Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #917 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajjiet/xtut — Xogħol ta' upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'bajjiet u xtut fis-snin 2000,01,02,03? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Awtorita' tat-Turiżmu fis-snin indikati ipparteċipat fi proġetti kapitali ta' upgrading f'bajjiet. L-Awtorita' tieħu sehem biss fi proġetti fuq skala żgħira u b'kollaborazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Gvern u Kunsilli Lokali. F'dan ir-rigward nistgħu nsemmu l-proġett tal-Exiles li sewa madwar Lm 22,191., Salina Embellishment Project li sewa Lm 19,792. u l-proġett ta' upgrading fil-promenade ta' Marsalforn flimkien mal-Kunsill Lokali taż-Żebbug, li sewa madwar Lm 13,930.

Siti storiċi — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' restawr fuq siti storici ? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li jsiru diversi xogħlijiet fuq siti storiċi fosthom fuq swar tal-Belt u l-Kottonera. Id-dettalji ta' dawn ix-xogħlijiet, inkluż l-istimi ta' kemm ġejjin jiswew , għadhom qed jinħadmu bi preparazzjoni għall-Estimi tas-sena li ġejja.

Siti arkeoloġiċi — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkejoloġiċi ? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena li ġejja huwa ppjanat li jsiru xi xogħlijiet fuq siti arkeoloġiċi. Id-dettalji ta' dawn ix-xogħlijiet, inkluż l-istimi ta' kemm ġejjin jiswew, għadhom qed jinħadmu bi preparazzjoni għall-Estimi tas-sena li ġejja.
Leg 10 PQ #927 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Logħob tan-nar — Inċidenti

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi adegwati u urġenti biex jiġu evitati nċdienti minħabba l-logħob tan-nar fil-festa tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun, peress li matul il-festa tas-sena l-oħra murtali waqgħu fi djar privati u kkaġunaw nirien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ilment li ressaq l-Onor. Interpellant għan-nom tar-residenti qed ikun mistħarreġ.
Leg 10 PQ #928 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħruġ ta' visas

Question

Fil-kuntest ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ipproċessar tal-visas hux se jibqa' f'idejn il-Kummissarju tal-pulizija jew l-Assistent Kummissarju kkonċernat? Jista' jikkonferma li dan ix-xogħol aktarx jiġi mgħoddi lill-unit pajżan fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?

Response (BORG, TONIO)

L-ipproċessar tal-visas mad-dħul ta` Malta fl-EU jibda jsir mill-Uffiċċji Konsulari tal-Ambaxxati Maltin. Pero` il-Pulizija xorta jkollhom parti mill-proċess ta` dawn il-visas f`idejhom.
Leg 10 PQ #929 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ipproċessar ta' visas — Kummissarju tal-pulizija/Assistent kummissarju

Question

Fil-kuntest ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ipproċessar tal-visas hux ser jibqa f' idejn il-Kummissarju tal-pulizija jew l-Assistent Kummissarju kkonċernat? Jista' jikkonferma li dan ix-xogħol aktarx jiġi mgħoddi lill-unit pajżan fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija mill-Onorevoli Ministru għall-Ġustizzja u Intern għall-Mistoqsija Parlamentari numru 928.
Leg 10 PQ #930 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Proċessar ta' visas — Jannar 2003

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati visas għal ċittadini mill-Marokk, Tuneżija, Eġittu u Turkija mill-1 ta' Jannar 2003? Kemm ġew aċċettati u kemm ġew irrifjutati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena, in-numru ta` applikazzjonijiet għal visa mill-Marokk, Tuneżija, Eġittu u Turkija kien ta` 4,154. Minn dawn 3,533 ġew aċċettati, filwaqt li 621 kienu rifjutati.

