Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1141 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Transfers

Question

No question text.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #1142 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Marda tal-Cancer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-cancer fis-sena 2003 sal-lum u kemm kellhom eta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kif hemm 332 persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul l-ewwel ħames xhur ta' 2003 f'residenti ta' Malta u Għawdex, skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. L-etajiet ta' dawn il-persuni hija kif ġej: Eta` Numru ta' Mwiet 0-14 0 15-24 1 25-34 3 35-44 10 45-54 22 55-64 58 65-74 112 75 and over 126 TOTAL 332
Leg 10 PQ #1143 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Suwiċidji — 2002

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji mil-bidu tas-sena 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 684, sat-30 ta` Ġunju 2003 ġie irrappurtat lill-Pulizija każ ieħor ta` suwiċidju.

Marsa — Żebgħa tat-triq

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir mill-ġdid iż-żebgħa tat-triq quddiem is-super one u l-Marsa ta' l-ingliżi peress li ż-żebgħa m'għadhiex tidher?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qed tagħmel dan it-tip ta' xogħol u xogħol ieħor relatat ma' street furniture fil-lokalitajiet kollha u x-xogħol indikat mill-Onorevoli Interpellant isir skond il-programm adottat għal dan ix-xogħol.

Birgu — Persuna li qed titlob permess biex taħdem f'pajjiżna

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħareġ il-permess lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex taħdem hawn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-talba għall-ħruġ ta` liċenzja ta` impjieg dwar il-persuna li tagħha ta d-dettalji l-Onor. Membru għadha qed tiġi pproċessata. Din it-talba għad trid tiġi eżaminata mill-Bord li jipproċessa talbiet għall-ħruġ/tiġdid ta` liċenzji ta` impjieg u għalhekk f`dan l-istadju ma tistax tingħata tweġiba jekk hux ser jinħareġ permess f`dan il-każ.

Wied il-Għajn — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li l-applikanta tiġi allokata fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma’ applikazzjonijiet ohrajn pendenti li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Isla — Xiri ta' fond

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt ta' xiri tal-fond bejn l-uffiċċju konġunt u l-inkwilina rikonoxxuta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għax-xiri tal-fond in kwistjoni tinsab fl-aħħar fażi tal-proċess ta` verifikazzjoni u reġistrazzjoni qabel ma jkun jista` isir il-kuntratt li mistenni li isir fi żmien qasir.

Floriana — Triq Sant'Anna - fond nru. 56/2

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid lil min hu mikri l-fond nru. 56/2, Triq Sant'Anna, Floriana? Meta ġie mikri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma nhossx li nformazzjoni ta’ din in-natura ghandha tigi ppubblikata. Nista’ nghid biss li l-appartament ikkoncernat qieghed taht investigazzjoni minn naha tad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Ħamrun — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li l-applikanta tiġi allokata fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma’ applikazzjonijiet ohrajn pendenti li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Bormla — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jista' jagħtini kopja tar-rapport magħmul mill-housing inspector meta dan żar dan il-fond? X'inhi t-tama li l-imsemmija applikanta tiġi allokata fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien m’ohrajn simili. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi lil persuna kkoncernata lid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali biex tara hi stess l-applikazzjoni taghha.
Leg 10 PQ #1176 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati maċ-Ċivil — Benefiċċji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'benefiċċju barra s-salarju għandhom impjegati fiċ-Ċivil fi Skala1, Skala 2, Skala 3, Skala 4?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Naħseb li l-Onorevoli Membru jaf li mhux kull min qiegħed fuq skala ta’ salarju 1 sa 4 għandu xi benefiċċju barra s-salarju iżda huma s-Segretarji Permanenti, d-Diretturi Ġenerali u d-Diretturi li qegħdin fuq “performance agreement” għal tliet snin li għandhom il-“performance bonus”, l-“expense allowance”, karozza uffiċjali, u s-servizz tat-telefon b’xejn.

Msida — Tindif tat-toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li titnaddaf Triq John Borg Msida (minn Triq Qrejten sa l-entratura tal-Junior College) li hija mimlija ħmieġ ta' l-annimali, żibel u skart, aktar u aktar meta din it-triq hija frekwentata minn numru kbir ta' studenti li ta' kuljum jattendu l-iskola?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u billi t-tindif ta` toroq, li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tagħhom, huwa funzjoni delegat lilhom skond Art 33 ta` l-Att, nissuġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Msida — Dawl fit-Toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li ż-żona tal-kantuniera bejn triq Qrejten u triq John Borg Msida jitpoġġa arblu tad-dawl peress li meta jidlam dan qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li t-tidwil tat-toroq fl-Imsida gie delegat lill-Kunsill Lokali, nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel it-talba tieghu lill-Kunsill koncernat.

