Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #969 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Lezzjonijiet tal-PE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li bħalissa qed jieħdu l-PE bħala suġġett akkademiku? Kemm minnhom huma subien u kemm bniet? F’liema skejjel qed isir it-tagħlim?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 784 student u studenta li għażlu l-Edukazzjoni Fiżika bħala suġġett 'option' fiż-żewġ komponimenti tiegħu dik prattika u dik teorika. Minn dawn l-istudenti 393 huma subien u 391 huma bniet. It-tabella mehmuża turi l-iskejjel fejn 'PE option' qed tkun mgħallma u n-numru ta' studenti f'kull skola.
Leg 10 PQ #970 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — PE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema gradwati/mħarrġa biex jgħallmu l-PE bħala suġġett akkademiku? Min huma u fl-liema skejjel jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel ta' l-Istat. Dawk immarkati Tr huma għalliema gradwati jew b'ċertifikat ta' Għalliema mit-Teachers Training Colleges u għaldaqstant għandhom il-kompetenzi meħtieġa biex jgħallmu l-Edukazzjoni Fiżika fiż-żewġ komponimenti tagħha dik prattika u dik teorika. Dan ma jeskludix li x'uħud mill-Instructors għandhom ukoll dawn il-kompetenzi.

Ġustizzja u Intern — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 343. It-tagħrif l-ieħor mitlub dwar karozzi mikrija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riżorsi u Infrastruttura — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' karozzi rresġistrati mad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi li jintużaw mid-Dipartiment fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet huwa ta' 37. Disgħa jintużaw minn dawn id-Diretturi:- Vincent Cassar - Anthony Abela - Nicholas Grech - Ray Farrugia - Victor Sant - C. Mifsud Borg - Joseph Degiorgio - Joseph Sammut - Mario Rodgers. Karozza oħra bhal issa mhux qed tintuża. Id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi jagħmel użu minn 8 karozzi. Tlieta minnhom jintużaw għall-użu ġenerali fis-sezzjoni ta' Kordin. L-oħrajn jintużaw mill-uffiċjali fis-sezzjoni tal-Marsa msemmija hawn taħt:- Jimmy Mercieca, S.T.O. - Andrew Seychell, S.T.O. - Joe Gauci, S.T.O. - Franco Abela, S.T.O. - Silvio Deleonardo, A.T.O. Wara l-ħin normali tax-xogħol, dawn il-vetturi jinżammu maqfulin fil-garaxxijiet tad-Dipartiment. Il-karozzi l-oħra huma mqssmin f'dawn id-Dipartimenti:- Segretarjat Permanenti 1 Finanzi u Amministrazzjoni 2 Dranaġġ 5 Direttur Ġenerali 4 Kostruzzjoni 2 Distretti 1 Ministeru 2 Bini u Inġinerija 2 L-ammont ta' karozzi mikrija mid-Dipartiment tal-ManIfattura u Servizzi għan-nom tat-Taqsima tax-Xogħlijiet huwa ta' 59. Dawn il-karozzi huma kollha mikrija u n-numru tagħhom ivarja minn żmien għal żmien. Il-lista tal-persuni li qed jagħmlu użu minn dawn il-karozzi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #977 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #978 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa għandha 29 karozza tal-Gvern u tikri erba' karozzi oħra. Il-karozzi mikrija huma 'leased on contract'. Tnejn minn dawn il-karozzi mikrija jinkrew għal LM6.75 kuljum u jintużaw mill-uffiċjali ta' l-Environmental Health Unit bejn il-19.05.2003 sa 26.10.2003. Iż-żewġ karozzi oħra mikrija jinkrew għal żewġ persuni fil-Minsiteru tas-Saħħa, il-'Personal Assistant' - LM6.70 kuljum u l-'Assistant Private Secretary' - LM6.25 kuljum skond kif stipulat fil-memorandum of engagement.

Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Affarijiet Barranin — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (BORG, JOE)

In-numru ta' karozzi li qegħdin jintużaw mill-Ministeru tiegħi hu ta' 62. Minn dawn, 59 huma proprjeta' tal-Gvern, li minnhom 58 huma karozzi saloon u li jinkludu l-karozzi uffiċċjali kollha ta' l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta, u vettura vann oħra li tintuża mill-International Institute on Ageing (INIA). Il-Ministeru tiegħi juża wkoll 3 vetturi mikrija bil-ġurnata: waħda tintuża mill-Head tas-Segretarjat tiegħi, oħra minn konsulent fil-Ministeru u l-oħra mill-Uffiċċju ta' l-MIC. B'referenza għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 340 nixtieq nippreċiża illi n-numru ta' karozzi proprjeta tal-Gvern użati mill-Ministeru tiegħi huma ta' 59 kif intqal fuq u mhux 58 kif indikat f'dik ir-risposta. Bi svista ma ġietx magħduda karozza saloon li tintuża mill-INIA oltre il-vann fuq imsemmija.

Kumpanniji pubbliċi — Promozzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 659 u cioe' tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mal-kumpanniji pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija b'kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sigurta' Soċjali — Romol intitolati għal pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-romol humiex intitolati għall-pensjoni tas-sigurta' soċjali kif ukoll għall-pensjoni tat-Teżor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Armla tikkwalifika ghall-Pensjoni tar-Romol taht l-Att dwar is-Sigurta’ Socjali jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istess Att. Armla li tircievi pensjoni mit-Te¿or tibqa’ intitolata ghall-Pensjoni tar-Romol tas-Sigurta’ Socjali.

Ta' Qali crafts centre — Public convenience

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 356 li kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' jekk jogħġbok tara li l-public convenience li hemm fil-craft centre f'Ta' Qali tinfetaħ għax minkejja li ilha mibnija snin baqgħet dejjem magħluqa bil-konsegwenza li t-turisti li ta' kuljum iżuru dan il-post m'għandhomx aċċess għal public convenience u jkollhom jinqdew fi ħwienet privati?

Response (DALLI, JOHN)

Fil-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ta’ Ta’ Qali jiena infurmat li hemm Public Convenience miftuħa għall-użu tal-pubbliku
Leg 10 PQ #1013 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Stabilimenti ta' l-ikel — Permessi għal imwejjed fuq barra

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 567 li kienet saret lill-Ministru tat-Turiżmu u issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' jekk jogħġbok tgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx dritt li joħorgu permessi temporanji biex xi ħadd joħroġ imwejjed barra u jservi xorb?

Response (BORG, TONIO)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal bars temporanji li jintramaw waqt xi attivitajiet bħal ma` huma festi reliġjużi. F`dan il-każ japplika l-A.L. 119 ta` l-2002 li jistipula li ħadd ma jista` iwaqqaf xi posta f`xi triq jew jagħmel xi attivita` kummerċjali f`tali triq f`xi ġurnata jew ġranet speċjali jew speċifiċi mingħajr il-permess tal-Kunsill Lokali. Ta` min jgħid ukoll illi l-Kummissarju tal-Pulizija, għal raġunijiet ta` ordni pubbliku eċċ jista` iwaqqaf jew jissospendi permess maħruġ mill-Kunsill Lokali.

Enemalta — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta ġentilment jgħid x'inhi r-raġuni li l-provvista ta' l-elettriku taż-żewġ familji li-d-dettalji tagħhom qed nehmeż separatament qed tinqata’ ta' spiss? Għaliex din il-problema ta' dawn iż-żewġ familji baqgħet ma ġietx rimedjata minkejja li ilhom hafna jirrapportaw dan l-inkonvenjent? Possibbli jsir xi ħaġa għax apparti l-inkonvenjent dawn il-familji qed isofru ħsarat fl-appliances tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #1043 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħal Lija — Kunsill lokali - użu ta' uffiċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-kunsill lokali ta' Ħal Lija għall-uffiċini li qed juża? Għaliex ma jingħatax Villa Francia fl-istess raħal li tħalla b'wirt lill-Istat?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat. Dwar Villa Francia, Lija, din hija amministrata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 10 PQ #1044 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħal Lija — Triq il-Kunċizzjoni - Traffiku

Question

Jista' il-Ministru jara x'jista' isir b'konsultazzjoni mal-kunsill lokali sabiex jitrażżan it-traffiku fil-parti d-dejqa ta' Triq il-Kunċizzjoni, Ħal Lija? Jaf il-Ministru bil-perikli għat-tfal tal-mużew u l-ħafna anzjani li joqogħdu fl-inħawi peress li ħafna vetturi jinżlu jsuqu b'veloċita' qawwija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta` Ħal Lija qiegħed f`konsultazzjoni ma` espert tat-Traffic Management biex flimkien ma` l-Awtorita` tat-Transport tinstab soluzzjoni pożittiva għat-traffiku kemm fi Triq il-Kunċizzjoni kif ukoll fir-raħal kollu, għar-raġuni li l-periklu tat-traffiku mhux ristrett għal triq waħda fir-raħal.

