Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar San Luqa — Ċentru tad-Detox

Question

Jista' l-Vici Prim Ministru jgħid din is-sena s'issa x'kien in-numru ta' persuni li talbu li jingħataw għajnuna miċ-Ċentru Detox fl-Isptar San Luqa? Kemm kienu rġiel u nisa? Kemm kienu li talbu għajnuna għall-ewwel darba? Minn dawn ta’ l-aħħar kemm kienu taħt il-21 sena? Kemm minnhom kienu barranin? Ta' liema nazzjonalita`?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu bejn Jannar u Mejju 2003, in-numru ta’ persuni li talbu l-ghajnuna tac-Centru tad-Detox minhabba abbu¿ ta’ droga kien ta’ 806. Minn dawn, 107 kienu nisa u 699 kienu rgiel. In-numru ta’ dawk li talbu l-ghajnuna ghall-ewwel darba kien jammonta ghal 45 li minnhom, 11 kienu taht il- 21 sena u persuna minnhom kienet barranija ta’ nazzjonalita’ ingli¿a.

Turisti — Għajnuna - Abbuż tad-droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fix-xhur tas-sajf minħabba l-influss akbar ta' turisti jiżdiedx in-numru ta' barranin li jitolbu għajnuna minħabba abbuż mid-droga? Qabel ma jingħataw medikazzjoni jsirilhom xi test mediku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minhabba l-ammont kbir ta’ turisti li j¿uru pajji¿na fis-sajf, in-numru ta’ barranin li jitolbu ghajnuna minhabba abbu¿ mid-droga ji¿died xi ftit. Il-procedura hija li dawk il-barranin biss li jkollhom preskrizzjoni mit-tabib personali tal-pajji¿ taghhom jinghataw l-ghajnuna. F’ka¿i ta’ persuni ta’ nazzjonalita’ Ingli¿a, minhabba l-ftehim bilaterali li je¿isti bejn i¿-¿ewg pajji¿i, il-proceduri applikabbli ghal cittadini Maltin, japplikaw ukoll ghal cittadini Maltin, japplikaw ukoll ghall-Ingli¿i.
Leg 10 PQ #837 Sitting 20 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Issp Strategic plan — Information technology

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu huwiex qed jaħdem fuq ISSP strategic plan għall-information technology għas-snin li ġejjin? Fiex wasal dan? Ġie approvat? Meta mistenni li jibda jiġi attwat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li diġa` tlesta l-ewwel abbozz ta’ Pjan Strateġiku għas-Sistemi ta’ l-Informatika għas-Servizz Pubbliku (“Information Systems Strategic Plan for the Public Service) għas-snin 2003 sa 2005. In vista tat-tibdil fil-qasam ta’ l-informatika li ġabet magħha l-Leġislatura l-ġdida, dan il-Pjan għadu ma tressaqx għall-approvazzjoni tal-Kabinett. Madanakollu, peress li l-Pjan jipprovdi għal kontinwita` mal-Pjan ta’ qabel, ix-xogħol għadu għaddej fuq inizzjattivi li diġa` nbdew, bħal “e-Government”.

Sistemi finanzjarji — Implikazzjonijiet ta' IT

Question

Il-gvern qed jaħdem fuq l-implikazzjonijiet ta' IT għas-sistemi finanzjarji tal-gvern li bidla għall-munita euro tista' ġġib magħha?

Response (DALLI, JOHN)

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet preliminari bejn il-Gvern u l-aġent tiegħu ta' l-Informatika sabiex isir studju komprensiv dwar is-suġġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #841 Sitting 20 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin

Question

Hemm xi tibdiliet ikkontemplati fil-livell tal-ambaxxaturi Maltin residenti barra l-pajjiż? Jekk iva, min huma dawn u x'inhuma l-postings involuti?

Response (BORG, JOE)

Il-perjodu li matulu Ambaxxatur Malti jintbagħat iservi f'Missjoni barra minn Malta, f'ċirkostanzi normali, itul bejn wieħed u ieħor tliet snin. Qabel dan il-perjodu jagħlaq, il-Ministeru jiddeċiedi jekk huwiex konsiljabbli li tingħata estensjoni, jew li l-posting jiġi terminat u l-individwu jirritorna Malta, jew li l-Ambaxxatur konċernat jintbagħat fuq posting ġdid ġo pajjiż differenti. Dan l-eżerċizzju imbagħad jiġi konfermat permezz tal-ħruġ ta' Posting Order li telenka id-deċiżżjonijiet li jittieħdu fir-rigward ta' kull uffiċċjal li qed iservi barra minn Malta, sew dawk fuq livell ta' Ambaxxaturi u oħrajn. Bħalissa, il-Ministeru tiegħi qed iħejji għall-ħruġ ta' Posting Order bħal din. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun jixtieq kopja ta' din il-Posting Order jien inkun dispost ngħaddihielu malli toħroġ.
Leg 10 PQ #847 Sitting 20 2003-07-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Liġi dwar l-ilsien Malti

