Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gudja — Tax-Xlejli - bini ta' ġibjun

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-ħlas/spejjeż li j ridu jsiru biex jinbena ġibjun fl-inħawi tax-Xlejli, fil-Gudja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bini tal-ġibjun fl-area tax-Xlejli għandu jsir mill-Kunsill Lokali tal-Gudja.

Żejtun — Triq Xorb l-Għaġin - arbli

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 491 u cioe' possibbli l-korporazzjoni Enemalta tispjega għalfejn fi Triq Xorb l-Għaġin, fiż-Żejtun/M'Scala ilhom snin twal li twaħħlu arbli ġodda biex jinbidlu dawk imsadda u l-wires baqgħu qatt ma ġew trasferiti għal fuq l-arbli l-ġodda bil-konsegwenza li llum jeżisti periklu minħabba l-istat ta' l-arbli l-qodma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Qali crafts centre — Dawl ma' l-arbli

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 489 u cioe' possibbli l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex tgħaddi d-dawl fil-crafts centre f'Ta' Qali billi twaħħlu l-arbli xhur ilu u d-dawl ma tkompliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Qali crafts centre

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 488 li kienet ġiet indirizzata lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' jekk jogħġbok tgħid jekk il-proġett imħabbar biex jiġi żviluppat il-crafts centre f'Ta' Qali għadux se jsir? Fiex waslu t-taħdidiet li kienu għaddejjin mas-sidien?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Proġett tal-Bini tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali huwa proġett li qed jingħata prijorita’ fil-ħidma ta’ dan il-Gvern. Fil-preżent għadu għaddej il-proċess tal-MEPA kif ukoll nhar it-Tlieta 8 ta’ Lulju fl-4.00p.m. is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo għandu laqgħa pubblika mas-sidien kollha li huma nvoluti f’dan il-proġett.
Leg 10 PQ #1014 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum — Studenti - Eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jagħtina dettalji ta' kemm studenti għaddew din is-sena għall-Junior Lyceum mid-diversi skejjel ta' Għawdex u b'liema marki għaddew?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #1015 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Wied ta' Żejta — Miżbla - Rabat Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħidilna hemmx il-ħsieb li tingħata facelift tajjeb it-triq tal-Wied ta' Żejta fejn tinsab il-miżbla tar-Rabat t'Għawdex? Tista' il-Ministru tieħu passi biex titranġa anki t-triq li twassal għall-miżbla fil-parti tagħha tan-naħa magħrufa bħala s-sellum tax-Xagħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

.Jiena nfrumata li l-manutenzjoni tat-triq tal-Wied ta’ Żejta hija responsabilta tal-Kunsill Lokali tal-Victoria. Għaldaqstant nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċerna dwar l­ewwel parti tal­Mistoqsija. Dwar it-tieni parti, jekk l-Onorevoli Nterpellant qiegħed jirreferi għall­bini ta’ “retaining wall” fit-tarf tat-triq tal-Wied ta’ Żejta, jiena nfurmata li dan ix-xogħol qed isir u mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 10 PQ #1020 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq iż-Żewwiqa Qala — Tindif ta' triq

Question

Tista' il-Ministru tara li titnaddaf Triq iż-Żewwieqa Qala minn fejn il-Belvedere għal fejn il-Country Club li hija mimlija skart, żibel u ħaxix ħażin, aktar u aktar meta din it-triq hija frekwentata minn numru kbir ta' turisti kuljum li jinġabru hemm jaraw il-panorama?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena tajt struzzjonijiet li Triq iż-Żewwieqa Qala titnaddaf aktar regolarment.

