B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 73, jista' il-Ministru jinformani x'ħiliet, snajja', eċċ jirrikjedu l-5,152 impjieg li mistennija jiġu ġġenerati fil-fabbriki eżistenti? Liema huma l-fabbriki li joħolqu dawn il-5,152 impjieg?
Response (DALLI, JOHN)
L-impjiegi li huma mistennija li jinħolqu mill-proġetti li kienu approvati mill-bord tad-diretturi tal-Korporazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2000 sa l-31 ta’ Mejju 2003 huma mifruxin fuq għadd kbir ta’ snajja u profesjonijiet. Għalhekk inħolqot klassifikazzjoni li tagħti stampa ċara tal-livell ta’ preparazzjoni li jeħtieġu l-ħaddiema li ser jimlew dawn il-postijiet. Ir-riżultat ta’ dan l-eżerċizzju, li huwa msejjes fuq tagħrif mgħoti mill-kumpaniji stess, jidher fit-tabella mehmuża.
Minħabba raġunijet ta’ konfidenzjalità` il-BPA ma’ tippermettiex li jkunu mxandra l-ismijiet ta’ l-kumpaniji nvoluti.
Jista' il-Ministru jara li r-Rabat, Malta ikun jifforma parti mill-Mdina Rehabilitation Project? Jekk fl-affermattiv, jista' jalloka aktar flus fl-estimi tal-budget li ġej għar-Rabat Mdina Rehabilitation Project ħalli jkun jista' jibda x-xogħol fir-Rabat minn din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant għadu qiegħed jiġi kkunsidrat. Fl-eventwalita' li jkun adottat, il-Kamra tkun informata.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-titqiba tal-meningite hux out of stock jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu maħsub li din tkun fiċ-Ċentri tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li kien hemm perjodu bejn l-ewwel ta' Mejju u d-dsatax ta' Ġunju fejn il-HIB kienet out of stock. Dan irriżulta minħabba li l-aġent lokali li kien jissuplixxi din il-mediċina abbanduna l-kuntratt u l-konsenja fl-imħażen tal-gvern skadiet fl-aħħar ta' Mejju.
Saret talba lill-Finanzi biex tinxtara konsenja u din ġiet approvata. Bħalissa hemm ordni ta' 6500 doża u din mistennija tiġi pprovduta fi żmien xagħrejn.
Saret ukoll xirja żgħira ta' 45 doża mis-suq lokali biex jiġu moqdija l-pazjenti. Din waslet fiċ-Ċentru tal-Furjana fid-dsatax ta' Ġunju u fil-preżent qed tingħata lill-pazjenti li jkollhom bżonnha.
Xufiera tal-karozzi tal-linja — Kors ta' customer care
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera tal-karozzi tal-linja jingħatalhomx xi course ta' customer care?
Jista' jgħid kemm kien hemm ilmenti kontra xufiera minn Jannar 2003 sal-lum? X'tip ta' ilmenti kienu?
Kemm minnhom kienu ġustifikati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kull min japplika sabiex jakkwista liċenzja biex isuq karozza tal-linja għas-servizz pubbliku, jingħata kors ta' customer care.
Minn Jannar 2003 sal-lum, l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta rċeviet 44 ilment kontra xufiera tal-karozzi tal-linja. Fost dawn kien hemm ilmenti fuq imġieba ħażina, tipjip, tluq qabel il-ħin, ma jieqfux fuq Bus Stop, jabbandunaw ir-rotta, ma għamlux il-vjaġġ, devjazzjoni tar-rotta stabbilita, noll għoli, u sewqan traskurat. L-ilmenti li saru dawn ix-xuffiera tal-karozzi tal-linja ġew mgħoddija lill-Qorti biex jittieħdu passi kontra tagħhom.
Daħlu wkoll għaxar ilmenti oħra fuq imġieba ħażina jew nuqqas tat-twaqqif fuq xi Bus Stop, iżda f'dawn il-każi ix-xuffiera ġew imwissija biss mill-Awtorita' għall-fatt li l-passiġieri ma riedux jitilgħu jixdhu l-qorti.
