Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — Benefiċċju tal-mard

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta d-DSS se joħroġ l-għajnuna tal-mard dovuta lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament u dan għax-xhur ta' Ġunju 2002 sa Frar 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-ufficcju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali li jkopri l-lokalita’ taghha.
Leg 10 PQ #957 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Santa Venera — Triq Fleur-de-Lys - rampa

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir rampa fil-bankina fi Triq Fleur-de-Lys sabiex jagħmlu użu minnha persuni li jkunu qed jaqsmu minn fuq iż-zebra crossing ta' ħdejn ir-Roxy?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Fleur-de-Lys hija triq arterja u għalhekk taqa` fil-kompetenza tal-Gvern Ċentrali. Għalhekk nitlob lill-Onor. Membru biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Industrija tal-kostuzzjoni — Skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy rigward skart konsistenti f'terrapien ta' l-industrija tal-kostruzzjoni? Fejn qed jintrema' dan l-iskart illum? Min huma s-soċjetajiet privati li huma nvoluti f'dan il-proċess? Xi ħlasijiet isiru sabiex isir dan ir-rimi? Kien hemm tenders għal dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 10 PQ #959 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Sigurta' Soċjali — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieghda tingabar u r-risposta ser tinghata f’xi Seduta ohra.
Leg 10 PQ #961 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi t-tagħrif miġbur fuq il-Mejda tal-Kamra.

Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #963 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' karozzi li qed jintużaw minn uffiċjali fil-Ministeru u fid-Dipartiment tat-Turiżmu inkluż l-I.T.S. huwa ta' 21 li 14 minnhom huma mikrija. Ninsab infurmat ukoll li ħlief għal karozza waħda li hi mikrija bil-prezz ta' Lm6.90 kuljum, l-oħrajn huma kollha mikrija Lm3.70 kull ġurnata.

Trasport u Kommunikazzjoni — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 349.
Leg 10 PQ #983 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karti ta' l-identita' — Tibdil fl-indirizzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-change of address tal-karti ta' l-identita' minn malta għal Għawdex mill-1998 sal-lum, separatament għal kull sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li bidlu l-indirizz taghhom minn Malta ghal Ghawdex mis-sena 1998 sal-lum huma: 1998 190 1999 334 2000 311 2001 374 2002 435 2003 (sat-30/6) 268

Seminar "The open method of co-ordination" — Laqgħa li saret fi Kreta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fis-seminar "The open method of co-ordination" li sar fi Kreta din is-sena kienx hemm rappreżentant Malti li attenda l-laqgħa bejn iż-żgħażagħ u d-diretturi ġenerali taż-żgħażagħ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li għas-Seminar The Open method of co-ordination li sar fi Kreta din is-sena kien hemm preżenti żewġ rappreżentanti tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u Rappreżentant tal-Labour Youth Forum.
Leg 10 PQ #986 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karti ta' l-identita'

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-barranin li qed japplikaw għall-karta ta' l-identita' f'Għawdex qed idumu sa sitt xhur biex jieħdu l-karta ta' l-identita' tagħhom? Jista' isir xi ħaġa biex dan id-dewmien jonqos?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-barranin li japplikaw għall-karta ta’ l-identita` qed idumu biex jieħdu l-karta ta’ l-identita` għall-ewwel darba minħabba verifiki li jsiru dwar il-pożizzjoni legali tagħhom fil-gżejjer Maltin u dwar l-indirizz li jkunu applikaw fuqu. Spiss jiġri li meta ssir spezzjoni fuq il-post ma jinstab ħadd id-dar u għalhekk il-każ ma jkunx jista’ jkompli miexi qabel isiru aċċertamenti oħrajn dwar l-indirizz residenzjali tagħhom. Qed jittieħdu l-passi biex dawn il-proċeduri jinbidlu u jitħaffu.

VAT — Riduzzjonijiet ta' multi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni gawdew minn Jannar sa April 2003 minn riduzzjonijiet ta' multi fil-VAT? B'kollox kemm kien l-ammont tat-tnaqqis tal-multi fuq il-VAT? Kemm kienu l-ogħla għaxar ammonti ta' tnaqqis fuq multi ta' VAT każ b'każ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' persuni li gawdew minn tnaqqis fil-multi tal-VAT matul ix-xhur Jannar sa April 2003 kienu 553. B'kollox it-tnaqqis kollu fuq dawn il-multi kien jammonta għal Lm144,703. L-ogħla 10 ammonti ta' tnaqqis kienu kif ġej: Lm44,970; Lm8,779; Lm2,470; Lm2,293; Lm1,650; Lm1,600; Lm1,580; Lm1,230; Lm1,200; Lm1,196.
Leg 10 PQ #988 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għas-servizzi edukattivi — Programmi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx xi evalwazzjoni tal-programmi li qed isiru mill-Fondazzjoni għas-servizzi edukattivi wara l-ħin ta' l-iskola? Min għamel din l-evalwazzjoni? Jista' jpoġġi kopja ta' din l-evalwazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni tevalwa l-ħidma u l-programmi tagħha b'mod regolari bħala parti minn proċess ta' assikurazzjoni ta' kwalita'. Barra minn hekk u fuq bażi regolari, il-Fondazzjoni twettaq riċerka intensa dwar is-servizzi tagħha u f'dan il-proċess tinvolvi lill-ġenituri, għalliema u ħaddiema tal-Fondazzjoni. Il-Fondazzjoni titlob ukoll l-għajnuna ta' esperti bħalma huma membri tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, fit-tifsil u l-evalwazzjoni tal-programmi edukattivi.
Leg 10 PQ #989 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Avukati li jagħmlu xogħol ta' traduzzjoni tal-lingwa Maltija

Question

No question text.

