B'referenza għat-talba pendenti ta' l-anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - sabiex tiġi akkomodata fl-Imtarfa u dan fid-dawl ta' kif irriżultaw il-problemi, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li t-talba tiġi approvata mingħajr aktar dewmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ka¿ li rrefera ghalih l-Onor. Interpellant qed jigi kkunsidrat bl-attenzjoni u l-urgenza dovuta.
Rabat — Qasam tad-djar Għajn Qajjed - katusi ta' l-ilma
Question
Jista' id-dipartiment tad-djar jibdel il-katusi ta' l-ilma ta' Door no. 4, Blk D, Għajn Qajjed H.E., fir-Rabat peress li l-ilma qed jidħol fl-appartamenti kif huwa tal-familja ta' appartament nru. 8 (Flat 8) ta' dan il-blokk? Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li x-xogħlijiet meħtieġa jsiru fil-ġimgħat li ġejjin u preferibbilment mhux wara Settembru ta' din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ghaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment u Tiswija tad-Djar ghall-azzjoni mehtiega.
Possibbli l-korporazzjoni Enemalta tispjega għalfejn fi Triq Xorb l-Għaġin, fiż-Żejtun/M'Scala ilhom snin twal li twaħħlu arbli ġodda biex jinbidlu dawk imsadda u l-wires baqgħu qatt ma ġew trasferiti għal fuq l-arbli l-ġodda bil-konsegwenza li llum jeżisti periklu minħabba l-istat ta' l-arbli l-qodma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ix-xogħol ta' bdil ta' l-arbli msemmija, li kien estensiv, kien beda, iżda minħabba xogħolijiet oħra, l-kumplament tax-xogħol ġie pospost. Ta' min jgħid li l-arbli l-qodma m'humiex ta' periklu, iżda xorta waħda x-xogħol mistenni jitkompla sa Settembru li ġej.
Jistgħu jittieħdu passi biex it-taqsima Psychiatric Outpatients fl-isptar San Luqa tinżamm iżjed nadifa u preżentabbli milli qed tinżamm għax l-iżdingar u l-ħmieġ żgur ma jgħinux lill-persuni li jmorru jużaw dak is-servizz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li t-taqsima tas-Psychiatric Outpatients fl-Isptar San Luqa ser tiġi modernizzata fix-xhur li ġejjin. B'hekk l-ambjent ġewwa din il-Unit isir aktar preżentabbli u fl-istess ħin jogħla l-livell tas-servizz.
Kemm se jirriżultawlu vacancies lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni fil-grad ta' Assistenti Kapijiet minn issa sa Jannar 2004? Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment huwiex se jaħtar assistenti kapijiet mil-lista li hemm bħalissa ta' dawk il-kandidati li għaddew mill-aħħar interview?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' vacancies fid-Dipartiment fil-grad ta' Assistenti Kapijiet minn issa sa Jannar 2004 huwa ta':
Primarja 12
Sekondarja 7
Iva, id-Dipartiment se jaħtar assistenti kapijiet mill-lista li hemm bħalissa ta' dawk il-kandidati li għaddew mill-aħħar interview.
Peress li l-MCAST qed joffri korsijiet simili għal dawk offruti mill-iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, jista' il-Ministru jagħmel stqarrija dwar l-intenzjonijiet futuri tiegħu jew tad-dipartiment dwar din l-iskola post sekondarja fin-Naxxar?
Response (GALEA, LOUIS)
S'issa la fil-livell tal-Ministeru u lanqas fil-livell tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma kien hemm xi diskussjoni dwar xi tibdil li jolqot l-iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi.
B'referenza għat-tweġibiet mogħtija fejn intqal li skart tal-bini se jintrema f'barrieri mhux użati, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm taħdidiet mal-MEPA dwar dan? Jekk iva, jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar dan u jekk hemmx bżonn li jkun hemm permess ukoll?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm taħdidiet fit-tul, kemm ma' dak li kien id-Dipartiment ta' l-Ambjent kif ukoll mal-MEPA u ġew diskussi l-perpessi meħtieġa.
Ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda hija fl-affermattiv.
Peress li qed jiżdiedu l-persuni anzjani jew bi problemi serji biex jużaw it-taraġ u hemm minnhom li jgħixu fis-sular ta' fuq fil-blokk differenti tal-Qasam ta' Pennellu fil-Mellieħa, xi pjani hemm maħsuba biex jiddaħħlu liftijiet f'dawn il-blokki?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar tistudja l-possibilita' ta' installar ta' lifts meta tircievi applikazzjonijiet taht Skema V.
Jekk l-Onor. Interpellant jaf b'xi familji li ghandhom dizabilita' ta' mobilita' huwa mitlub jidderigihom sabiex japplikaw taht Skema V.