Question

Meta hemm il-ħsieb li titressaq fil-Parlament il-liġi dwar l-ilsien Malti? F'liema stadju waslet it-tħejjija ta' l-abbozz ta' din il-liġi?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-liġi imsemmija ser tiġi pubblikata biex tkun tista tiġi diskussa fil-Parlament wara s-sajf ta' din is-sena.

Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku — Pensjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fadal żmien biex jitwettaq għal kollox il-ftehim milħuq mal-unions f'Awwissu 2000 dwar id-dritt tal-pensjoni ta' dawk il-ħaddiema li taw is-servizz tagħhom f'entitajiet pubbliċi (bħall-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku) u li qabel kienu mas-servizz pubbliku? Meta se jitħallsu d-differenza fil-pensjoni dovuta lilhom?

Response (DALLI, JOHN)

Wara l-ftehim milħuq mal-Unions f'Awissu 2000, kella tiġi emendata l-Ordinanza tal-Pensjonijiet sabiex il-ftehim jingħata bażi legali. Dawn l-emendi saru permezz tal-Att XV ta' Lulju 2002. Immedjatament wara, beda ix-xoghol biex tinġabar l-informazzjoni kollha dwar dawk l-uffiċċjali pubbliċi li setgħu kienu eliġibli għal titjib fil-pensjoni bis-saħħa tal-emendi mgħoddija. Tnieda wkoll proċess biex tiġi komputata, u tinġabar il-kontribuzzjoni dovuta skond il-liġi mill-entitajiet pubbliċi konċernati fir-rigward tal-pensjoni mgħotija lil dawk il-ħaddiema li rtiraw bil-pensjoni wara li kienu taw servizz lill-entita'. Dawn iż-żewġ proċessi huma kumplessi ħafna, anki minħabba il-fatt li f'xi każi imorru lura saħansitra sal-1977. Madankollu f'ħafna każi issa huma f'fażi avvanzata u hemm każijiet fejn il-kontribuzzjoni nġabret u l-pensjoni tal-ħaddiema li rtiraw ġiet aġġornata. Fir-rigward tal-ħaddiema li rtiraw mill-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku, mistennija ssir it-talba lill-Awtorita' għal-ħlas tal-kontribuzzjoni fi żmien qasir. Hekk kif titħallas il-kontribuzzjoni, tittieħed azzjoni minnufih biex tiġi aġġornata il-pensjoni tal-ħaddiema li rtiraw matul is-snin.
Leg 10 PQ #858 Sitting 20 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hardware/software applications — Impact analysis/assessment

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx impact analysis/assessment dwar l-impatt fuq hardware u software applications użati mill-gvern għal meta ssir il-bidla għal sistema XP compliant?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kemm il-Ministeru responsabbli għall-politika tal-“e-Government” kif ukoll iċ-CIMU fil-Ministeru tiegħi, għamlu studju ta’ livell għoli tal-“cost benefit” li bidla għall-“XP” jista’ jrendi lill-Gvern. Issa li l-proċess tal-bidla beda, iċ-CIMU ngaġġat il-MITTS Ltd biex timplementa dan il-proċess f’isimha. Hu ppjanat li l-provi kemm fuq “hardware” u applikazzjonjiet isir b’mod strutturat waqt il-proċess tal-bidla.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Knisja - Twessigħ ta' bankina

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk intalbux il-permessi rilevanti biex il-kunsill lokali jwessa' il-bankina fi Triq il-Knisja f'San Pawl il-Baħar biex jiġi akkomodat stabbiliment ta' l-ikel li qed ikollu b'impatt ħażin fuq ir-residenti u l-ġirien?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 405.
Leg 10 PQ #337 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karozzi ġodda — Uffiċju tal-Prim Ministru

Question

Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Uffiċju tal-Prim Ministru u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru ta' l-Uffiċju tal-Prim Ministru? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt l-uffiċju tal-Prim Ministru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Karozzi mixtrija/mikrija — Minsteru tas-Servizzi Ekonomiċi