San Ġiljan — Dawl fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġi miżjud aktar dawl fi triq it-Tabib John Buontempo, The Village, San Ġiljan, bejn triq il-Baħar l-Iswed u Triq Marmora, peress li ta' spiss qed jiġu rapportati attentati ta' serq minn din iż-żona?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-istreet lighting f'San Ġiljan ġie devolut lill-Kunsill Lokali, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel it-talba tiegħu lill-Kunsill konċernat.
Leg 10 PQ #1184 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivani mal-Gvern — Reklutaġġ ta' skrivani ġodda

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta ser jibda r-reklutaġġ tal-persuni li għaddew mill-eżami għal skrivan mal-Gvern? Għal kemm jgħodd dan l-eżami?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 1 fis-Seduta Numru 4 tat-28 ta’ Mejju 2003. Ninsab infurmat li l-eżami għar-reklutaġġ ta’ Skrivani fis-Settur Pubbliku huwa validu għal żmien sena mill-ħruġ tar-riżultat uffiċjali li kien is-16 ta’ Mejju 2003.

Xgħajra — Xogħol ta' upgrading

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 920, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ta' upgrading li kien imwiegħed li se jsir fix-Xgħajra issa jidher li mhux se jsir?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' disinn fuq il-proġett ta' tisbiħ fix-Xatt tax-Xgħajra għadu għaddej. Bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-MEPA biex jinbidlu xi affarijiet mid-disinn. Fil-fatt dan il-proġett għadu nkluż fil-Business Plans tat-Taqsima tax-Xogħlijiet 2004/2006. Ix-xogħol indikat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 920 jirreferi għax-xogħol li fuqu t-taqsima tax-Xogħlijiet ser tkun qiegħda taħdem bejn Ottubru u Ġunju 2004.
Leg 10 PQ #1189 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Malta — Schengen Visa

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 935, jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern jistax juża l-visa "with Limited Terminal Validity" għal skop ta' turiżmu bħala "każ ta' interess nazzjonali"; biex ir-regolamenti ta' schengen ma jfixxklux jew inaqqsu t-turiżmu li jeżisti bejn Malta u l-Libja?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` spjegajt, l-ipproċessar ta` Schengen visas isir skond kif hemm provdut fil-Common Consular Manual. Il-visa magħrufa bħala Limited Territorial Validity hija maħsuba għal każijiet eċċezzjonali u mhux bħala regola. Ma narax li għandu jkun hemm xi diffikulta` sabiex persuna, minn xi pajjiż li jkun jenħtieġ il-visa mad-dħul ta` Malta fis-sistema Schengen, iżżur Malta bħala turist.

Żurrieq — Bdil ta' wire tal-kurrent elettriku

Question

Jista' il-Ministru jara li l-wire li jidħol fid-djar sabiex jissuplixxi l-kurrent elettriku lil tlett idjar fosthom Il-Ħarruba fi Triq Dun Nard Mallia fiż-Żurrieq jiġi mibdul bħal kumplament stante li konsegwenza ta' dan in-nuqqas il-provvista qegħda tkun baxxa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ix-xogħol meħtieġ biex tissaħħaħ il-provista ta' l-elettriku fl-inħawi msemmija għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili sa l-aħħar ta' Lulju 2003.

Maltacom p.l.c. — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħames Għawdxin li jaħdmu mal-Maltacom p.l.c. u li ta' kuljum iridu jmorru Malta għax-xogħol u jirritornaw lura fil-għaxija qegħdin jiġu mġiegħla li biex jingħataw is-servizz ta' trasport iridu bilfors jiffirmaw dikjarazzjoni li huma personalment responsabbli għall-ħlas ta' danni lilhom personali u/jew lill-passiġġieri fl-istess vettura u għal kull ħlas ieħor spettanti lil terzi anke f'każ ta' danni fuq proprjeta' mobbli u/jew immobbli tal-Maltacom p.l.c. jew ta' terzi u dan f'każ li l-assigurazzjoni maħruġa fuq l-istess vettura għal kwalunkwe raġuni ma tkoprix l-istess danni? Għaliex sħabhom Maltin ħaddiema tal-Maltacom ma ġewx imġiegħla jiffirmaw l-indemnity form?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Buġibba — Xogħol ta' asfalt

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li z-zona shaded fuq is-site plan annessa separatament tingħata wiċċ xieraq minħabba l-inkonvenjent kbir u l-istat preżenti tagħha qed jikkawża?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.