Legislature:
Category:
Reset
Active:

Użu tat-teknoloġija

Question

Billi mill-elezzjoni 'l hawn twaqqaf Ministeru speċifikament għat-Teknoloġija tal-Informatika x'inhuma l-oġġettiv ġodda biex Malta tkompli tgawdi mill-opportunitajiet li joffri l-użu tat-teknoloġija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghalkemm f'din il-legislatura twaqqaf ghall-ewwel darba Ministeru specifkatament responsabbli mit-teknologija ta' l-informazzjoni, dan il-qasam m'huwiex xi haga gdida fil-politika ta' Gvernijiet Nazzjonalisti. Ghalhekk il-hidma ta' dan il-Ministeru ser tkun ibbazata fuq il-konsolidazzjoni tal-hidma li saret sal-llum f'dan il-qasam u ser tkun iffukata fuq tliet ghanijiet principali: 1) It-tishih tas-socjeta u l-ekonomija ta' l-informazzjoni Maltija 2) It-tkattir f-uzu ta' l-ICT fl-oqsma kollha ta' l-amministrazzjoni pubblika 3) Il-partecipazzjoni tas-settur privat Malti fis-suq internazzjonali ta' l-ICT
Leg 10 PQ #1114 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Tribunal għall-ksur tal-liġijiet

Question

F'liema Kunsill Lokali isiru laqgħat tat-tribunal għall-ksur tal-liġijiet irrappurtati mill-wardens? Jista' f'kull każ jgħid liema bliet/irħula ikopri tribunal? Jista' jgħid ukoll min jippresiedi kull tribunal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1115 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Tribunal — Ksur tal-liġi - Wardens

Question

Kemm saru laqgħat ta' kull tribunal imwaqqaf apposta biex jiddelibera fuq ksur tal-liġi irrappurtati mill-wardens fl-ewwel sitt (6) xhur tas-sena? F'dawn is-sitt (6) xhur ta' din is-sena x'kien l-ammont ta' multi imwaħħla minn kull tribunal separatament? Kemm minn dawn il-multi (fi flus) għadhom ma tħallsux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1116 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Multi — 2001 - 2002 - Tribunali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm (fi flus) kien hemm multi li twaħħlu mit-tribunali fl-2001 u 2002? Jista' jagħti il-lista' b'kull tribunal separatament? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-multi baqaw ma tħallsux ukoll f'kul tribunal separatament? X'qed isir biex jinġabru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija qegħdin isiru diskussjonijiet mill-Local Enforcement System Management Committee biex tinstab soluzzjoni għal ġbir tal-multi li għadhom pendenti.

Rotta Numru 40 — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mir-rotta Numru 40 li sservi Ħal Lija, Ħal Balzan u Ħat Attard meta, minħabba ix-xogħol li ilu sejjer tmien xhur fi Triq il-Kbira f' Ħal Balzan m'għadiex tuża ir-rotta tas-soltu? Meta tkun lesta dinm it-triq se jsir xi kambjament f'din ir-rotta? Japrezza il-Ministru li dawk li jużaw regolarment il-karozzi tal-linja qed ibgħatu minħabba ix-xogħlijiet f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li jitlesta x-xogħol fi Triq il-Kbira Balzan, ir-rotta 40 issir waħda ċirkolari li tgħaddi minn Triq il-Kbira one-way biss. Dan l-arranġament sar bi ftehim bejn id-Direttorat għat-Trasport Pubbliku, il-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan, id-Direttorat għall-Imaniġjar tat-Traffiku u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. Infurmat ukoll li wara li x-xogħlijiet fl-imsemmija triq jintemmu, ir-residenti għandhom ikunu moqdija aħjar.