Skejjel tal-Gvern — Kriri ta' l-iskola - Studenti barranin
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li qed jinkrew biex fihom qed isir tagħlim lil studenti barranin? Kemm jintalbu jħallsu f'kull każ l-organizzaturi? Peress li diġa' ġew xi studenti barranin biex jitgħallmu l-Ingliż u bdew fit-23 ta' Ġunju jista' l-Ministru jassigura li dawn mhux qed ifixklu t-tagħlim u / jew l-eżamijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Lulju u Awissu ta' kull sena, meta n-numru ta' studenti barranin li jiġu f'Malta ħalli jitgħallmu l-Ingliż ikun fl-aqwa tiegħu, ikun hemm skejjel ta' l-Ingliż li jagħmlu użu minn skejjel tal-Gvern meta dawn ikunu vojta wara li tispiċċa s-sena skolastika. Il-kiri ta' dawn l-iskejjel huwa prerogattiva tal-Kunsill Skolastiku ta' kull skola konċernata u jinbidel minn sena għall-oħra skond il-ħtiġijiet tal-mument. Huwa assigurat illi t-tagħlim u l-eżamijiet fl-iskejjel tal-Gvern bl-ebda mod ma jiġu mfixkla b'din l-attivita' li tibda wara li tintemm is-sena skolastika għall-istudenti Maltin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li hemm nies illitterati f'pajjiżna? Jista' jgħid kif saru dawn il-kalkoli? Kemm hemm persuni taħt il-25 sena li huma illitterati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li huwa Ċensiment Nazzjonali li jinħareġ mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika li jagħti tagħrif nazzjonali dwar il-problema b'mod ħolistiku.
F'xi Seduta ser inpoġġi l-istatistika fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jghid jekk sarx xi survey fost it-tfal li bħalissa qegħdin l-iskola biex wieħed jara kemm hemm minnhom li jbatu bid-dislessja? Jekk iva, kemm huwa kkalkulat li hemm minn dawn it-tfal? Jista' jgħid x'għajnuna toffri d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni lil dawn l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti dwar it-tipjip fl-iskejjel tagħna? Hemm ħsieb li t-tipjip jiġi pprojbit għal kollox mill-iskejjel biex kulħadd, għalliema u studenti ma jkunux suġġetti għal tipjip passiv?
Response (GALEA, LOUIS)
Żgur li fl-iskejjel it-tfal ma jistgħux ipejpu. Il-ħaddiema lanqas ma jistgħu ipejpu fil-common areas u fil-klassijiet. F'kull skola hemm smoking room għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid x'korsijiet qed toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u kull wieħed għal min hu maħsub? Min jieħu ħsieb li jgħallem f'kull kors u fejn qed isiru? Kemm qed jattendu fil-preżent għal kull kors li l-ETC qed torganizza?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qed toffri madwar 75 programm ta' taħriġ. Dawn il-programmi huma maħsuba għal persuni li qed ifittxu impjieg kif ukoll għal dawk li jaħdmu u jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom. Il-programmi huma amministrati minn persuni fi ħdan id-Diviżjoni ta' Taħriġ ta' l-istess Korporazzjoni u jiġu organizzati fiċ-ċentri ta' taħriġ tal-Korporazzjoni f'Ħal Far, il-Belt Valletta, Blata l-Bajda, Għawdex u kif ukoll minn diversi entitajiet edukattivi u ta' taħriġ madwar Malta. It-taħriġ isir minn nies esperti fil-qasam, li ġew mogħtija taħriġ kif jgħallmu l-adulti. Lista tal-korsijiet b'dettalji qed tiġi mehmuża ma' din ir-risposta.
