Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #791 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Instructors

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex l-instructors jiġu ħaġa waħda ma' l-għalliema? Jista' jgħid ukoll kemm hemm instructors u fejn qed iwettqu l-ħidma tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #813 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Għaqdiet u Assoċjazzjonijiet/integrati fl-MTA

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sa mit-twaqqif tal-MTA kien hemm Għaqdiet, Assoċjazzjonijiet jew xorta oħra li talbu li jiġu integrati fl-MTA u t-talba tagħhom ma' ġietx aċċettata? Jista' jgħid f'kull każ x'kienet ir-raġuni li t-talba tagħhom ma' ġietx aċċettata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Att dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta (Kap 409) jillimita l-għadd ta' membri li jistgħu jiġu maħtura fuq l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta u fuq id-Direttorati Eżekuttivi li jaqgħu taħtha. L-Att jaħseb ukoll biex lejn l-aħħar tas-sena jsiru erba' elezzjonijiet biex jiġu maħtura għadd ta' persuni "fuq ir-rakkomandazzjoni ta' dawk l-Assoċjazzjonijiet l-oħra li jkollhom l-għarfien tal-Ministru bħala li l-aktar jirrappreżentaw setturi oħra li jipprovdu servizzi ta' l-ivvjaġġar u tat-turiżmu". Il-persuni hekk eletti jkunu jirrappreżentaw mhux biss lill-assoċjazzjoni tagħhom iżda lill-assoċjazzjonijiet l-oħra kollha li jkunu ħadu sehem fl-elezzjoni.
Leg 10 PQ #814 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vapuri u bastimenti militari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il talba saret biex vapuri u bastimenti militari jidħlu fl-ibħra u l-portijiet Maltin f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid liema talbiet ġew aċċettati u liema le? Jista' jgħid f'kull każ mil-liema qawwa militari saret it-talba?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin.
Leg 10 PQ #815 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ajruplani militari — Spazju ta' l-ajru Malti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm il-talba saret biex ajruplani militari jidħlu fl-ispazju tal-ajru Malti f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid liema talbiet ġew aċċettati u liema le? Jista' jgħid f'kull każ mil-liema qawwa militari saret it-talba?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin.

Proġetti — Xogħol ta' upgrading - Xatt tal-Gżira sax-Xatt ta' tas-Sliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jsir xogħol ta' upgrading (simili li sar fil-Promenade ta' tas-Sliema) mix-Xatt tal-Gżira sax-Xatt ta' tas-Sliema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda pjan għal xogħol ta' upgrading fil-post imsemmi mill-Onor. Membru.

San Ġiljan — Upgrading tal-playingfield ta' Ġiorni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex ser jiġi onorat il-ftehim bejn id-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar u l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan għall-upgrading tal-playingfield f' ta' Ġiorni? Jekk fl-affermattiv meta ser isir x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li d-Dipartiment qed jistenna lill-Kunsill jipprocedi kif miftiehem.
Leg 10 PQ #866 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Kliniċi — Permessi

Question

Jenħtieġ permess biex kumpannija medika topera servizz ta' emerġenza 24 siegħa kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika x'tip ta' kumpanija medika għandu f'rasu.
Leg 10 PQ #867 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Prenatal mortality rate

Question

X'kienet il-prenatal mortality rate f'Malta u Għawdex fl-aħħar għaxar snin sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Perinatal Mortality Rate f'Malta u Għawdex fl-aħħar disa' snin kienet kif muri fit-tabella hawn taħt: SENA Perinatal Mortality Rate per 1000 total births 2002 9.42 2001 7.59 2000 7.3 1999 9.69 1998 7.54 1997 8.87 1996 11.63 1995 7.17 1994 10.41
Leg 10 PQ #868 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet tal-gvern/privat — inductions

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' inductions fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #869 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet tal-gvern — Ċesarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-rata taċ-ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #870 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Qwiebel

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' qwiebel impjegati mad-dipartiment ta' l-obstetrics and synaecology fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? X'kien il-budget totali ta' dan id-dipartiment kull sena tul l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #871 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' tobba impjegati fid-dipartiment ta' l-obstetrics and gynaecology tul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u x'kienu l-gradi professjonali ta' dawn it-tobba sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għar Żerrieġa — Rabat - Arblu tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li jitpoġġa post ieħor l-arblu li hemm f' Għar Żerriegħa limiti tar-Rabat sabiex dan ma jkunx ta' periklu għall-bdiewa li jgħaddu mill-modijiet ta' l-inħawi? Jista' jara li dan isir u jiġi rranġat qabel ma jkun hemm xi inċidenti? L-arblu jinsab fejn ir-residenza tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament. Id-dettalji ta' persuna oħra midħla sew ta' dan il-post qed jintbagħtu separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Rabat — Plots

