Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kmamar tan-nar — Inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li mietu persuni fi splużjonijiet u inċidenti tal-kmamar tan-nar f'Malta u f'Għawdex mis-sena 1980 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 1980 sal-lum kien hemm 36 persuni li tilfu ħajjithom b'konnessjoni mal-logħob tan-nar. F'inċident fuq patrol boat fl-1984 kienu mietu 5 membri tal-forzi ta' l-ordni waqt tfigħ fil-baħar ta' logħob tan-nar illegali li kien ġie konfiskat.
Leg 10 PQ #27075 Sitting 550 2007-07-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - Decompression chamber

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol biex tkun tista' taħdem id-decompression chamber li twaħħlet xhur ilu fl-Isptar ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bħalissa mexjin il-proċeduri għall-ingaġġ ta tabib biex jagħti servizz f'dan il-Unit.
Leg 10 PQ #27076 Sitting 550 2007-07-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella — Masterplan

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni maħtura biex ifasslu masterplan għaċ-Ċittadella? Meta se jlestu x-xogħol tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 26799.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ħaddiema li għalqu l-61 sena

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tagħha li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'diżabilita — Reserved parking

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji dwar l-eliġibilita' għal reserved parking għall-persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ħruġ ta' permessi għar-reserved parking għall-persuni b'diżabilita' jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Residenza għal ex-priġunieri

Question

B'referenza għall-allokazzjoni ta' dar biex isservi ta' residenza għal ex-priġunieri, tista' l-Ministru tgħid jekk ikkonsultatx mad-deputati, inkluż il-Prim Ministru, li jirrappreżentaw ir-residenti ta' l-akkwati, kif ukoll ma' l-Arċipriet tal-parroċċa u l-patrijiet ta' Santa Tereża? Ma taħsibx li fi kwestjoni bħal din kellha tagħti każ ta' l-opinjoni tal-ġirien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-dar li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet allokata biex tagħti kenn lil persuni li joħorġu mill-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin u li ma jkollhomx fejn jgħixu. Il-Ministeru tiegħi kellu laqgħa dwar is-suġġett mal-Kunsill Lokali u anki ttieħdu in konsiderazzjoni suġġerimenti li tressqu mill-istess Kunsill. Ma naħsibx li l-Arċipriet tal-Parroċċa u l-Patrijiet ta' Santa Tereża jistgħu ikollhom xi ħaġa kontra dan il-proġett li qiegħed jgħin lill-parruċċjani Bormliżi li jinsabu f'sitwazzjoni soċjali mwera. Lanqas nista nimmaġina li d-Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra jistgħu jkollhom opinjoni negattiv fir-rigward ta' proġett li jgħin nies vulnerabli mid-Distrett tagħhom.

Euro Assistants — Sistema FAIR

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Euro Assistants li qed iduru n-negozji sabiex tissaħħaħ is-sistema FAIR, mhux jgħaddu l-pakkett ta' materjal kollu lin-negozji? Jista' jgħid x'tip ta' calculators se jingħataw lill-poplu? Kif u mnejn se jinġiebu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġà ġie spjegat f’risposti parlamentari oħrajn, l-NECC għadu qed jistenna l-price guns u l-calculators minħabba dewmien li ġie esperjenzat biex jiġi assigurat li jinstab l-apparat neċessarju u li jaqdi l-bżonnijiet tas-sidien tal-ħwienet filwaqt li jiġi mħares l-aspett finanzjarju ta’ l-ispiża. Is-sidien tan-negozji ser jingħataw dak kollu li kien imwiegħed. Mal-pakkett li qed jingħata meta ħanut jiġi mdaħħal fl-inizjattiva FAIR, qed jingħataw l-affarijiet kollha li ġew imwiegħda ħlief il-price gun u l-calculator. Il-price gun ser ikun qed jingħata fil-ġimgħat li ġejjin filwaqt li l-calculator ser jingħata aktar tard peress li l-iskop tal-calculator huwa li jgħin lil tal-ħanut jimmaniġġja l-bqija fil-proċess tal-bidla. Dwar il-calculators li ser jingħataw lill-poplu, l-NECC f’dawn il-ġranet qed tqassam gazzetta f’kull dar fejn qed tispjega kif il-calculator li ser jingħata lill-poplu ser ikun. Dawn il-calculators ser ikunu qed jingħataw minn sponsor li d-dettalji tiegħu ser jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