Question

Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum ma' nxtraw ebda karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici. Ngħarrfu wkoll li t-total ta’ karozzi mikrija jew fil-proċess li jinkrew huwa ta' erbgħa (4), filwaqt li n-numru totali ta' karozzi mixtrija huwa ta' mija u tmienja (108) u ta’ dawk mikrija huwa ta' wieħed u sittin (61).
Leg 10 PQ #339 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Karozzi mixtrija/mikrija — Ministeru tat-Turiżmu

Question

Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru tat-Turiżmu u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tat-Turiżmu? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru tat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Ministeru, d-Dipartiment tat-Turiżmu u l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu mit-12 ta' April ta' din is-sena sa llum xtraw jew krew karozzi kif ġej: Ministeru għat-Turiżmu Inkrew 8 Inxtraw / Dipartiment tat-Turiżmu/l-Istitut għal Istudji Turistiċi Inkrew 1 (ITS - Karozza nkriet għal 5 t'ijiem għall-eżamijiet t'Għawdex) Inxtraw / Awtorita' Maltija għat-Turiżmu Inkrew / Inxtraw / Fil-fatt it-total ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dekasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Turiżmu hu kif ġej: Ministeru għat-Turiżmu Mikrija 8 Mixtrija 4 Dipartiment tat-Turiżmu /l-Istitut għal Istudji Turistiċi Mikrija 6 Mixtrija 3 Awtorita' Maltija għat-Turiżmu Mikrija 17 Mixtrija Xejn

Karozzi mixtrija/mikrija — Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Question

Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?

Response (BORG, JOE)

Mit-12 t'April 2003 inxtrat karozza waħda biss għall-użu tad-Direttur tar-Relazzjonijiet Bilaterali. Dan skond il-kundizzjonijiet tal-Performance Agreement tiegħu. In-numru totali ta' karozzi mixtrija li l-Ministeru tçgħi għandu huwa ta' 58, li jinkludu l-karozzi uffiċjali fl-Ambaxxati ta' Malta barra minn Malta. Inoltre il-Ministeru għandu 3 karozzi mikrija li kçnu diġa mikrija qabel it-12 t'April 2003.
Leg 10 PQ #341 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Karozzi mixtrija/mikrija — Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Question

Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #342 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Karozzi mixtrija/mikrija — Ministeru tas-Saħħa

Question

Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru tas-Saħħa u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tas-Saħħa? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mit-12 ta' Ġunju 2003 sa l-1 ta' Lulju 2003: Inxtraw Inkrew SLH 2 2 FMS 0 0 MRU 0 6 Dwar l-aħħar parti tal-mistoqija nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika l-perjodu.

Għawdex — Ħaddiema

Question

Fil-gżira ta' Għawdex, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa jaħdmu ġewwa Għawdex: a) mal-gvern; b) ma' intrapriżi pubbliċi; c) fil-biedja; d) fis-sajd; e) fil-fabbriki; f) fil-qasam turistiku; g) fil-qasam tal-ħwienet; h) jaħdmu għal rashom? Jista' il-Ministru jagħti l-istess figura għas-snin 2000 u 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

E-Europe 2005 action plan

Question

Min se jkun responsabbli biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-E-Europe 2005 action plan - il-Ministeru tiegħek jew il-Ministeri kkonċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-implimentazzjoni tal-e-Europe 2005 action plan hija kkordinata mill-Ministeru tiegħi. Madanakollu minħabba li l-pjan ikopri diversi oqsma tal-Gvern, is-soċjeta' u l-ekonomija, l-attwazzjoni tad-diversi inizjattivi hija r-responsabbilta' ta' dak il-Ministeru jew l-entita' responsabbli minnha (eż: Ministeru ta' l-Edukazzjoni viz.l-ICT fl-iskejjel).
Leg 10 PQ #747 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IT Budget

Question

Huwa minnu li l-Gvern qed jikkunsidra li parti mill-overall IT Budget għandu jiġi ringfenced għall miżuri ta' information security?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tweġiba hi fin-negattiv.
Leg 10 PQ #748 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CIMU — Information security programme