Triq id-Daħla — San Tumas - Xogħol ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għax-xogħol ta' drenaġġ li kellu jsir fi Triq id-Daħla ta' San Tumas? Jista' l-Ministru jaghti spjega għaliex xoghol konness mad-drenaġġ li kien sar qabel ingħata t-tarmac reġa’ nqala’ proprju wara li sar it-tarmac bil-konsegwenza li saret hsara fuq wiċċ it-triq? Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-inkjesta kif mitluba mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun fl-istqarrija li qed tintbagħat separatament ma’ din il-mistoqsija ? Jekk saret jista' jgħid jekk hux se jittieħdu passi fuq min huwa responsabbli? Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tad-drenaġġ huwiex se jirrimedja l-ħsara li saret fuq it-tarmac ta' Triq San Tumas ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija parlamentari Nru. 790.

Ħal Balzan — Triq il-Ferrovija l-Qadima - inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb l-aħħar parti ta' mistoqsija parlamentari 769 li l-ewwel parti tagħha ġiet imwieġba mill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern u t-tieni parti ta' din il-mistoqsija ġiet riferuta lilek u cioe' taqbel li għandha tinsab soluzzjoni mmedjata sabiex jiġu evitati dawn l-inċidenti tat-traffiku fi Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma' Vjal il-Bon Pastur, f'Ħal Balzan ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku għamel spezzjoni fuq il-post fejn irriżulta li fi Vjal il-Bon Pastur, fiż-żewġt kantunieri ma' Triq il-Ferrovija -Qadima, hemm road markings u tabelli ta' Stop kif ukoll hemm road humps. Ġie nnutat ukoll li f'waħda mill-kantunieri kien hemm karozza pparkjata li kienet qed itellef il-viżibilita tat-triq. Għalhekk, id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku tirrikomanda li jkun hemm aktar enforcement fuq il-parking f'din l-akwata.
Leg 10 PQ #1041 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħal Balzan — Triq il-Kbira - xogħol mill-kunsill lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qiegħed isir mill-kunsill lokali ta' Ħal Balzan fi Triq il-Kbira? Għaliex ix-xogħol ilu sejjer mat-tmien xhur? Għaliex il-bankini twessgħu daqshekk biex issa jekk jinqala' xi inċident it-triq trid tingħalaq għal kollox?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat.
Leg 10 PQ #1042 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħal Balzan — Triq il-Kbira - Xogħol mill-kunsill lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi mqabbda mill-kunsill ta' Ħal Balzan li qed jagħmlu x-xogħlijiet fi Triq il-Kbira? Kemm ġie jiswa kull kuntratt?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat.

Kottonera — Xogħol ta' tisbiħ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33, jista' il-Ministru jgħid li la x-xogħol mill-private public partnership fl-inħawi tal-Kottonera diġa' beda u ilu għaddej għal dawn l-aħħar ġimgħat, kif qal hu stess, jista' jgħid fejn u x'inhu x-xogħol li hu għaddej u se jsir fit-tliet xhur li ġejjin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħol li sar s’issa fl-inħawi tal-Kottonera jinkludi l-manutenzjoni u l-qtugħ tas-siġar fit-toroq u ż-żoni kollha principali kif ukoll tisbiħ taż-żona madwar Bieb is-Sultan. Dan ix-xogħol ser ikompli mhux biss matul it-tlett xhur li ġejjin iżda tul is-sena kolla. Barra minn dan il-Private Public Partnership qed jagħmel xogħol għall-Kunsill tal-Birgu kif ukoll qed isiru diskussjonijiet mal-Kunsill ta’ Bormla.
Leg 10 PQ #1059 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Kunsilli lokali — Żbilanċ finanzjarju

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 687 u 857 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm huma u liema huma l-kunsilli li jinsabu fi żbilanċ finanzjarju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.

