Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina - roundabout

Question

Jista' il-Ministru jirrikmanda li r-roundabout li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ viċin l-iskola ta' St. Dorothy tiġi nkluża fl-istima tal-landscaping?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li r-roundabout li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ se tiġi mmantenuta u jsir program ta’ tisbieħ, wara li l-isponsor li kien qiegħed jieħu ħsiebha irtira l-isponsorship tiegħu.

Tiswija ta' toroq — Għajnuna finanzjarja mill-gvern Taljan

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-somma flus li se tingħata mill-gvern Taljan bħala għajnuna għat-tiswija tat-toroq tagħna ngħatatx bil-kondizzjoni li x-xogħlijiet li jsiru jkunu jistgħu jitwettqu minn kumpanniji barranin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi peress li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi essenzjalment għal-kundizzjonijiet relatati mal-ftehim magħruf bħala '5th Protocol relating to Economical, Technical and Financial Assistance' bejn il-Gvern Malti u dak Taljan, għalhekk l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Żejtun — Tal-Ħabel l-Abjad - ilma tat-tisqija

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn il-bdiewa li għandhom ir-raba' tagħhom fl-inħawi Tal-Ħabel l-Abjad, iż-Żejtun mhux qed jaslilhom ilma tat-tisqija? Possibbli din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ġimgħa li għaddiet saret laqgħa bejn il-Ministeri kkoncernati fejn ġew diskussi d-diversi ħsarat li jeżistu fis-sistema tat-tqassim ta’ l-ilma mill-Impjant ta’ Sant’ Antnin. Il-ħsarat fis-sistema tat-tisqija ser jiġu rranġati mid-Dipartiment tad-Drenaġġ fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura.

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid xi studji saru u minn min saru fir-rigward ta' l-impatt ambjentali li se jkollhom dawn il-landfills f'din iz-zona pittoreska?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed isegwi l-proċeduri kollha meħtieġa mill-Awtorita' Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar fir-rigward ta' engineered temporary landfills. Għal dan il-għan, tħejja il-Project Description Statement (PDS) sabiex fuqu jkunu jistgħu jibdew il-konsultazzjonijiet ma' l-entitajiet kollha konċernati. Dan il-PDS diġa' qiegħed għand il-MEPA sabiex jitqassam lil kull min jista' b'xi mod jew ieħor jiġi affettwat b'dan il-proġett. B'hekk l-entitajiet kollha konċernati qed jingħataw żmien biżżejjed biex jikkummentaw u jinfluwenzaw it-Terms of Reference li ser jinħareġ wara li jiskadi ż-żmien ta' konsultazzjoni. Wara dan l-istadju jsir l-Environment Impact Assessment (EIA) li fost l-affarijiet oħra, jara x'impatt ambjentali jista' jkun hemm ta' l-inħawi.

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid xi studji saru u minn min saru fir-rigward ta' l-impatt li se jkollhom dawn il-landfills fuq is-siti storiċi li hemm fil-viċinanzi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferri lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1202 dwar engineered temporary landfills.

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista il-Ministru jgħid xi studji saru u minn min saru fuq l-impatt li se jkollha l-attivita' konnessa ma' dawn il-landfills fuq it-toroq ta' l-inħawi li diġa' huma fi stat ħażin ferm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferii lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1202 dwar engineered temporary landfills.