MEPA — Twaħħil ta' antenna tat-telefon ċellulari

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-MEPA meta tapprova li titwaħħal antenna tat-telefon ċellulari fuq bjut ta' djar privati? Tingħata konsiderazzjoni ta' dak li jgħid il-kunsill lokali u ċ-ċittadini fl-inħawi? Għaliex xorta ngħata permess li titwaħħal antenna simili fuq bejt ta' dar privata fi Triq Sant'Andrija, f'Ħal Lija minkejja oġġezzjoni f'waqtha tal-kunsill lokali? Jista' jassigura li fejn twaħħlet din l-antenna m'hemm l-ebda possibbilta' ta' ħsara lis-saħħa tan-nies speċjalment meta ftit metri 'il bogħod hemm skola tal-kindergarten?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dwar applikazzjoni għall-antennas tat-telefon cellulari, il-MEPA tikkonsidra l-impatt estetiku ta’ dawn l-antennas kif ukoll kull materja oħra ta’ ppjanar ambjentali. Fil-fatt il-MEPA tikkonsidra kull kumment li tircievi mill-pubbliku u Kunsilli Lokali dwar kull applikazzjoni li jkollha. Il-permess f’dan il-każ ingħata b’kundizzjoni li jkun hemm l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Ħal Lija/Ħal Balzan — Qtugħ fil-provvista ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba nqata' l-ilma f'Ħal Lija u Ħal Balzan mill-1 ta' Jannar sal-lum? Kemm-il siegħa kull darba? X'kienet ir-raġuni f'kull każ? Jista' jgħid ukoll għaliex wara li nqata' l-ilma mill-istess inħawi u bnadi oħra t-Tnejn 30 ta' Ġunju fit-8.00 a.m. fl-inħawi ta' Triq il-Forn f'Ħal Lija kien għadu ma ġiex bi pressa normali fuq 30 siegħa wara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #1064 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti mibgħuta għall-kura barra minn Malta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 873 u cioe' jgħid kemm pazjenti ntbagħtu għall-kura barra minn Malta taħt ir-reciprocal agreement bejn il-gvern Malti u dak Ingliż f'dawn l-aħħar sitt snin, sena b'sena? X'kien it-tip ta' mard u operazzjonijiet li kienu jeħtieġu kura barra minn Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'dawn l-aħħar sitt snin, intbagħtu 180 pazjent kull sena għall-kura barra minn Malta taħt ir-Reciprocal Agreement bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ingliż. Dawn il-pazjenti ntbagħtu għal investigazzjonijiet u operazzjonijiet speċjalizzati fil-moħħ u fid-dahar, fl-għadam, fl-għajnejn, fil-widnejn, fl-imsaren, fil-kliewi. Intbagħtu wkoll pazjenti għal trapjanti tal-fwied u tal-mudullun u tfal għal operazzjoni fuq il-qalb.
Leg 10 PQ #1065 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern — Operazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 874 u cioe' jgħid kemm hu n-numru totali ta' operazzjonijiet li saru fl-isptarijiet tal-gvern f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni mis-Surgical Operations Register ta' l-isptarijiet ta' San Luqa u Karin Grech (SLH-KGH) għal dawn l-aħħar tmien snin. It-tabella hawn taħt turi n-numru ta' episodji kirurġiċi li saru sena b'sena. Rigward l-informazzjoni fuq Għawdex, l-Onor Membru għandu jitlob l-informazzjoni mill-Ministru kkonċernat. Sena Numru ta' Episodji Kirurġ iċ i 1995 22037 1996 22708 1997 23316 1998 24453 1999 24364 2000 24599 2001 26606 2002 27692
Leg 10 PQ #1066 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern/Privat — Inductions

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' inductions fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Numru 868.