Dipartimenti Governattivi — Computers li jifilħu XP upgrade
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'persentaġġ mill-computers tad-dipartimenti varji tal-gvern jifilħu XP upgrade?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-“Microsoft XP Upgrade” għandu bżonn “computer” li jkollu dawn il-kwalitajiet jew aħjar:
Livel ta’ “Processor”: Pentium III
Memorja: 256MB RAM
Spazju vojt fuq id-diska: 2Gbytes
Minn numru tal-“PCs” li jinstabu fis-Servizz Pubbliku u fis-settur ta’ l-edukazzjoni huwa misjub li hemm madwar 18 fil-mija li jifilħu l-“XP”.
Huwa tajjeb li wieħed jenfasizza li l-Gvern huwa kontinwament jibdel il-kompjuters tiegħu u għaldaqstant l-arranġament mal-“Microsoft” ikopri kompjuters ġodda wkoll.
Fl-aħħarnett, għax il-Gvern kien konxju tal-fatt li għandu stokk kbir ta’ kompjuters li huma ta’ tip “Pentium II” jew inqas, l-arranġament mal-“Microsoft” jippermetti l-“upgrade” ta’ dawn il-“PCs” għall-“Windows ’98” u “Office ’97 (Pentium II)” u “Windows ’95” u “Office ’95 (Pentium I)
Il-kunċett E-Health daħal f'Malta? Min ħa u/jew se jieħu responsabbilta' tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Ministeru tas-Saħħa permezz tal-'website' tiegħu li jiġi aġġornat mit-taqsima fi ħdanu ta' l-'Information Managment Unit', diġa qed joffri servizz ta' informazzjoni biex iżomm lill-pubbliku aġġornat dwar dak li qed jiġri fil-qasam tas-Saħħa. F'dan ir-rigward, diġa sar xi xogħol ta' M-Gov fejn in-'National Blood Transfusion Centre', jista jibgħat messaġġi lid-donaturi dwar tip ta' demm li jkun hemm bżonn. Proġett ieħor li sar kien, fejn tobba mis-settur privat, jibgħatu notifika lill-Ministeru tas-Saħħa dwar tilqim jew infezzjonijiet b'mod-elettroniku, flok bil-posta normali. Hemm il-ħsieb li l-Ministeru jintroduċi xi servizzi ġodda b'dan il-kunċett aktar tard is-sena d-dieħla.
Liema huma l-isptarijiet u kliniċi f' Malta u f'Għawdex li għandhom permess biex jagħtu servizz ta' emerġenza jew ta' dianjosija bħal x-ray, laboratorji, operazzjonijiet,etc?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-isptarijiet pubbliċi li joffru servizzi ta' emerġenza huma l-Isptar San Luqa, u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex filwaqt li l-Isptar Monte Carmeli jammetti pazjenti psikjatriċi b'urġenza fejn meħtieġ.
Sptarijiet privati ma jinħtieġux permess speċjali sabiex joffru servizzi ta' emerġenza. Dawn jistgħu joffru servizzi għall-emerġenzi fil-parametri li għalihom huma liċenzjati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm professjonisti li jieħdu ċ-children's allowance? Kemm kien hemm professjonisti li ġew skwalifikati milli jkomplu jirċievu ċ-children's allowance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-hlas ta’ l-Allowance ghat-Tfal qatt ma kien marbut mal-generu ta’ xoghol ta’ l-applikant u ghalhekk ma tin¿ammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-problema fi block A4, Ta' Xbiex H.E. fejn qed joħroġ l-ilma minn toqba li hemm taħt il-lift li ġie nstallat xi żmien ilu? Jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata għax għalkemm dan l-ilment tressaq lill-awtoritajiet konċernati mill-inkwilini nfushom, il-problema għadha ma ġietx solvuta biex b'hekk qed toħloq inkonvenjent u periklu għar-residenti tal-block, b'mod partikolari dawk b'diżabilita' fiżika li ma jistgħux jgħaddu mingħajr is-servizz ta' dan il-lift?