Żejtun — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1025 u cioe' jgħid x'inhi r-raġuni li l-provvista ta' l-elettriku taż-żewġ familji li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament qed tinqata' ta spiss? Għaliex din il-problema ta' dawn iż-żewġ familji baqgħet ma ġietx rimedjata minkejja li ilhom ħafna jirrapportaw dan l-inkonvenjent? Possibbli jsir xi ħaġa għax apparti l-inkonvenjent dawn il-familji qed isofru ħsarat fl-appliances tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-provista ta' l-elettriku fl-inħawi msemmija ġiet investigata u rriżulta li l-kawża ta' l-interruzjonijiet kienet minħabba overloading. Ix-xogħol meħtieġ sar fis-16.06.03 għas-sodisfazzjon tal-konsumatur.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ mobile phones użati mill-Ministeru għall-affarijiet Rurali u l-Ambjent, kif ukoll mid-Diviżjonijiet/Dipartimenti li jaqgħu taħtu, huwa ta’ tnax (12). Hemm ukoll tnejn u tletin (32) mobile phones użati mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Fil-każ tal-Ministeru u d-Diviżjonijiet/Dipartimenti li jaqgħu taħtu, il-kontijiet li waslu jkopru sa April 203. Il-kontijiet tħallsu u dawn kienu jammontaw għal Lm 2,022.87 għall-perjodu minn Jannar sa April ta’ din is-sena. Għar-rigward ta’ l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-ispiża fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kienet ta’ Lm 4,454. Minn dis-somma tħallsu Lm 2,608.22.

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li l-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu jagħmlu użu minn tlettax-il mobile phone. Mhux fuq dawn is-settijiet kollha għadhom waslu l-kontijiet sa' l-aħħar ta' Mejju. Il-kontijiet li waslu jammontaw għal Lm 2,591.19. Minn dan l-ammont s'issa tħallas Lm 1894.61. Irrid inżid li sa Marzu 2003, l-Ministeru kellu perit attached mad-Dipartiment ta' l-Isport. Dan il-perit kien ipprovdut b'mobile phone li sa Marzu, l-ispejjeż tiegħu laħqu għal Lm20.32. Minn dan l-ammont tħallset is-somma ta' Lm 6.68.