Question

Peress li l-kuntratti tal-plots tar-residenti f'Għar Barka r-Rabat ilhom sa mis-snin tmenin fuq konvenju, u dan minkejja li ħafna residenti saħansitra xtraw iċ-ċens, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li ma titkompliex tittawwal din l-anomalija u jawtoriżża r-riċerki, arranġamenti oħra etc sabiex isiru l-kuntratti? Jista' il-Viċi Prim Ministru jassigurani li fi żmien qasir isir dan il-proċess u ċioe' jibdew isiru l-kuntratti kif ilha x-xewqa tar-residenti għal dawn l-aħħar 20 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.

UE — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 54, jikkonferma l-Ministru li kemm-il darba ma jkunx hemm arranġamenti ta' eżenzjoni tat- TARIC, l-imprendituri lokali jkollhom iħallsu t-taxxi dovuti (TARIC) kollha fuq l-importazzjoni in kwistjoni lill-UE u dan minkejja l-fatt li dawn il-prodotti u jew is-sorsi tal-materja prima m'humiex prodotti lokalment?

Response (DALLI, JOHN)

M’hemmx wisq x’jingħad aktar mar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Numru 54. Forsi ta’ min jerġa jsemmi l-fatt li l-UE għandha ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ l-fuq minn mitt pajjiż li permezz tagħhom wieħed jkun jista’ jimporta minn dawn il-pajjiżi mingħajr tariffi jew b’tariffi preferenzjali. F’dan il-kuntest jidher li ħafna imprendituri Maltin diġa’ akkwistaw l-informazzjoni neċessarja fuq is-suġġett u li teżisti minn diversi sorsi (bhall-METCO u MIC), sabiex jkunu jistgħu jagħmlu l-ghażliet kummerċjali tagħhom.

UE — Eżentazzjoni mit-TARIC - Zokkor, qmuħ u ċerejali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 54 jista' il-Ministru jinfurmani liema pajjiżi mill-100 imsemmija, l-UE teżenthom mit-TARIC fuq iz-Zokkor, qmuħ u ċerejali?

Response (DALLI, JOHN)

L-UE għandha dik li tissejjaħ il-Common External Tariff fuq prodotti importati minn pajjiżi li m’humiex Membri. Fir-realta, din it-tariffa tiġi applikata fis-sħiħ biss ma’ disa’ pajjiżi filwaqt li mal-pajjiżi kollha l-oħra, hemm xi tip ta’ arranġament preferenzjali li permezz tiegħu din il-Common External Tariff jew tiġi eżentata jew tiġi imnaqqsa. F’każ ta’ prodotti industrijali li jiġu ikklassifikati taħt l-is-sistema tal-HS Kap 25-96, din it-tariffa fil- maġġoranza tal-każijiet tiġi eżentata. Fejn jidħlu prodotti li jaqaw taħt il-Kap 1-24 tal-HS li huma prodotti agrikoli li jinkludu ukoll prodotti ta’ l-ikel proċessati, allavolja taħt l-ambitu ta’ Free Trade Agreements jew arranġamenti preferenzjali oħra, it-tneħħija jew it-tnaqqis tat-tariffa ma tkoprix il-prodotti kollha. F’ċerti każi, l-eliminazzjoni jew it- tnaqqis tar-rata tad-dazju tiġi applikat biss fuq kwantita fissa jew dik li tissejjaħ ‘Tariff Quota’. Fil-fatt, fil-ftiehim ta’ kummerċ ħieles reċiproku li l- UE għandha ma ‘ diversi pajjiżi bħal ma’ huma l -EFTA, l-EEA, l-Europe Agreements mal-pajjiżi ta’ l-Ewropa Centrali u tal-Lvant mal-pajjiżi ta ’l-Afrika ta’ Fuq u Lvant Nofsani, mat-Turkija, mal-Messiku, Chile u l-Afrika t’Isfel , ċerti prodotti jistgħu jiġu importati migħhajr dazju jew b’rata imnaqqsa. Numru konsiderevoli ta’ prodotti agrikoli huma inklużi ukoll f’dawk l-arranġamentti preferenzjali mhux reċiproki li l-UE iffirmat ma’ pajjiżi li qgħhdin jiżvillupaw jew sotto żviluppati taħt il-GSP, il- ftehim ta’ Cotonou (Pajjizi ta’l-Afrika, Karibew u Pacifiku), u taħt l-inizjattiva li tissejjaħ “Everything But Arms”. Barra minn hekk, fuq numru ta’prodotti agrikoli (HS 1-24) li jinkludu laħam aħmar, ċerejali u xi tip ta’ zokkor, taħt l-ambitu tat- tariff quotas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal Kummerċ, l-UE għandha sistema ta’ tariff quotas fejn prodotti minn firxa ta’ pajjiżi barra l-Unjoni jiġu importati b’rata imnaqqsa jew mingħajr dazju. Dettalji fuq liema prodotti li jiġu eżentati mid-dazju jew jidħlu b’ rata preferenzjali minn barra l-UE jinsabu fit-TARIC li hija aċċessibli mill-Website ta’ l-UE. L-Onorevoli Interpellant jifhem li mhux prattiku għalhekk li tingħata tweġiba bid-dettalji hawnhekk, għax it-TARIC tagħti informazzjoni fuq prodotti speċifiċi li huma deskritti taħt l-HS fit- ‘tenth digit level’ u mhux fuq livell ġenerali.

