Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jinxtraw kotba ġodda għall-iskejjel ta’ l-Istat f'livell primarju u sekondarju separatament għall-użu fis-sena skolastika li jmiss? Liema huma dawn il-kotba? Kemm se jinxtraw minn kull ktieb?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-kotba l-ġodda li ser ikunu introdotti fis-sena skolastika li jmiss u l-ammont tagħhom.
Ħruġ ta' offerti — Kotba ġodda - Skejjel primarji u sekondarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħargu l-offerti biex jinxtraw kotba ġodda għall-iskejjel primarji u sekondarji ta’ l-Istat? Jista’ jgħid minn tefa’ offerta u kemm kienet kull waħda? Min rebaħ kull offerta?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fallew ġranet ta' skola t-tfal fl-iskejjel primarji statali matul is-sena skolastika 2001- 2002 fl-iskejjel ta' Bormla, Gżira, Żejtun, Żebbuġ, Mellieħa u Xewkija? Kif kienu mqassmin bejn dawk li kienu awtorizzati u dawk le skond il-livelli tal-klassijiet (Year 1 - Year 6)?
Minn dawk li kienu awtorizzati kemm minnhom kienu ċċertifikati minn tabib b'mard konness mas-sistema respiratorja? Kemm minn dawk li ma kenux awtorizzati ntbagħtilhom social worker biex isegwi jekk jeżistux problemi soċjali fil-familji tat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm tfal qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum sena b'sena u kemm minnhom għaddew minn Malta kollha? Matul dawn l-aħħar ħames snin kemm tfal qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum sena b'sena u kemm minnhom għaddew mill-iskejjel primarji ta' Bormla, Gżira, Żejtun, Żebbuġ, Mellieħa u Xewkija?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif kollu mitlub mill-Onor. Membru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ karozzi wżati mid-Diviżjonijiet/Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent huma ta’ tnejn u ħamsin (52). Minn dawn erbgħa u għoxrin (24) huma Government-owned waqt li tmienja u għoxrin (28) huma mikrija. Fil każ tal-karozzi mikrija il-prezz huwa hekk:
· Sebgħa u għoxrin (27) bit-Lm3.66 kuljum (inkluż il-V.A.T.)
· Waħda (1) bil-Lm5.50 kuljum (inkluż il-V.A.T.)
Il-karozzi huma wżati kif jidher hawn taħt:
Diviż
joni/Dipartiment
Numru ta’ Karozzi
Government-owned
Numru ta’ Karozzi
Mikrija
Policy & Planning
1
0
Office of Review
1
0
Corporate Services Department
3
0
Taqsima tas- Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali - Dipartiment ta’ l-Agrikoltura
11
16
Taqsima tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali –
Plant Health Department
1
4
Taqsima ta’ l-Ikel u Attivita’ Veterinarja
2
8
Taqsima għall-Konservazzjoni u Kontrol tas-Sajd
5
0
Total
24
28
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn karozzi mikrija u dawk proprjeta' tal-Gvern, il-Ministeru u d-dekasteru jagħmlu użu minn tlieta w għoxrin (23) karozza. Minn dawn, disa' (9) huma propjeta tal-Gvern li jintużaw kif ġej :
Ministeru:
Waħda għall-użu tal-Ministru.
Waħda għall-użu ġenerali.
Department of Corporate Services:
Waħda għall-użu ġenerali.
Waħda għall-użu tad-Direttur skond il-performance agreement.
Ċentru għar-Restawr:
Żewġ vannijiet għall-ġarr ta' materjal u attrezzatura fuq postijiet fejn ikun qed isr xogħol ta' restawr.
Kunsill Malti tal-Kultura u l-Arti:
Waħda li tintuża mid-Direttur Eżekuttiv.
Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali:
Waħda għall-użu tas-Sovrintendent skond il-kundizzjonijiet tal-kuntratt tax-xogħol.
Van għall-użu ġenerali.
L-erbatax (14) il-karozza mikrija jintużaw kif ġej :
Ministeru:
Waħda tintuża mill-Kap tal-Ministeru b'kuntratt bir-rata ta' Lm4.80 + V.A.T. kuljum.
Waħda tintuża mis-Segretarju Privat bir-rata ta' Lm 4.80 + V.A.T. kuljum sakemm toħroġ l-offerta.
Department of Corporate Services:
Waħda għall-użu ġenerali mikrija b'kuntratt wara ħruġ ta' offerti bir-rata ta' Lm 4.00 kuljum. Il-prezz jinkludi l-V.A.T.
Kunsill Malti għall-Isport:
Waħda mikrija b'kuntratt għall-Lm4.00 kuljum inkluża l-V.A.T. għall-użu ta' Technical Officer li jagħmel xogħol mal-Kunsill fil-faċilitajiet sportivi differenti.
Patrimonju Malti:
Waħda mikrija miċ-Chairman u mikrija b'kuntratt għal tlett (3) snin bir-rata ta' Lm10.00 kuljum inkluża l-V.A.T.
Waħda wżata miċ-Chief Executive b'kuntratt għall-tlett (3) snin bir-rata ta' Lm 6.76 kuljum inkluża l-V.A.T.
Tnejn użati għal xogħol ġenerali bir-rata ta' Lm 6.90 u Lm 5.75 kuljum, inkluża l-V.A.T., fuq bażi ta' daily hire.
Van għall-użu tat-taqsima ta' manutenzjoni bir-rata ta' Lm 9.20 inkluża l-V.A.T. fuq bażi ta' daily hire mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti:
Tlieta mikrija bir-rata ta' Lm 4.30 kuljum, inkluża l-V.A.T., għall-użu ta' l-impjegati tal-Kunsill għall-qadi ta' dmirijiethom.