Logħob tal-pajjiżi żgħar ta' l-Ewropa

Question

Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tan-nefqa totali għall-ministeru tal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar ta' l-Ewropa li saru f'pajjiżna dan ix-xahar? Kemm minn din l-ispiża tħallset diġa'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma l-Onor Interpellant illi għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta’ l-Ewropa li saru f’Malta, l-Ministeru alloka dawn il-fondi: · Lm 100,000 Allokazzjoni diretta ghall-Organizazzjoni tal-Logħob lill- Kumitat Olimpiku Malti. Din l-għotja ingħatat kollha fl-2003. · Lm 200,000 Allokazzjoni diretta għas-sena 2003 għall-Għajnuna Teknika ta’ l-Atleti lill-Kumitat Olimpiku Malti, li tinkludi l- Bonus lill-Atleti. Sa’ llum ingħataw Lm100,000 minn din l-għajnuna. · Lm 10,000 Laqgħa tat-tmien Ministri tal-Pajjizi parteċipanti, li tinkludi spejjeż ta’ l-akkomodazzjoni, trasport u l-konferenza. Għadna qegħdin nistennew il-kontijiet għal dawn l-ispejjeż. · Lm 80,000 Xiri ta’ tagħmir tekniku (sportiv) għad-dixxiplini parteċipanti. Dan tħallas kollu. · Lm 6,000 Xogħol ta’ armar, arbli, bnadar, uffiċini temporanji eċċ., imħallas kollu mill-Kunsill Malti għall-Kultura w l-Arti. · Lm 90,000 Tqegħid ta’ wiċċ ġdid tat- track ta’ l-Atletika tal- Matthew Micallef St.John Stadium tal-Marsa. Minn din l-ispiża fadal 25% x’jitħallas lill-kuntrattur. · Lm 4,500 Xogħol ta’ modernizzar fuq li s- scoreboard tal-Pixxina Nazzjonali. · Lm 1,900 Xogħol fuq il- pool-deck tal-Pixxina Nazzjonali. · Lm 2,400 Xiri ta’ bankijiet għaċ- changing rooms ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. · Lm 1,311 Xogħol ta’ tiswija ta’ l- ispectators terrace tal- Marsa Sports and Country Club. Ingħata b’xejn, mill-Kunsill Malti għall-Isport, l-użu tal-faċilitajiet sportivi tal-Kottonera, Universita’, Marsa u Pixxina Nazzjonali qabel il-Logħob għal skopijiet ta’ taħriġ u għall-użu waqt il-Logħob stess. Ma’ kienux mitluba ħlasijiet għal tindif tal-faċilitijiet (ħin normali bil-ġurnata), dawl u ilma użati ġewwa l-istess faċilitajiet, u lanqas għal ħlas ta’ ħaddiema tal-Kunsill Malti ghall-Isport (inkluż sahra). Dawn jinkludu: · Kumpless tal-Kottonera - Minn ġimgħa qabel il-Logħob : Sagħtejn kuljum, il-ġimgħa kollha (inklużi s-Sibt u l-Ħadd), għat-taħriġ ta’ l-atleti, inkluż l-użu ta’ dressing rooms u kmamar għal storage ta’ tgħamir (għadu qed jintuża). - Waqt il-Logħob : użu ta’ tlett uffiċini u servizz ta’ tindif (bil-ġurnata) tul il-ġimgħa kollha tal-Logħob. · Sala Sportiva ta’ l-Universita’ - Minn Ottubru 2002 sa’ Diċembru 2002 – sessjoni ta’ erba’ siegħat u nofs (4 ½ ) fil-ġimgħa; - Minn Jannar 2003 sa’ April 2003 - sessjoni ta’ erba’ (4) siegħat u oħra ta’ sagħtejn (2) fil-ġimgħa - Mejju 2003 – sessjoni ta’ sagħtejn (2) kuljum u sessjoni ta’ siegħa u nofs (1 ½) mill-ħin ta’ l-Universita’ - Tlett manifestazzjonijiet tal-Kumitat Olimpiku Malti (għal atleti u voluntiera) Peress li l-preparamenti għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar bdew sa’ mill-1999, ta’ min isemmi nefqiet oħra li saru mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura u, wkoll, direttament mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura li sa’ April 2003 kienu responsabbli mill-Isport. Dawn jinkludu : · Lm 40,000 Nefqa’ għal tapit (sportiv) ġdid għall-Padiljun Sportiv ġewwa Kordin sabiex ikun ta’ livell internazzjonali, flimkien ma’ xogħol ta’ waterproofing fuq is-saqaf ta’ l-istess Kumpless. Din l-ispiża tħallset kollha. · Lm 157,000 Għotja diretta għall-Għajnuna Teknika ta’ l-Atleti lill-Kumitat Olimpiku Malti. Din tħallset kollha fis-sena 2001. · Lm 137,000 Għotja diretta għall-Għajnuna Teknika ta’ l-Atleti lill-Kumitat Olimpiku Malti. Din thallset kollha fis-sena 2002. · Lm 41,500 Valur ta’ 60 personal computer (p.c.’s) misluf ghall- Organizazzjoni tal-Logħob mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. · Secondment ta’ tlett instructors full time mal-Kumitat Olimpiku Malti. Dawn kienu utilizzati fis-segretarjat ta’ l-istess K.O.M. sa mill-2001. L-Onorevoli Interpellant japprezza li din kienet għajnuna li n-natura u l-kobor tagħha huma uniċi fl-istorja sportiva ta’ pajjiżna. Aħna sodisfatti li l-għajnuna ssarfet f'riżultati eċċezzjonali. Ħafna mill-għajnuna saret ukoll f'investiment kemm f'tagħmir u titjib ta' faċilitajiet kif ukoll f'kultura ta' preparazzjoni, liema investiment se jibqa' jitgawda fis-snin li ġejjin.

Tarzna — Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ħadmu fuq bażi temporanju fil-perjodu ta' bejn Mejju, 2002 sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin dawn il-ħaddiema barranin? F'liema dipartiment ħadmu dawn il-ħaddiema barranin u f'liema snajja' jew xogħol ħadmu?