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif sħiħ ma laħaqx wasalli tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea — Żjarat f'pajjiżna

Question

Jista' il-Ministru jgħid tul ix-xhur ta' Mejju u Ġunju sarux żjarat f'Malta minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea biex jimmoniterjaw il-pjan ta' ħidma tal-gvern biex iħejji lil pajjiżna għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea? X'irriżulta minn dawn iż-żjarat, jekk saru?

Response (BORG, JOE)

Iż-żjarat magħmula minn uffiċċjali ta-Kummissjoni Ewropea matul Mejju u Ġunju kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma is-segwenti: 06 - 08 May 2003 Peer Review on Integrated Administration and Control System 09 - 13 June 2003 Food and Veterinary Office Mission on Public and Animal Health Issues 10 - 12 June 2003 Peer Review on Trade Mechanisms 11 - 13 June 2003 Peer Review on Paying Agency 17 - 20 June 2003 Food and Veterinary Office Mission on animal Welfare 25 - 27 June 2003 Monitoring Visit - Taxation Dawn iż-żjarat servew sabiex il-Kummissjoni Ewropea setgħet tevalwa l-progress fl-implimentazzjoni ta' l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea f'Malta f'oqsma partikolari skond is-suġġett ta' kull żjara.

Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea — Żjara f'pajjiżna

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk matul Lulju ta' din is-sena hemmx maħsuba xi żjara f'Malta minn uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea biex jevalwaw il-pjan ta' ħidma li jrid isegwi l-gvern biex iħejji lil pajjiżna għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Bħalma ġara bosta drabi oħra fil-passat, aktar tard din il-ġimgħa, Monitoring Mission mill-Kummissjoni ser tkun Malta sabiex tara kif Malta qed timplimenta l-liġijiet Ewropej f'numru ta' oqsma magħżula mill-istess Kummissjoni u dak li qed isir biex nikkonformaw rwieħna ma' l-acquis ta' l-Unjoni; u inoltre sabiex jekk jiġu identifikati xi diffikultajiet, kif tista' tinstab soluzzjoni għalihom. Nixtieq insemmi wkoll li, minbarra l-Monitoring Missions, il-Kummissjoni regolarment tibgħat nies speċjaliżżati fuq Peer Reviews biex jevalwaw dak li qegħdin nagħmlu sabiex naddattaw rwieħna adegwatament għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Naxxar — Triq iż-Żenqa - Bdil ta' użu ta' postijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm bdil ta' użu ta' postijiet fi Triq iz-Zenqa fin-Naxxar li kien inħarġilhom il-permess biex isiru ħwienet u issa ġew mibdula għal garaxxijiet? X'wassal biex jingħataw il-permessi għall-bdil ta' użu meta dan qed jolqot ħażin lill-ġirien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond ir-records tal-MEPA nħarġu żewġ permessi għall-bdil ta’ użu fi Triq iż-Żenqa in-Naxxar, li jġibu referenza, PA 5579/93 u PA 4108/96. Fl-ewwel każ ġie kkonfermat li l-lok qiegħed jintuza bħala ħanut. Fit-tieni każ li jirrigwardja binja biswit il-Kunsill Lokali, il-permess inħareġ għal twaqqiegħ ta’ bini u bini mill-ġdid ta’ blokka fosthom seba’ ħwienet fil-pjan terran. Skond spezzjoni li saret mill-ufficjali tal-MEPA ġie kkonfermat li ħamsa qiegħdin joperaw bħala ħwienet waqt li tnejn oħra għandhom tabella “No Parking” imwaħħla fuq ix-shutter. Minħabba li dawn iż-żewġ postijiet kienu magħluqa fil-ħin ta’ l-ispezzjoni, ma setax jiġi kkonfermat jekk fil-fatt dawn qiegħdin jintużaw bħala garaxx. (Fil-jiem li ġejjin se jsiru aktar spezzjonijiet u jiġi kkuntattjat is-sid.) Fuq il-mertu tal-bdil ta’ użu, il-ħwienet ġew ikkunsidrati bħala ħwienet lokali fuq is-sit li kien iservi bħala c-cinema lokali tan-Naxxar.

Gudja — Asfaltar ta' toroq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 882 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' tal-Gudja li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx it-tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac? Jista' il-Ministru jinnota li jiena tlabtu jsemmi liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx it-tarmac, mingħajr ma semmejt l-ebda toroq? Jista' il-Ministru jagħti tweġiba għal din il-misotqsija għax ma jidhirx li r-risposta hija korretta għal kollox?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari numru 882.