UE — Eżentazzjoni mit-TARIC - Laħam aħmar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 54 jista' il-Ministru jinfurmani liema pajjiżi mill-100 imsemmija, l-UE teżenthom mit-TARIC fuq laħam aħmar.

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-Mistoqsija Numru 261.

UE — Eżentazzjoni mit-TARIC - Prodotti magħmula mill-ħalib frisrk - dairy products

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 54 jista' il-Ministru jinfurmani liema pajjiżi mill-100 imsemmija, l-UE teżenthom mit-TARIC fuq prodotti magħmula mill-ħalib frisk - dairy products?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-Mistoqsija Numru 261.

Enemalta — Każijiet ta' nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet - Passi

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm drabi matul l-2002 l-Enemalta ħadet passi f'każijiet ta' nuqqas ta' ħlas ta' kontijiet tad-dawl? Kemm kien in-numru f'Jannar, Frar u Marzu 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Bit-terminu 'ħadet passi' użat mill-Onorevoli Membru qiegħed nifhem għal-qtugħ tal-provvista tal-elettriku minħabba kontijiet pendenti. Fis-sena 2002 kien hemm 2,916 sospensjoni. F'Jannar 2003 kien hemm 214, Fi Frar 2003 kien hemm 113, F'Marzu 2003 kien hemm 210. Il-qtugħ tal-provvista huwa biss l-aħħar pass, ghax qabel ikunu ittieħdu diversi passi oħra, fosthom; timbru speċjali b'avviż ta' qtugħ fuq il-kontijiet li jkollhom l-arretrati; avviż mill-Korporazzjoni ta' l-Ilma ; avviż ieħor mill-Korporazzjoni tad-Dawl; u anke avviżi verbali qabel isir il-qtugħ. Dawn l-avviżi huma biex tintuża l-prudenza u 'ex gratia' u mhux għax meħtieġa skond ir-regolamenti ta' l-elettriku. Ħafna drabi l-problema tiġi solvuta b'dawn il-passi, għalhekk in-numru huwa relattivament baxx meta kkomparat man-numru ta' kontijiet involuti.
Leg 10 PQ #615 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Taqsima għall-Promozzjoni tas-Saħħa — Abbuż mix-xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebha tagħmel it-Taqsima għall-Promozzjoni tas-Saħħa fis-sena skolastika li jmiss biex ikompli jwissi ż-żgħażagħ kontra l-abbuż mix-xorb? Hemm xi pjan biex fis-sajf issir xi kampanja ta' reklamar f'xi postijiet ta' divertiment għall-istess għan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fil-kampanja biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jevitaw illi jixorbu bla rażan, id-dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa qiegħed juża numru sabiħ ta' billboards. Dawn ġew imqegħda f'Paceville. Barra dawn, hemm madwar għaxar karozzi tal-linja li fuqhom hemm il-messaġġ Tħallix l-Alkoħol Ikissrek, b'messaġġ viżwali addatt għall-okkażjoni. Għas-sena skolastika li ġejja hemm il-ħsieb li jsir fuljett apposta biex jitqassam fl-iskejjel. Fuq dan il-qasam, is-sena l-oħra kien sar proġett bi sħab mal-kulleġġ Mother Theresa fl-iMsida fejn l-istudenti għamlu ġimgħa ta' attivita' fuq l-alkoħol, kif ukoll iddisenjaw posters għal din l-okkażjoni li tqassmu fl-iskejjel.