Ħaż-Żabbar — Enemalta - Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta jinvestiga ilment li wasal għandi li ċerti residenzi fi Triq il-Grazzji, Ħaż-Żabbar qed isofru ta' spiss qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku? Billi dan qed jiġri ta' spiss possibbli li din il-problema tiġi rimedjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

NSO — Infiq ta' flus minn ċittadini Libjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqu flus f'pajjiżna ċittadini Libjani fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif dwar kemm nefqu flus f’pajjiżna ċittadini Libjani qed tingħata fit-tabella hawn annessa mis-sena 2001 sas-sena kurrenti (Jannar sa Mejju) għax dan it-tagħrif beda jinġabar mit-Tourstat Inbound Tourism Survey mill-2001. Nippreċiża li t-tagħrif li qed jingħata jirrigwardja viżitaturi Libjani li vvjaġġjaw bl-ajru biss u tagħrif dwar x’nefqu viżitaturi bil-baħar għad irid jibda jinġabar. Skond il-metodoloġija internazzjonali li qed tintuża, l-infiq jinkludi dawn it-tlett katergoriji: Package expenditure, non-Package expenditure, u Other. Il-kategorija Other expenditure tinkludi spejjeż li mhumiex inklużi fil-kategoriji l-ohrajn bħal ikel, xorb u trasport lokali.
Leg 10 PQ #933 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ċittadini barranin — Schengen visa

Question

Jista' il-Minsitru jagħti tagħrif fid-dettall dwar kif tiġi pproċessata Schengen visa ta' ċittadin barrani li jixtieq iżur pajjiżna għal skopijiet ta' turiżmu u/jew xogħol? Kemm iddum visa, approssimattivament, biex tiġi pproċessata? Isir xi forma ta' skrutinju mill-UE dwar il-mod kif nipproċessaw Schengen visa?

Response (BORG, TONIO)

L-ipproċessar ta` Schengen visas isir skond struzzjonijiet li ħarġet l-EU u li huma magħrufa bħala il-'Common Consular Instructions on visas'. Hemm ukoll katalogu relatat mal-ħruġ ta` Schengen visas li fih ukoll lista ta` rakkomandazzjonijiet fuq il-ħruġ ta` dawn il-visas. Schengen visa ma toħroġx għal skopijiet ta` xogħol u l-ipproċessar tagħha jsir skond il-proċeduri nazzjonali. Bħalissa visa tieħu sa ħmistax-il jum biex tiġi proċessata pero` dan jiddependi mill-ammont ta` xogħol li jkun qiegħed jiġi proċessat. L-iskrutinju tal-ħruġ ta` Schengen visas isir permezz tal-proċeduri msemmija fil-Common Consular Instructions li fih standards li jridu jiġu applikati minn kull Stat membru tal-EU.
Leg 10 PQ #934 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Persuni ta' nazzjonalita' barranija li applikaw għal multiple visa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw ċittadini barranin għal multiple visa fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sal-31 ta' Mejju, 2003)? X'kienet iċ-ċittadinanza tagħhom? Kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati? Jista' jgħid għal kull multiple visa kemm għaddew ġranet bejn il-preżentata ta' l-applikazzjoni u d-deċiżjoni finali tal-kummissarju tal-pulizija? Jista' jgħid jekk il-perjodu operattiv tal-multiple visa jvarjax bejn visa u oħra? Jista' jagħti tagħrif dwar għal kemm żmien tkun operabbli, bejn wieħed u ieħor, multiple visa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija, u ċioe` kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati, ninsab infurmat illi dan it-tagħrif ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għaldaqstant jieħu ż-żmien sabiex ikun kompilat. Infurmat ukoll illi bejn wieħed u ieħor, l-ipproċessar ta` tali applikazzjoni tieħu bejn ħmistax u tlett ġimgħat. Il-perijodu operattiv ivarja skond kif tkun it-talba, pero` qatt ma jeċċedi s-sena.

Anzjan — Tnaqqis mill-pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex qed tinqatgħalu parti mil-pensjoni ta' anzjan li l-partikularitajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament u li kien weħel sentenza ta' ħabs? Jista' dan l-anzjan jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-ufficcju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali li jkopri l-lokalita’ taghha.
Leg 10 PQ #941 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Riżultati — Dħul fil-Junior Lyceum

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li matul din is-sessjoni ta' l-eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum, ġabu 5 As? Mil-liema lokalita' huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru studenti li ġabu 5 A's skond l-iskola u skond il-lokalita'

