Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #750 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Intranet — Settur Pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk wasalx iż-żmien biex ikun hemm sistema ta' intranet għas-settur pubbliku kif għandhom diversi aġenziji u ditti kbar privati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa` hemm sistema ta’ “Intranet” tal-Gvern, imsejħa proprju “Intranet” għas-Servizz Pubbliku. Din ilha topera b’mod uffiċjali mit-3 ta’ April ta’ dis-sena, u hi aċċessibbli minn kull “computer” tal-Gvern imqabbad man-“network” tal-Gvern (il-“Malta Government Network” jew “MAGNET”), fl-indirizz http://intra.gov.mt. Mindu beda, dan is-servizz diġa` ġie aċċessat ’il fuq minn 19,000 darba. Permezz tiegħu jitqassmu mas-Servizz Pubbliku notizji, ċirkularijiet, rapporti, formoli, “software”, u diversi dokumenti u riżorsi oħra tal-Gvern. Fil-futur l-“Intranet” se tkompli tiġi żviluppata biex taqdi l-bżonnijiet speċifiċi ta’ gruppi partikolari ta’ uffiċjali. Qed issir ħidma wkoll biex permezz ta’ l-“Intranet” jinħoloq aċċess għat-tagħrif li ser jinżamm fil-“Corporate Data Repository” tal-Gvern.
Leg 10 PQ #751 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Karozzi tal-Ministeru — Fleet managment system

Question

Huwa minnu li saret proposta biex ikun hemm sistema elettronika dwar fleet managment system sabiex jiġu utilizzati aħjar il-karozzi tal-Ministeru? Kemm intefaq matul is-sena 2002 f'kiri, leasing u xiri ta' karozzi - separatament?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #760 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 457 u cioe' jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programmi ta' ħidma tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għas-sena 2002 u 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar il-ħidma tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għas-snin 2002 u 2003.

MOBC — Kontijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 453 u cioe' jgħid x'kien id-dħul u l-ħruġ u l-volum tax-xogħol tal-kumpanija MOBC fis-sena 2000, 2001 u 2002? Jista' il-Ministru jqiegħed kopja tal-kontijiet awditjati tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra għat-tliet snin imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi l-MOBC topera f'suq kummerċjali l-informazzjoni hi ta' natura kummerċjali.

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet qed twettaq il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid ukoll ix-xogħol u l-ħidma li qed iwettaq kif ġew mogħtija lilu? Kemm qed jitħallas ta' kull xogħol li qed iwettaq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn jirrigwarda 'l dan il-Ministeru, il-persuna ndikata kienet ikkommissjonata mit-Teatru Manoel biex iwettaq xogħol ta' restawr fit-teatru. Din il-kummissjoni ngħatat wara li ttieħdu pariri tekniċi u wara li membri tal-Bord spezzjonaw xogħol esegwit f'postijiet oħra. Il-kuntratt ingħata minn flus miġbura minn diversi entitajiet privati u għalhekk mhuwiex etiku li niżvela dettalji ta' natura kummerċjali.
Leg 10 PQ #818 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati Maltin — Applikanti - impjiegi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw biex jidħlu fil-Forzi Armati Maltin fis-sejħiet li saru f'dawn il-jiem? Min liema belt/raħal ġej kull applikant?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dan l-aħħar saru żewġ sejħiet għal ingaġġ fil-Forzi Armati. Ninsab infurmat li 455 applikaw biex iservu fil-Forza Regulari, fis-“C (Special Duties) Company” tal-Forzi Armati, skond is-sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 17421. Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-parti tal-mistoqsija tiegħu dwar bliet u rħula ta’ dawn l-applikanti lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni. Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li applikaw biex jidħlu fil-Forzi Armati bħala suldati apprentisti fis-sengħa jew bandisti skond is-sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern numru 17423 kienu 35. Bliet u rħula l-applikanti huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #819 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Applikazzjonijiet - Officer cadets

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw biex jidħlu bħala Officer Cadets fil-Forzi Armati li s-sejħa għal dan għalqet nhar is-Sibt li għadda? Kemm minnhom huma diġa` membri fil-Forzi Armati? Min liema belt/raħal huma dawk li applikaw minn barra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li n-numru ta’ applikanti kien wieħed u tletin (31). Peress li il-formoli ta’ l-applikazzjoni ġew milqugħa mid-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi t-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
Leg 10 PQ #820 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Testijiet tal-breathalyser

Question

B’riferenza għall-mistoqsija numru 473, jista' jgħid x'jiġri meta persuna tirrifjuta li tieħu t-test tal-breathalyser? Xi jfisser meta l-Ministru jgħid li t-test ma jkunx komplut? Xi tkun ir-raġuni? X'passi jittieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċedura segwita mill-Pulizija fit-testijiet tan-nifs hija dik stipulata fl-artikoli 15 tar-Regolament tat-Traffiku (Kap. 65). Persuna li tirrifjuta jew tonqos milli tagħti kampjun kif maħsub taħt dawn ir-regolamenti tkun ħatja ta` reat u għaldaqstant jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti kontra tagħha. Infurmat ukoll illi t-test ma jkunx komplut jekk dak il-kampjun ma jingħatax b`dak il-mod u f`dik il-kwantita` li tkun tista` tiġi analizzata kif imiss.
Leg 10 PQ #821 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Lulju 2002 sal-15 ta' Gunju 2003, kienx hemm xi impjegat/a tal-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin li nqabad b'xi droga jew li daħħal xi affarijiet li mhux suppost fil-Faċilita`? Jista' jgħid x'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Lulju 2002 sal-15 ta` Ġunju 2003 ma kien hemm l-ebda uffiċjal/uffiċjala tal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin li nqabad/inqabdet b`xi droga jew iddaħħal xi affarijiet li mhux suppost ġewwa l-Faċilita`.
Leg 10 PQ #822 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għall-isport — Attivitajiet sportivi