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li waqt li kien qed isir it-thaffir ghall-lift pit fi Blokk A4, Ta’ Xbiex, instab li kien qed jiskula xi ilma taht il-blokk. Minn investigazzjonijiet li saru, instab li l-ilma ma kienx ikkaw¿at minn xi leak ta’ ilma jew drenagg mill-appartamenti ta’ gol-blokk innifsu u ghalhekk ma kienitx kwistjoni ta’ riparazzjoni ta’ installazzjonijiet fil-blokk. Sabiex xorta jkun jista’ jsir il-lift, giet installata pompa li tbattal il-lift pit mill-ilma hekk kif dan jingabar hemm. Skond il-kundizzjonijiet ta’ Skema V, ir-residenti tal-blokk huma responsabbli ghall-manutenzjoni u tiswijiet mehtiega fuq il-lift inklu¿ il-pompa. Ir-Residenti kollha li ju¿aw il-lift huma obbligati jaghtu sehemhom biex il-manutenzjoni ssir regolarment. Diment li dan isir, m’hemm l-ebda periklu ghar-residenti u l-lift jista’ jibqa jintuza kif fil-fatt qed isir.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi time scale li fih beħsiebu jagħmel ir-writing off ta' Lm300 miljun f'dejn akkumulat tat-tarznari?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-trattament tad-dejn tat-tarznarji qed isir fl-isfond tar-ristrutturar tat-tarznarji, kif qed jiżviluppa fi ħdan it-Task Force li twaqqfet għal dan il-għan bejn il-partijiet ikkonċernati kollha.
F'dan ir-rigward, qed jittieħed in konsiderazzjoni wkoll it-tip ta' dejn, jiġifieri, per eżempju, jekk hux mal-Gvern jew mal-banek.
Jista' il-Ministru jgħid xi studji saru mill-Air Malta biex jistudjaw l-impatt tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl-UE, b'mod partikolari l-kompetizzjoni diretta ta' low cost airlines bħall-easy jet u Ryanair b'riżultat tal-liberalizzazzjoni li mistennija tiġi fis-seħħ mas-sħubija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Possibbli l-Maltacom tara li taghmel it-transfer ta' dan it-telefon li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fl-aqsar żmien possibbli għaliex f'din id-dar jghix tifel żgħir li hu marid serjament u minħabba f'hekk ikun hemm bżonn ta' kuntatt kontinwu ma’ l-isptar u t-tabib, u xi drabi anki b’mod urġenti?
Billi l-familja subscriber ta' dan it-telefon ilha ħafna tinsisti għal dan it-transfer, jistgħu jittieħdu passi ħalli jsir fl-aqsar żmien possibbli minħabba r-raġunijiet imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jghid kemm saru xoghlijiet ta' restawr fuq siti storici fis-snin 2000,01,02,03?
Jista' jghid liema huma dawn ix-xoghlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi kienu dawn:-
konservazzjoni ta' siti medjevali ġewwa s-Simblija, Dingli li tlestew aktar kmieni din is-sena u swew madwar Lm20,000;
restawr u rijabilitazzjoni ta'
Pembroke Battery
li tlesta' fis-sena 2002 u sewa madwar Lm25,000.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'zoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' upgrading f'żoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002, u 2003 saru f'dawn il-lokalitajiet u n-nefqa fuqhom kienet kif jidher hawn taħt:-
SENA
LOKALITA'
AMMONT - Lm. c.
2000
2001
2002
2003
Buġibba / Qawra
Marsascala
Birżebbuġia
Marsaxlokk
Sliema
Buġibba
Marsascala
Birżebbuġia
Marsaxlokk
Sliema
San Ġiljan
Sliema
San Ġiljan
Marsascala
Birżebbuġia
Marsaxlokk
Buġibba / Qawra
(Sa l-aħ
ħ
ar ta' Ġ
unju 2003)
Sliema
San Ġiljan
Marsascala
Birżebbuġia
Buġibba / Qawra
209,524
183,917
113,131
100,255
457,314
28,555
45,671
28,520
63,957
560,374
167,059
222,448
496,503
39,253
19,354
16,505
2,033
58,506
428,226
18,644
744
16,492