Embellishment of public areas

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi ħlasijiet saru sal-lum mill-vot Embellishment of public areas? Għal liema mogħdijiet saru dawn il-ħlasijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet li saru sa llum mill-vot Embellishment of Public Areas ta' din is-sena huma kif ġej:- DESCRIPTION King George, Floriana Safety Material Bus Terminus, Valletta Refurbishment of Bus Terminus Supply of precast concrete slabs Services from Enemalta Corporation Demolition of two public conveniences ceilings Mechanical sanding down (Invjar) Prestressed slabs Slabs Overtime to Enemalta employees Overtime to Works Division employees Hire of Mobile Toilet Mounted Hammer Various materials Hire of Jigger AMOUNT (Lm. c.) 321.31 20,000.00 3,565.00 25,637.00 1,897.50 115.00 623.00 1,244.18 1,024.00 1,800.13 53.48 975.00 13,685.08 16.00

PTA — Karozzi tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhuma maqsumin fuq ir-rotot diversi il-254 xarabank li jaħdmu kuljum skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 842?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rotot kif inhuma mqassma.

Miżbla tal-Magħtab — Waste management

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsijiet parlamentari 843 u 671 u cioe` jista' il-Ministru jgħid minn min intrebaħ it-tender ta' package 1? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ingħata? Jista' jgħid minn meta beda jitħaddem dan il-kuntratt u x'perjodu ta' żmien ikopri? Kemm qiegħed isir ħlas kull sena mill-gvern għas-servizzi mogħtija skond dan il-kuntratt?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt ta' Package 1 intrebaħ mill-konsorzju ffurmat minn Polidano Bros. Ltd. u l-kumpanija Ġermaniża S.R.W. Minħabba li l-kuntratt huwa ta' natura kummerċjali ma nħossx li għandi npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kuntratt beda jitħaddem mid-19 ta' Mejju 2003 u jkopri sal-31 ta' Marzu 2008. Il-ħlas huwa ta' Lm1.18ċ, mingħajr VAT, għal kull tunnellata ta' skart li jkun aċċettabbli li tidħol fis-siti awtoriżżati. Il-ħlas isir fis-sena u għalhekk għadu kmieni biex wieħed jgħid x'ser iħallas il-Gvern kull sena.

Ħaż-Żebbuġ — Bini ta' skema għall-ilma tax-xita

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol hu previst li jsir skond tender CT186/2003 "Bini ta' skema għall-ilma tax-xita f'Ħaż-Żebbuġ Malta"? Jista' ipoġġi kopja tal-pjanta tal-culvert (inkluż site plan) fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol skond it-tender CT 186/2003 jifforma parti minn proġett għas-sistema ta' l-ilma tas-xita fil-lokalita' ta' Ħaż Żebbuġ. Il-proġett jikkonsisti fit-tqegħid ta' madwar 165 metru ta' mejn u l-kostruzzjoni ta' madwar 90 metru ta' culvert ġdid. Kopji tal-pjanti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birgu — Sant'Anġlu - xogħol fuq il-mollijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tender għax-xogħlijiet ta' tisħiħ tal-mollijiet ta' Sant'Anġlu, fil-Birgu ġiex aġġudikat? Jekk fl-affermattiv, min rebaħ dan it-tender, x'inhu l-valur tax-xogħol, meta se jibda u meta se jispiċċa x-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-kuntratt għadu fi stadju ta' aġġudikazzjoni.

Żurrieq — Triq il-Kangu

Question

Peress li b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 252 dwar xogħol fi Triq il-Kangu,fiż-Żurrieq kien ġie ndikat li x-xogħol kien mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' Ġunju u peress li minn meta saret il-mistoqsija fid-9 ta' Ġunju sal-lum is-sitwazzjoni għadha kif kienet u x-xogħol ma tkompliex, jista' il-Ministru jindaga għaliex mhux qed jitkompla x-xogħol u meta hu maħsub li jitkompla u jitlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq qiegħed isegwi mill-qrib ix-xogħol li qed isir fit-triq imsemmija u fil-fatt ix-xogħol qed jerġa jitkompla. L-Awtorita dwar it-Trasport qed tkompli ssegwi mill-qrib dan il-proġett biex jiġi żgurat li x-xogħol meħtieġ jitlesta fl-inqas żmien possibli.