Skejjel — Xogħlijiet ta' tiswija u manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet ta' tiswija u manutenzjoni li se jsiru fis-sajf fuq l-iskejjel ta’ l-Istat? F'liema skejjel u x'inhu x-xogħol li se jsir f'kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ix-xogħlijiet ippjanati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għal dan is-sajf huma ħafna u varji: minn sempliċiment xogħol ta' tisbieħ, għal xogħlijiet estensivi ta' kostruzzjoni u finitura. Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed tippjana biex issebbaħ l-ambjent edukattiv ta' numru sostanzjali ta' skejjel, tagħmilhom aktar aċċessibli permezz ta' bini ta' ramep u stallazzjoni ta' diversi lifts, tibni laboratorji għat-tagħlim ta' xjenza u teknoloġija kif jitlob il-kurrikulu nazzjonali u wkoll qed tieħu ħsieb biex issaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fejn ikun meħtieġ, fost ħafna xogħlijiet oħra.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet ippjanati li hu ippjanat li jsiru fix-xhur li ġejjin.