Question

Minħabba l-importanza dejjem tikber tas-Sigurta' fil-qasam tal-informatika x'passi konkreti qed jieħu l-Gvern permexx taċ-CIMU biex jiżgura li jkollu information security programme ta' l-għola livell? Dan kif sejjer jiġi cascaded Ministeri kkonċernati direttament jew permezz tal-Ministru responsabbli mit-Tekonloġija ta' l-informatika?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ċ-CIMU ikkommissjona Pjan Strateġiku ta’ tliet snin għas-Sigurta` ta’ l-Informazzjoni li ġie finalizzat aktar kmieni s-sena l-oħra. Ir-rakkommandazzjonijiet ewlenin tal-Pjan Strateġiku huma li l-Gvern jaddotta: · “ISO 17799: Code of Practice for Information Security Management” · “BS 7799 Part 2: Specification for Information Security Management” · “COBIT Framework: Control Objectives for Information and related Technologies” Waħda mill-ewwel miżuri li ttieħdu kienet it-twaqqif ta’ “ICT Security Team” bl-għan li: · jipparteċipa w jfassal strateġija għas-sigurta` fis-Servizz Pubbliku · immexxi l-implementazzjoni ta’ l-istrateġija · jirrivedi d-direttivi tas-sigurta` għat-teknoloġija ta’ l-Informatika w kommunikazzjoni qabel jiġu ppreżentati l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-approvazzjoni · joħroġ pubblikazzjonijiet fuq “best practice, policies” u “standards” għas-Servizz Pubbliku · jattwa “management reviews” u “audits” fuq l-istruttura tas-sigurta` fi ħdan is-Servizz Pubbliku. Il-pjan jikkontempla implementazzjoni maqsuma w mifruxa bl-introduzzjoni ta’ direttivi fl-għaxar taqsimiet ipproponuti fl-“ISO 17799” b’dan il-mod: · “Information Security Policy & Minimum Information Security Directive” · “Information Security Organisation & Information Security Organisation Directive” · “Information Compliance Policy & Information Compliance Directive” · “Physical & Environment Security Policy” · “Access Control Policy” · “Personnel Security Policy” · “Asset Classification & Control Policy” · “Communications & Operations Management Policy” · “System Development & Maintenance Policy” · “Business Continuity Management Policy” Responsabilitajiet ġew stabbiliti taħt il-forma ta’ direttivi sabiex jiġi assigurat li l-implementazzjoni tas-Sigurta` tal-Informazzjoni ma titħallix mal-ġenb. Ftit minn dawn ir-responsabilitajiet jinkludu: · Is-Segretarju Permanenti huwa responsabbli għall-affarijiet ta’ sigurta` fi ħdan il-Ministeru u jrid iwaqqaf u jmexxi l-“Ministry Information Security Forum” għal Ministeru tiegħu. · Il-Kapijiet tad-Dipartimenti huma responsabbli għall-affarijiet ta’ sigurta` fi ħdan id-dipartiment. · L-“Information Management Officers” fi ħdan kull Ministeru ġew mogħtija r-responsabilta` ta’ “Information Security Office” għal Ministeru. L-“Information Security Policies” u “Standards” qegħdin jiġu ppubblikati fuq il-“web-site” taċ-CIMU www.cimu.gov.mt. Nixtieq nirreferi l-Onorevoli Interpellant ukoll għat-tweġibiet li tajt għad-domandi parlamentari 727 u 747.
Leg 10 PQ #749 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IT Audit Function

Question

Illum min huwa responsabbli għall-IT Audit Function?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-qafas ta’ “governance” għall-informatika fis-Servizz Pubbliku llum huwa fuq bażi ta’ deċentralizzazzjoni kkontrollata. Fiċ-ċentru, iċ-CIMU huwa responsabbli biex jipproponi l-politika ta’ l-informatika li s-Servizz Pubbliku għandu jaddotta. Iċ-CIMU fi ħdanu għandu funzjoni biex tagħmel f’mod perjodiku verifika ta’ konformità biex tara li l-politika adottata qegħda tiġi applikata. F’numru ta’ oqsma, iċ-CIMU tikkuntrattja l-MITTS Ltd bħala l-aġent tekniku tagħha biex jagħmel verifika f’isimha. Fil-biċċa l-kbira tal-ministeri llum hemm “Information Management Officer” li jirrapporta li s-Segretarju Permanenti u li hu responsabbli għall-informatika fi ħdan dak il-ministeru. Parti mir-rwol tal-“Information Management Officer” huwa li jara li l-politika ċentrali kif ukoll ministerjali ta’ l-informatika qegħda tiġi applikata mill-uffiċjali f’dak il-ministeru. Fl-aħħar nett, il-politika taċ-CIMU tpoġġi l-accountabilita biex il-qafas ta’ l-informatika għas-Servizz Pubbliku jiġi applikat mill-Kap tad-Dipartiment.