Raħal Ġdid — Provvista baxxa ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 798 u cioe' jista' jintervjeni fil-każ ta' żewġ familji li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problemi ta' dawl baxx tant li mhux l-ewwel darba li spiċċaw bla dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-problema ta' dawl baxx li saret referenza għaliha qiegħdha tiġi nvestigata biex isir ix-xogħol meħtieġ flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Leg 10 PQ #1061 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet/polikliniċi — Servizz ta' emerġenza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 865 u cioe' jista' il-Ministru jgħid liema huma l-isptarijiet u kliniċi f'Malta u f'Għawdex li għandhom permess biex jagħtu servizz ta' emerġenza jew ta' dianjosija bħal x-ray, laboratorji, operazzjonijiet, eċċ.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li diġa tajt fis-seduta numru 21.
Leg 10 PQ #1062 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Qwiebel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentaru numru 870 u cioe' jgħid x'kien in-numru ta' qwiebel impjegati mad-dipartiment ta' l-obstetrics and synaecology fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? X'kien il-budget totali ta' dan id-dipartiment kull sena tul l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Sena Numru ta' Qwiebel Pagi LM 1993 8 13,835.96 1994 51 174,487.81 1995 60 261,336.51 1996 78 370,031.64 1997 76 425,072.96 1998 89 478,941.05 1999 94 511,535.11 2000 114 601,586.27 2001 104 720,556.91 2002 109 726,752.20
Leg 10 PQ #1063 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nurmu 871 u cioe' jgħid x'kien in-numru ta' tobba impjegati fid-dipartiment ta' l-obstetrics and gynaecology tul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u x'kienu l-gradi professjonali ta' dawn it-tobba sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u r-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1075 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qorti - Clerical staff - court messengers

Question

Peress li fil-Qorti ta' Għawdex qed jinħass il-bżonn ta' iktar clerical staff kif ukoll ta' court messengers, tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li dan in-nuqqas jiġi rimedjat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #1076 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Korsa ta' Xħajma — Ħaddiema tal-Gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema tal-Gvern jaħdmu fil-korsa ta' Xħajma u fiex jikkonsistu l-mansjonijiet tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil­Korsa ta' Xħajma hemm 'roster' ta' tlett (3) ħaddiema li jaħgmlu 'watching duties' u hemm żewġ (2) ħaddiema oħra li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni. Matul ix­xhur tax­xitwa ħaddiema tat­Taqsima Indafa tal­Bajjiet jagħmlu xogħol ta' tiswija u manutenzjoni.
Leg 10 PQ #1077 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Skejjel Primarji