Response (GATT, AUSTIN)

B'referenza għal din il-Mistoqsija Parlamentari t-Tarzna ma impjegat l-ebda ħaddiema barranin fil-perjodu msemmi barra t-tlieta msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5.
Leg 10 PQ #422 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjiegi

Question

Skond il-pjan tal-gvern għal din il-leġislatura, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu maħsub li jiżdiedu jew jonqsu l-impjiegi maċ-ċivil?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-pjan tal-Gvern għal din il-leġislatura għal dak li jirrigwarda l-impiegi fis-Servizz Pubbliku mhuwiex differenti minn dak tal-leġislatura ta’ qabel. L-għan ewlieni jibqa’ li jsir użu massimu mir-riżorsi umani eżistenti u li n-numru jkompli jiċkien mhux biss permezz ta’ inizzjattivi bħal privatizzazzjoni jew ta’ aktar “public private patnership”, iżda wkoll billi tkompli tiżdied l-effiċjenza.
Leg 10 PQ #423 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti li jżuru pajjiżna

Question

Skond il-pjan tal-gvern għal din il-leġislatura, jista' il-Ministru jgħid kemm hu maħsub li se jiżdied in-numru ta' turisti fl-erba' snin li ġejjin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-volum ta' turisti li Malta tista' tattira fis-snin li ġejjin jiddependi ħafna fuq il-klima ekonomika u politika internazzjonali li tinfluwenza din l-industrija internazzjonali. Madankollu, Malta qed tagħmel minn kollox sabiex, sa limiti raġonevoli, tkompli ttejjeb il-kompetittivita tagħha fis-suq internazzjonali, sabiex tkun tista' żżid in-numru ta' turisti li jżuruha. Id-diversifikazzjoni tal-prodott u tas-swieq flimkien ma' l-estensjoni ta' l-istaġun u l-introduzzjoni ta' tipi ta' turiżmu ġdid ilkoll jikkontribwixxu sabiex dan il-għan jintlaħaq.
Leg 10 PQ #926 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Palazz tal-President — Bini ta' fejn jiltaqa' il-parlament

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-hsieb li jbiddel il-lokazzjoni ta' fejn illum jiltaqa' il-parlament? Jekk fl-affermativ, x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nhar il-25 ta’ Ġunju fil-Parlament, jien awgurajt li jkun hawn xi forma ta’ kunsens dwar kif nistgħu jkollna ambjent fiżiku tal-Parlament ħafna aħjar milli hu llum.

Arrtrati — Pensjonati - Ex ħaddiema ta' Farsons

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata ż-żieda u anke l-arretrati ta' l-istess żieda lill-pensjonati ex-ħaddiema ta' Farsons u dan skond kif stipulat fl-aħħar ftehim kollettiv? Jista' jgħid x'qed iżomm milli din iż-żieda tingħata u għaliex sar dan id-dewmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li r-revi¿joni tal-pensjonanti li kienu jahdmu ma’ l-a¿jenda ndikata mill-Onor. Interpellant qed issir u mistennija tkun lesta fi ftit gimghat ohra. Kull ftehim kollettiv gdid igib mieghu revi¿joni tal-pensjoni tas-Sigurta’ Socjali ta’ dawk il-pensjonanti li kienu jahdmu ma’ l-a¿jenda rispettiva. Dawn ir-revi¿jonijiet jirrikjedu ammont sostanzjali ta’ xoghol preparatorju li jista’ jikkaw¿a xi dewmien biex tinhadem ir-rata tal-pensjoni gdida f’certu ka¿ijiet.
Leg 10 PQ #943 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Protocol finanzjarju — Italja

Question

Jista' il-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar fiex wasal formalment il-protocol finanzjarju u tekniku ma' l-Italja?

Response (BORG, JOE)

Il-Ħames Protokoll dwar Assistenza Ekonomika, Teknika u Finanzjarja bejn Malta u l-Italja, li kien iffirmat fl-20 ta' Diċembru 2002, ġie ratifikat minn naħa Maltija fit-23 ta' Jannar 2003. Sabiex jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll jeħtieġ li jiġi ratifikat ukoll mill-Gvern Taljan. Bħalissa, l-awtoritajiet Taljani għaddejjin bil-proċess meħtieġ sabiex il-Protokoll ikun ratifikat ukoll minn naħa ta' l-Italja. Fil-fatt, wara li l-Protokoll ġie approvat mill-Kunsill tal-Ministri Taljan u ġie ffirmat mill-President Taljan, issa jinsab quddiem il-Senat u l-Kamra tad-Deputati Taljani għall-approvazzjoni tiegħhom, u wara li jitlesta dan il-proċess tar-ratifika da parti ta' l-Italja, il-protokoll jidħol fis-seħħ.
Leg 10 PQ #944 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Malta u Ċipru — Maritime Control Centre