Meta hemm il-ħsieb li tingħata il-parti ta' Triq Patrick Brydone f'San Ġiljan li għadha malgħuqa u mimlija trab b'inkonvenjenzi kbar għar-residenti tat-triq? Meta hemm il-ħsieb li tingħata t-tarmak Triq il-Qratas fis-Swieqi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' il-Prim Ministru jivverifika jekk fit-Taqsima tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet hemmx membri ta' l-istess familja li jaħdmu hemm? Jekk jirriżulta fl-affermattiv, jaħseb li huwa għaqli li qraba ta' xulxin jaħdmu f'post daqshekk sensittiv? Jista' jgħid mnejn inxtraw il-lap top computers għal din it-taqsima tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet? Jirriżulta li nxtraw mingħand xi ħadd li jiġi mid-Direttur? Jista' jagħti lista ta' min jaħdem fit-Taqsima tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet u kull persuna li taħdem hemm kemm siefret u fejn marret mindu twaqqfet din it-taqsima?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
It-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hi fl-affirmattiv. Jien infurmat li ma teżistix “policy” tal-Gvern u li l-“Public Service Management Code”, u qablu fl-“Estacode”, ma jgħidu xejn dwar is-suġġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Ninsab infurmat li x-xiri tal-“lap tops” sar skond ir-regoli stabbiliti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħol barra minn Malta minn impjegati tat-Taqsima ta’ l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x’raġuni tat l-Enemalta għall-qtugħ fis-servizz tad-dawl il-Ħadd, 15 ta’ Ġunju 2003 għall-ħabta tad-9.00 p.m.? X’ħin waslu fuq il-post il-ħaddiema ta’ l-istess korporazzjoni sabiex jaraw jekk tistax tissewwa l-ħsara? X’ħin eventwalment ġiet lura għan-normal is-sitwazzjoni fis-servizz tad-dawl?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm ikun hemm persuni stand-by għall-emerġenzi li jistgħu jinqalgħu wara l-ħin normali tax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
B'referenza għall-Mistoqsija, ta' l-Onorevoli Interpellant wieħed jassumi li din qed tirreferi għall-interruzjoni f'partijiet miż-Żejtun. Għaldaqstant rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru.850.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li jkunu Stand By jikkonsistu f'żewġ gruppi ta' tlieta min-nies. Barra minn dawn jkun hemm ukoll żewġ Technical Officers, Engineer u Senior Engineer fuq sistema ta' On Call.
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-Ministeru u x’inhu r-rwol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Name & Surname Position
Charlo' Bonnici Head of Secretariat
Pierre Cauchi Private Secretary
Alexander Bugeja Assistant Private Secretary
Claude Sciberras Communications Co-Ordinator
Jude Thaddeus Kenely Office Co-Ordinator
Margaret Abdilla Secretariat Officer
Maria Louise Aquilina Secretariat Officer
Euchar Camilleri Secretariat Officer
Maria Verin Secretariat Officer
Annabelle Vassallo Secretariat Officer
Christopher Grech Secretariat Pool
Stefan Cordina Secretariat Pool
Grace Buttigieg Secretariat Pool
Rocco Zahra Secretariat Pool
Daniel Farrugia Secretariat
Paul Grech Secretariat Messenger
Joseph Vassallo Secretariat Messenger
Joseph Catania Secretariat Messenger
Brian Camilleri Minister's Driver/Security
Mario Pace Minister's Driver/Security
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-Ministeru u x’inhu r-rwol tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-persuni li qiegħdin jaħdmu fil-Ministeru u li l-kariga tagħhom ġiet konfermata huma dawn li ġejjin :-
Is-Sur Victor Battistino, Assistent Personali
Is-Sn. Rose Curmi, Segretarja Privata
Is-Sur John Camilleri, Secretariat Officer
Is-Sn. Monica Mizzi, Secretariat Officer
Is-Sur Simon Cilia, Secretariat Pool
Is-Sn. Mary Muscat, Secretariat Pool
Is-Sur Alex Formosa, Personal Driver/Security
Is-Sur Sandro Caruana, Personal Driver/Security
Iċ-CIMU (Central Information Managment Unit) hija responsabbli biss għaċ-ċivil jew għas-settur pubbliku kollu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-mandat ta’ CIMU joħroġ mill-Pjan Strateġiku għall-Informatika f’Servizz Pubbliku: 1999-2001. Sa llum iċ-CIMU huwa responsabbli għall-viżjoni, ippjanar u “governance” ta’ l-Informatika fis-Servizz Pubbliku biss.
Kopja ta’ dan il-Pjan huwa aċċessibli mill-“website” taċ-CIMU www.cimu.gov.mt.