Question

Jista’ il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 34 u cioe' jgħid x’sar sabiex jitjieb il-livell edukattiv ta’ tfal li jattendu skejjel primarji governattivi fil-Kottonera f'dawn l-aħħar erbgħa snin? Jista’ il-Ministru jgħid jekk iqisx li hu aċċettabbli li jkollna ammonti ta’ tfal fil-year 6 li ma jaqbżux il-marka ta’ 15 minn 100? X’se jagħmel sabiex dan l-ammont ta’ tfal jonqos?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawn l-aħħar erba' snin fl-iskejjel primarji ta' Bormla, l-Isla, Birgu u l-Kalkara kompla jingħata appoġġ kurrikulari b'diversi modi: l-uffiċal edukattiv inkarigat minn dawn l-inħawi żar l-iskejjel diversi drabi biex jgħin f'dak li jkun hemm bżonn fil-qasam edukattiv. Barra dan, il-programmin tal-Litteriżmu mħallsa mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u mmexxija mill-ko-ordinatur Dr Charles Mifsud, kompla fuq dak li jissejjaħ il-'Communication English Project' fejn l-għalliema mħarrġa apposta jagħtu regolarment, u fuq il-post, pariri u taħriġ dwar dan il-proġett, intiż biex itejjeb il-kommunikattiva fl-ilsien Ingliż. Direttament min-naħa tad-Dipartiment, tkompla wkoll is-sapport li jagħtu regolarment l-għalliema kumplementari u f'dawn l-iskejjel hemm tnejn 'full-time' f'Bormla, waħda 'full-time' u oħra 'shared' fl-Isla, waħda 'shared' il-Birgu u oħra 'shared' il-Kalkara. Għajnuna oħra fil-qasam tal-litteriżmu tiġi min-naħa ta' l-SpLD (Specific Learning Difficulties Unit) fejn ittrattaw diversi każi riferuti lit-taqsima biex dawn it-tfal jingħataw, fejn hemm bżonn, għajnuna kemm matul it-tagħlim, kif ukoll waqt l-eżamijiet. Fis-sena skolastika 2001-2002, il-Communicative English Project tħaddem fl-iskejjel primarji fir-reġjun tal-Kottonera: Bormla, il-Birgu u l-Isla u jimmira li jintroduċi (s'isa b'suċċess) prattiċi fil-kommunikattiva fit-tagħlim ta' l-Ingliż. Dan il-programm, li jadotta sistema multimedjali, qed ikun evalwat fuq bażi dejjiema. S'issa ħadu sehem f'dan il-proġett aktar minn 700 student. Xi xogħol li ħareġ minn dan i-proġett kien esebit barra minn Malta f'wirjiet tal-programm Comenius. Matul din is-sena biss (minn Ottubru 2002 sa Mejju 2003), l-uffiċal edukattiv inkarigat minn dawn l-iskejjel, żar dawn l-iskejjel 21 darba, imqassmin hekk: Il-Birgu 7 darbiet Bormal erba' darbiet L-Isla tliet darbiet Il-Kalkara seba' darbiet. Waqt dawn iż-żjarat ingħata appoġġ kontinwu lill-kapijiet u lill-għalliema, ittieħdet nota tal-kwalita' tax-xogħol li kien qed isir fil-klassijiet u xi drabi ngħatawlhom kotba speċifiċi bħala għajnuna lit-tfal fil-ħiliet tal-litteriżmu. Is-Servizz kumplementari qiegħed jingħata permezz ta' erba' għalliema imqassmin hekk: Bormal 2 full-time, dawn din is-sena qed jgħinu b'attenzjoni speċifika lil madwar 40 student imqassmin minn Year 1 sa Year 6 L-Isla 1 full-time, 1 shared, dawn għandhom madwar 40 oħra Il-Birgu waħda shared, din l-għalliema qed tgħin lil madwar 15-il student Il-Kalkara waħda shared, hawn, hemm ukoll madwar 15-il student. Xi wħud mit-tfal li qed jingħataw dan is-sapport jinbidlu minn żmien għal żmien skond il-ħtieġa. Għaldaqstant l-għadd ta' tfal jingħata xi forma ta' sapport kumplementari huwa akbar. Dan ix-xogħol kollu u bħalu mferrex ma' Malta u Għawdex huwa kkordinat mill-Uffiċjal Edukattiv. Il-Unit tad-Dyslexia u tliet għalliema oħra assessja tfal riferuti lill-Unit. Wara li dawn ġew assessjati u l-bżonnijet edukattivi magħrufa, dawn it-tfal ingħataw għajnuna mhux biss fl-iskola stess imma anki bi programmi apposta fiċ-Ċentru ta' l-iSpLD ġewwa l-Furjana. Ħafna drabi l-istess ġenituri jissieħbu fuq il-post biex jingħataw taħriġ ta' kif jgħinu huma stess lil uliedhom. Fis-sena 2001/2002 mill-Kottonera kienu assessjati 15-il student u fis-sena ta' wara 9 studenti oħra. Dawn l-istudenti, flimkien ma' oħrajn tas-snin ta' qabel, jibqgħu jingħataw għajnuna sa kemm ikun meħtieġ, kemm fit-tagħlim u kemm fl-eżamijiet. Ħidma oħra kurrikulari saret ukoll mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi fejn ġenituri f'Bormla ġew imħarrġa fil-metodu ta' Family Literacy. Fl-Isla twaqqaf u qed jitmexxa Ċentru Ħilti, sa minn Ottubru 2002. Proġett ieħor se jibda f'Ottubru li ġej fil-Birgu. L-FES tat ukoll Training lill-għalliema. Flimkien mal-Kunsill lokali, il-Kunsill Skolastiku u għaqdiet fl-Isla, l-FES qed taħdem fuq żvilupp ta' Literacy Community Project għas-sajf.