Question

B’referenza għall-mistoqsija numru 466 li saret lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, jista' l-Ministru jgħid min hu d-direttur li jirrappreżentah fuq il-Kunsill Malti għall-Isport? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'ħidma wettaq fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport u xi pjanijiet hemm sabiex l-isport u l-attivita` sportiva jsiru aktar popolari? Fl-aħħarnett jista' jgħid fil-qosor x'ġie organizzat fis-sena skolastika li għaddiet f'dan is-sens?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Air Malta — Chairman

Question

X'inhuma r-raġunijiet li għalihom is-Sur Louis Grech tneħħa minn chairman tal-Air Malta wara li wera tant ħila fit-tmexxija tal-kumpannija u b'suċċess rnexxiha biex tegħleb diffikultajiet kbar fi żmien iebes ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hija prerogattiva tal-Gvern li jaħtar membri fuq bordijiet ta' kumpaniji li fihom il-Gvern għandu sehem.

Enemalta — Mellieħa - Arbli tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-Enemalta se tieħu l-passi meħtieġa biex tneħħi l-arbli tad-dawl li hemm mad-dar f'kantuniera bejn Triq il-Kappillan Magri ma' Triq il-Vitorja l-Mellieħa għax huma faċli biex min irid jitla' magħhom għall fuq il-bejt tad-dar in kwistjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ix-xogħol biex jitneħħew l-arbli msemmija diġa' mibdi u għandhom jitneħħew immedjatament malli jitneħħew cables ta' entitajiet oħra . Talba lil dawn l-entitajiet diġa' saret.

MOBC — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jivverifika jekk iċ-chairman li għadu kemm spiċċa mill-MOBC u uffiċjal ewlieni tagħha humiex b'xi mod jew ieħor interessati u involuti personalment u kummerċjalment fil-privatizzazzjoni tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 846, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat mill-privatiżżazjoni.
Leg 10 PQ #872 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu tobba u professjonisti mpjegati miegħu d-dipartiment tas-saħħa tul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? F'liema gradi professjonali kienu u kemm kienet l-ispiża totali f'pagi u allowances għal dawn sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba li l-informazzjoni mitluba titlob ammont kbir ta' sigħat ta' xogħol minn numru ta' mpjegati tad-Diviżjoni, u dan iwassal għal nefqa żejda mill-fondi pubbliċi, l-Onor Interpellant huwa mitlub jindika l-utilita' tal-Mistoqsija.
Leg 10 PQ #873 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti mibgħuta għall-kura barra minn Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm pazjenti ntbagħtu għall-kura barra minn Malta taħt ir-reciprocal agreement bejn il-gvern Malti u dak Ingliż f'dawn l-aħħar sitt snin, sena b'sena? X'kien it-tip ta' mard u operazzjonijiet li kienu jeħtieġu kura barra minn Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #874 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet tal-gvern — Operazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta' operazzjonijiet li saru fl-isptarijiet tal-gvern f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

UE — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 58, jista' il-Ministru jinfurmani x'inhuma l-persentaġġi u jew il-valur tad-dazju u t-tariffi attwali fl-UE?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinbidel ta’ spiss. Din tista’ tinstab fuq il-website - http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/dds/cgi-bin/tarchap?Lang=EN

Biċċerija tal-Gvern — Qatla - demm

Question

Fid-dawl ta' l-investiment modern li sar fil-biċċerija tal-Gvern, jista' il-Ministru jinfurmani għaliex id-demm tal-qatla tal-bhejjem għadu jmur fid-drenaġġ? Għaliex is-sitwazzjoni tħalliet hekk? Xi pjanijiet tħejjew sabiex jiġi rimedjat dan il-bżonn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-moderniżżazzjoni tal-biccerija qed issir f’fażijiet. Diġa ttieħdet azzjoni biex id-demm jinġabar f’silos ta’ l-istainless steel biex ‘l quddiem dan id-demm jitqiegħed fl-incineratur li sejjer jinbena fil-biccerija stess. Sabiex jinbena l-impjant fil-biccerija hemm għad-dispożizzjoni tal-Gvern Malti Lm1.8 miljun u dan permezz tal-Protokoll iffirmat mal-Gvern Taljan.

Imġarr — Applikazzjoni għal 3 face flok single face

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex it-talba ta' l-20 bidwi fl-inħawi ta' l-Iskorvit limiti ta' l-Imġarr, sabiex id-dawl ikun estiż għal 3 face minflok single face kif jinsab illum tħalliet abbandunata? Billi l-bżonn ta' din l-estenzjoni tad-dawl saret waħda urġenti, jista' il-Ministru jara li x-xogħlijiet isiru bla aktar telf ta' żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

It-talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant saret minn sebgħa persuni u mhux minn għoxrin. Il- Korporazzjoni bagħtet l-istimi lill-applikanti iżda ebda wieħed minnhom m'għamel id-depożitu rikjest.

Rabat — Applikazzjoni sabiex isir lift

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'ġara mit-talba urġenti sabiex isir il-lift fi BLK A Flat 15 Għajn Qajjed HSE fir-Rabat? (Ref: ta' l-applikazzjoni HAV 21/02)? Billi s-sitwazzjoni hija waħda urġenti jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tiġi approvata sabiex ma jkunx tard wisq għall-bżonn li teħtieġ din l-anzjana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minhabba li m’hemmx spazju bi¿¿ejjed, mhux possibbli li jigi nstallat lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant. L-inkwilini gew infurmati b’dan kif ukoll li jistghu japplikaw ghal installar ta’ stairlift taht Skema 7 ta’ l-Awtorita’ tad-Djar.