fl-UE. Peress li dawn d-differenzi u ċirkostanzi ivarjaw regolarment, mhux possibbli li wieħed jippreżenta ċifra ta’ sussidju li ser jingħata fis-snin li ġejjien.

Tiswija ta' toroq

Question

Jista' il-Minsitru jgħid għaliex Triq id-Dwieli u Trejqet il-Kampanjol f'Baħar iċ-Ċagħaq u l-madwar tagħhom tħallew żdingati? Peress li r-residenti inkluż l-anzjani ta' l-inħawi qed isibu diffikultajiet u nkonvenjent kuljum kawżat mill-istat xejn tajjeb tat-toroq imsemmija, jista' il-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti mad-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali responsabli minn dawn l-inħawi ħalli l-manutenzjoni ssir minnu fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq ġodda madwar Baħar iċ-Ċagħaq u x-xogħol fit-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw minn żmien ghal żmien.