Banek tal-lottu — Qliegħ finanzjarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet/soċjetajiet li jirċievu xi dħul finanzjarju mill-qliegħ tal-banek tal-lottu? X'kien dan is-sehem għal kull waħda minnhom matul is-sena 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Good Causes Fund

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet/soċjetajiet li ħadu xi għajnuna mill-Good Causes Fund matul l-2006? X'kien l-ammont li ħadet kull waħda minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-mejda tal-Kamra.

MITI — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MITI — Xogħol Sub Contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jaghti xoghol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment koncernat mhux bil-fors ikollu ghad-disposizzjoni tieghi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant ghar-raguni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onor Interpellant irid informazzjoni fuq xi kas partikolari u/jew qed jirreferi ghal l-ghoti ta' kuntratti pjuttost mill- subcontracting, allura huwa mitlub jiccara u jerga' jissotometti mistoqsija parlamentari ohra.

Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

Affarijiet Barranin — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jien infurmat li ma sar ebda xogħol tal-Ministeru permezz ta' sub-contracting.

Korsijiet tat-TEFL

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskejjel kollha li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin għandhomx il-fakulta' li jorganizzaw korsijiet tat-TEFL? Il-Monitoring Boardjaċċetta ċertifikati minn kull skola? X'rekwiżiti jrid ikun hemm biex skejjel jorganizzaw dawn il-korsijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel kollha liċenzjati, li jgħallmu l-Ingliz lill-barranin, għandhom il-fakulta' li jorganizzaw korsijiet tat-TEFL. L-EFL Monitoring Board jaċċetta ċertifikat minn kull waħda minn dawn l-iskejjel. Skola liċenzjata trid timxi mal-guidelines maħruġa minn dan il-Bord, meta tiġi sabiex torganizza xi TEFL Induction Course li jrid jitmexxa minn persuni kompetenti skond il-programm li jkun riferut lill-EFL Monitoring Board qabel jibda l-kors li meta jintemm, l-iskola konċernata tkun mistennija tgħarraf il-bord bl-ismijiet tal-partieċipanti kif ukoll min minnhom ikun temm it-TEFL Induction Course b'suċċess.
Leg 10 PQ #26851 Sitting 549 2007-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Board

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa' l-Gozo Sports Board matul dawn l-aħħar sentejn? X'suġġetti kienu diskussi, lil min jirrapporta u fejn jiltaqa'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

ADT — Tabelli tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika ta' l-ADT dwar tabelli tat-traffiku li qed jimpedixxu li f'ċertu ħinijiet vetturi jgħaddu mil-lokalita' tagħhom? Jaħsibx li din hija esaġerazzjoni l-aktar meta wieħed iqis l-ammont ta' traffiku kif ukoll li m'hu qed isir xejn sabiex b'mod konkret dan it-traffiku jonqos?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li huwa apprezzat jekk l-Onorevoli Interpallant ikun aktar speċifiku rigward it-tabelli u restrizzjonijiet li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari sabiex l-Awtorita' dwar it-Transport tkun f'pożizzjoni li tagħti l-informazzjoni meħtiega.

Junior College — Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm lecturing staff mill-Junior College li marru l-Universita' bħala full-time lecturers f'dawn l-aħħar tlett snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħatriet, nomini u appointments saru fl-Universita' ta' Malta minn l-ewwel tas-sena sal-lum? X'kienet il-kariga f'kull każ, min hi l-persuna li ġiet magħżula, meta u jekk saritx sejħa u jekk kienx hemm intervisti jew inkella ġietx appuntata jew maħtura b'mod dirett?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal l-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.