Van mikri bir-rata ta' Lm 6.90 kuljum, inkluża l-V.A.T., għall-użu tal-ħaddiema industrijali.
Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali:
Waħda mikrija bir-rata ta' Lm 5.75 kuljum, inkluża l-V.A.T., fuq bażi ta' daily hire għall-użu ġenerali.
Servizz Ċivili — Awditjar tas-sistema ta' l-informatika
Question
L-audit tas-sistemi ta' l-informatika fis-settur pubbliku isir miċ-CIMU jew mill-MITTS innifisha f'isem iċ-CIMU? Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni tar-riżultati ta' audits simili u jekk dawn irriżultawx li kienu konformi ma' prattiċi stabiliti fl-informatika?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-verifika fis-Servizz Pubbliku dwar il-“policies” u “standards” stabbiliti miċ-CIMU isiru miċ-CIMU.
Iċ-CIMU f’ċerti każijiet tikkuntrattja l-MITTS Ltd bħala l-aġent tagħha biex tagħmel verifiki fuq “standards” tekniċi. F’kull każ, iċ-CIMU ikollu l-kontroll u l-koordinazzjoni ta’ dawn l-verifiki.
Ir-riżultati kienu varji u kull fejn instabu prattiċi li ma kienux konformi mal-“policies” u “standards” stabbiliti, nbeda l-proċess biex dawn jiġu konformi mal-“policies” u “standards” maħruġa
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 811 u cioe' jgħid kemm hawn holiday flats, holiday appartments u djar oħra, lokalita' b'lokalita', li għandhom il-liċenzja biex jinkrew u jgħid ukoll jekk teżistix klassifikazzjoni ta' dawn? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti wkoll id-dettalji tal-klassifikazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid minn liema bliet u rħula jridu jkunu l-istudenti sabiex imorru fil-Junior Lyceums tal-bniet u tas-subien separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Catchment Areas jiġu deċiżi finalment wara li jsir l-eżerċizzju biex jistabbilixxi kemm għaddew tfal minn kull belt jew raħal. Għadu kmieni biex tingħata r-risposta għal din id-domanda.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 706 u cioe' jista' jgħid jekk it-titqiba tal-meningite hux out of stock jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu maħsub li din tkun fiċ-ċentri tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta għad-Domanda Numru 706 li tajt fis-Seduta Numru 21.
Skejjel — Tagħlim tal-kompjuter wara l-ħin ta' l-iskola
Question
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-programm tal-gvern biex joffri faċilitajiet ta' kompjuter lill-pubbliku fl-iskejjel wara l-ħin ta' l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministeru ta' l-Edukazjoni f'koperazjoni sħiħa ma' l-E-Malta Commission fi ħdan il-Ministeru ta' l-Informatika u Investiment u b'partnership ma' kumpaniji privati qed jorganizza programm 'My Web' fejn adulti qed jiġu mħarrġa fl-ICT fil-Kompjuter Labs fl-iskejjel sekondarji ta' l-istat.
Jista' il-Ministru jgħid x'feedback kellu l-gvern dwar l-introduzzjoni ta' in-service development programmes fl-ICT għall-għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-feedback kien tajjeb ħafna għax l-attendenza għal-Inset Courses fl-ICT dejjem tkun numeruża. Iżda barra mill-inset courses id-Dipartiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni jorganizza ħafna korsijiet fis-sajf u wara l-ħin ta' l-iskola li l-għalliema jistgħu jattendu b'mod volontarju. Matul din is-sena skolastika attendew ftit inqas minn elf għalliem għal dawn il-korsijiet.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi — Mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ mobile phones li juża l-Ministeru tal-Finanzi u Servizzi Ekonomiċi u d-dikasteri kollha li jaqgħu taħtu huwa ta’ mija wieħed u tletin (131). Matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati li saru mill-istess Ministeru kienet ta’ ħdax-il-elf, disa’ mija u wieħed u disgħin lira u tmienja u sebgħin ċenteżmu ( Lm11,991.78 ), filwaqt li l-ispiża mħallsa s’issa hija dik ta’ tmint elef, mija, ħamsa u għoxrin lira u erbgħa u disgħin ċenteżmu ( Lm8125.94 ).
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (BORG, JOE)
In-numru ta' mobile phones li juża l-Ministeru tiegħi u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħti huwa 59. L-ispiża tas-servizz tat-telefonati ta' l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena kienet ta' LM12,965.30 li minnhu tħallas LM12.156.51.
Tajjeb li nsemmi li dawn il-figuri jinkludu wkoll dawk ta' l-Ambaxxati Maltin f'pajjiżi barranin.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tagħha u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtha? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru ta’ mobile phones li juża l-Ministeru tiegħi u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu huwa għaxra.
L-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kienet ta’ LM1756.03.
Sa llum, is-somma ta’ Lm1587.78 tħallset minn din is-somma.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' mobile phones u l-ispiża tas-servizz.
Billi f'rapport tal-MIC kien intqal li Malta can continue to limit the number of licenses in certain sectors in which self-employed operated, jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk is-setturi fil-qasam tas-self-employed li mhumiex se jkollhom limitazzjoni fil-ħruġ tal-liċenzji rilevanti?
Response (DALLI, JOHN)
Skond il-ħtieġa, l-Gvern għandu ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea li jista’ jillimita l-ħrug tal-liċenzji, iżda s’issa għad ma hemmx deċiżjoni fuq liema setturi tan-negozji għandu jkun hemm limitazzjoni fil-ħruġ tal-liċenzji, u dan għaliex id-deċiżjoni biex ikun hemm limitazzjoni tal-liċenzji ma hemmx bżonn li ssir minn issa.