Billi l-Ministru semma li ħafna mill-apparat tal-informatika għall-Ministeru ġie miksub mill-MITTS, tista' tgħid min kienu l-accredited suppliers fil-każi kollha li għalihom saret referenza mill-MITTS?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
L-implimentazzjoni ta' inizjattivi marbutin mal-E-government kemm jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġu evalwati il-performances tal-ogħla uffiċjali taċ-Ċivil?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-evalwazzjoni tal-“performance” ta’ uffiċjali għolja fis-Servizz Pubbliku li qegħdin fuq “performace agreement” issir skond lista ta’ kriterji li tinkludi kull inizjattiva li jieħu l-uffiċjal marbuta mal-prijoritajiet tal-Gvern.
L-isptar Mater Dei se jkun jagħmel parti mill-E-government architecture?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa ppjanat li kull entita pubblika tkun parti mhux biss mill-eGovernment architecture iżda wkoll tuza numru ta' servizzi ċentrali li ser jibdew jingħataw mill-MITTS. F'dan il-kuntest ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Lulju ta' l-2001 il-Gvern kien ha deċiżjoni f'dan is-sens li mistennija tiġi aggornata għaċ-ċirkostanzi u t-teknologiji prevalenti fil-ġimgħat li ġejjin.
Huwa minnu li l-E-services call centre sejjer jiġi farmed out lil-privat meta jkun opportun li jsir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija l-intenzjoni tal-Gvern li jinvolvi kemm jista jkun lis-settur privat fl-implimentazzjoni tal-pjan tiegħu fil-qasam ta' l-ICT fil-Gvern. Il-call centre fil-qafas ta' l-e-Government huwa proġett wieħed biss fejn il-Gvern qiegħed jippjana li juża din il-politika ta' outsourcing.
X'inhi r-relazzjoni bejn iċ-CIMU u l-e-Malta commision?
Response (GATT, AUSTIN)
Ic-CIMU hija responsabbli mill-istandards, policies u direttivi li jiġu mfassla għall-użu tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni fis-settur pubbliku waqt illi l-e-Malta Commission hija entita' mmirata biex tkattar l-għarfien tas-socjeta' u l-ekonomija ta' l-informazzjoni f'pajjiżna.
Sant'Antnin — Ħsara kawżata minn ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara l-ħsara li ġiet ikkawżata minn ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin, kif stqarr il-kunsill lokali taż-Żejtun fi stqarrija li ħareġ fl-20 ta' Ġunju, 2003? Min se jħallas sabiex tissewwa l-ħsara?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati konċernati mhumiex dawk ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin iżda l-impjegati tad-Dipartiment tad-Dranaġġ. Sant'Antnin jitmexxa minn kuntrattur privat.
L-imsemmija ħsara li saret ma hi ħsara xejn, u fil-fatt il-wiċċ tat-triq kellu bil-fors jinqala' biex titkompla t-tiswija fuq main ta' l-ilma li jipprovdi l-ġibjun tal-Ħabel l-Abjad bl-ilma għat-tisqija.
Il-ħsara fuq dan il-main saret minn kuntrattur li kien qiegħed jagħti t-tarmac f'isem il-Kunsill Lokali taż-Żejtun fi Triq id-Daħla ta' San Tumas.
Il-ħsara li saret kienet tikkonsisti f'tiċrita f'dan il-main (treated water) ta' l-ilma.
Għall-ewwel, kien maħsub li l-ħsara setgħet tiġi rranġata permezz ta' pipe repair clamp. Iżda peress li l-ħsara kienet viċin wisq ta' socket, din it-tiswija ma kienitx biżżejjed u għalhekk inħass il-bżonn li l-pajp jiġi rranġat b'mod permanenti billi tinqata' parti mill-pajp u tinbidel.
Sakemm sar ix-xogħol meħtieġ fil-workshop tat-Dipartiment tad-Dranaġġ biex jinqata' dan il-pajp u jinbidel, il-kuntrattur inkarigat mix-xogħlijiet f'din it-triq qabad u għatta din il-biċċa pajp u ta t-tarmac.
Fl-ebda ħin id-Dipartiment tad-Dranaġġ ma awtoriżża jew ta x'wieħed jifhem li x-xogħol tat-tiswija kien lest. Bħalma kien is-Sindku stess li nforma lid-Dipartiment bil-ħsara li kienet saret, dan seta' bl-istess mod jiċċekja jekk ix-xogħol kienx lest.
Skond il-permess li ġie maħruġ biex isiru x-xogħlijiet, ma jidhirx li ntalab permess biex jitbaxxa l-livell tat-triq. Id-Dipartiment tad-Dranaġġ osserva li ż-żona fejn saret il-ħsara, il-livell tat-triq tbaxxa bi kważi pied. B'konsegwenza ta' dan, issa dan il-main tal-ilma qiegħed biss ftit ċentimetri taħt il-livell tat-triq, b'riskju kbir li jerġa' jitkisser bit-toqol tal-vetturi li jgħaddu minn fuqu.
Naturalment il-ħsara jrid jagħmel tajjeb għaliha minn huwa responsabbli ta' dak li ġara, cioe min għamel il-ħsara iżda żgur mhux id-Dipartiment tad-Dranaġġ.