Question

Il-Gvern Malti ġie kkonsultat mill-Gvern Taljan dwar l-allegata proposta tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Frattini biex Malta u Ċipru jwaqqfu Maritime Control Centre għas-south east tal-Mediterran biex iżommu fihom l-immigranti illegali? Jekk iva, x'kienet ir-rejazzjoni tal-Gvern Malti dwar dan?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma li l-Gvern Malti kien avviċinat mill-Gvern Tljan dwar il-proposta li ġiet imsemmija fl-intervista li ġiet mogħtija mill-Onorevoli Franco Frattini Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan, lill-Corriera della Sera, fl-edizzjoni tal-24 ta' Ġunju, 2003. Din tikkonċerna proposta Taljana li jitwaqqfu fost oħrajn ġewwa Malta u Ċipru ċentri ta' detenzjoni temporanji fejn jiġu miżmuma immigranti illegali li jinqabdu f'operazzjonijiet fil-baħar u li mbagħad jiġu mibgħuta lura lejn pajjiżhom. F'dan ir-rigward il-Gvern Malti, filwaqt li tenna x-xewqa tiegħu li tkompli tikber dejjem aktar il-koperazzjoni tajba li diġa' hemm bejn iż-żewġ pajjiżi fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, wassal l-oppożizzjoni tiegħu lill-Gvern Taljan fir-rigward tal-propsta Taljana u fakkar li f'Malta, minkejja ċ-ċokon u ir-riżorsi limitati tagħna, diġa' hawn 5 ċentri ta' detenzjoni li fihom qed jinżammu preżentement madwar 500 persuna. Fuq aspetti oħra tal-propsta li jolqtu ko-ordinazzjoni aħjar fis-sorveljanza ta' l-ibħra ta' madwarna, il-Gvern wera l-appoġġ tiegħu fil-prinċipju.
Leg 10 PQ #945 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Leisure Clubs — Malta, Għawdex u Kemmuna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 801, jista' il-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fuq l-bars, night clubs, diskoteki, gyms, sports facilities privati, fitness centres, u entertainment establishements?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #946 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjegati — Ħaddiema li jaħdmu fil-lukandi

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 756 u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li kienu jaħdmu fil-lukandi fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn ħadmu f'Malta u kemm minnhom ħadmu f'Għawdex? Jista' jgħid x'kienet il-medja ta' l-eta' ta' dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu fuq kuntratt definit, indefinit u part-timers?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru n-numru ta' ħaddiema 'full-time u part-time only' (nisa u rġiel Maltin u Għawdxin li kienu jaħdmu fis-settur tal-lukandi f'Diċembru 1999, 2000, 2001 u 2002. Il-medja ta' l-eta' tan-nisa u ta' l-irġiel li kienu jaħdmu full-time fil-lukandi u ristoranti f'Malta u Għawdex għal Diċembru 1999, 2000, 2001 u 2002. Min iħaddem mhux obbligat jinforma lill-ETC jekk l-impjieg hux fuq bażi ta' kuntratt definit jew indefinit.
Leg 10 PQ #947 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Bars u Pubs — Malta, Għawdex u Kemmuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 800 u cioe' jgħid kemm jammontaw il-Bars, Pub's u stabilimenti simili li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita', u x'klassifikazzjoni għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu għandha 1,885 bars u pubs, 21 Coffee Shops u 19-il kioskf'sit fiss reġistrati u liċenzjati magħha. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi liema huma u kemm hemm f'kull lokalita, f'Ġunju 2003. Dawn l-istabbilimenti għandhom klassi waħda.