MEPA — Esproprjazzjoni ta' art privata

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1092 u cioe' jista' il-Ministru jinvestiga ilment li wasalli mingħand grupp ta' residenti li joqogħdu fi blokk bini li d-dettalji tagħhom u korrispondenza oħra relatata qed jintbagħtu separatament, fejn żviluppaturi privati qed jheddu li jitolbu lill-gvern jesproprja l-proprjeta' privata tagħhom proprju fejn hemm il-ġnien u s-swimming pool biex jgħaddu triq? Il-MEPA irċeviet xi applikazzjoni f'dan is-sens? Jekk iva, meta u fejn waslet din l-applikazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent (MEPA) investigat l-ilment ta’ grupp ta’ residenti, li rceviet fil-11 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, fejn ġie allegat li l-iżviluppatur iddikjara li l-art li trid tinfetaħ bħala triq kienet art privata tiegħu. Irriżulta mill-informazzjoni ta’ l-applikazzjoni li l-izviluppatur ma’ ddikjarax li din l-art hija tiegħu. Il-MEPA ma tircievix applikazzjonijiet għal esproprjazzjoni ta’ art. Ta’ min jgħid li saret applikazzjoni, PA 6448/02 li ser tiġi kkunsidrata quddiem il-Kummissjoni għall-Iżvilupp nhar it-Tnejn, 14 ta’ Lulju 2003. Din l-applikazzjoni saret wara li nħareġ il-permess PA 7954/95 u s-surveyors tal- MEPA ħarġu l-linja fuq is-sit u mponew ‘splays,’ u allura l-iżviluppatur kellu jibdel il-pjanti. Ix-xogħol li għaddej issa huwa skond il-pjanti approvati fl-applikazzjoni PA 7954/95. Mill-informazzjoni li għandha l- MEPA, jirriżulta wkoll li l-iżviluppatur għamel talba formali lill-Kummissarju ta’ l-Art ta’ esproprjazzjoni ta’ art biex tinfetaħ it-triq li ħarġet minn kundizzjoni tal-permess oriġinali. Ta’ min jinnota li din it-triq ilha ‘schemed road’ fis-snin sittin u ġiet kkonfermata fis-Skemi ta’ Żvilupp Temporanji approvati mill-Parlament f’ Ġunju 1989.
Leg 10 PQ #1119 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Pompa tad-drenaġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li ssir il-pompa tad-drenaġġ fi Triq Kavallier Żammit Haber Xewkija Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-pompa tad-drenagg fi Triq Kavallier Zammit Haber, Xewkija, Ghawdex hija nkluza fil-programm ta’ xogholijiet ghat-3 snin li gejjin.

MEPA — Proġetti ambjentali

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa li l-MEPA għamlet għas-somma ta' Lm500,000 fuq proġetti ambjentali f'dawn l-aħħar sentejn? Liema kienu l-proġetti li saru u liema għaqdiet ingħataw l-għajnuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtorita’ ta’ Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) allokat fondi li huma ddedikati għal proġetti ambjentali. Bħalissa l-Awtorita’ għandha f’ idejha is-somma ta’ Lm 406,232. Is-somma totali li hemm ddedikata għal dawn il-proġetti hi ta’ Lm 612,232, iżda parti minn dawn il-fondi għadhom ma nġabritx minħabba l-fatt li diversi ħlasijiet għal dan il-fond għandhom jiġu mħallsa fuq diversi snin skond kunidizzjonijiet f’ diversi permessi għall-iżvilupp. Il-fondi għall-proġetti huma ppjanati li jintefqu kif hawn fit-tabella hawn taħt. Ta’ min jinnota li diversi proġetti li jidhru hawn taħt diġa inbdew b’ kollaborazzjoni ma’ gruppi mhux governattivi u Kunsilli Lokali, iżda għad ma sarux ħlasijiet fuqhom. L-Aworita’ għamlet kundizzjoni li ħlasijiet fuq proġetti jsiru meta l-proġetti jitlestew b’ mod soddisfacenti. Fund Designation Total Fund Value (Lm) Amount currently paid (Lm) Fund for new projects 76,756 56,756 Contingency fund 64,500 44,500 Dwejra (Gozo) Fund 24,365 14,365 Gebel Ciantar Interpretation Strategy Fund 5,000 5,000 Fort Madliena Rehabilitation Fund 5,000 5,000 Wied il-Ghasel Restoration Fund 10,000 10,000 Wied Ghollieqa Fund 15,000 15,000 Qala Interpretation Strategy Fund 5,000 5,000 Artificial Reef Project 50,000 50,000 Dwejra Lines Fund 5,000 * Victoria Lines Fund 5,000 * Cirkewwa Project Fund 20,000 0 Ghar il-Kbir Fund 5,000 0 L-Ahrax Environmental Fund 215,000 115,000 Delimara Marine Conservation Area Fund 27,000 17,000 Tal-Bakkari Restoration Fund 3,000 * Balconies Fund 78,611 58,611 Sealand (Xemxija) Fund 7,000 7,000 Mellieha Afforestation Fund 5,000 5,000 Qala Benches Fund 1,000 1,000 Comino MCA Fund 10,000 10,000 Kiln Restoration Fund 25,000 17,000

Buskett — Winery

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-winery fil-Buskett ġietx mogħtija b'xi tip ta' titlu lill-privat? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim relattiv? Jekk fin-negattiv, b'liema mod ġiet użatha l-winery bħala restaurant waqt l-Imnarja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-winery tal-Buskett ma ġiet mogħtija bl-ebda titlu lill-privat. Il-winery u l-għelieqi tagħha qegħda tieħu ħsiebhom is-sezzjoni tal-Vitikultura u l-Enoloġija fi ħdan id-Diviżjoni għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali. Waqt l-Imnarja il-bitħa tal-winery ġiet użata għal attivita’ tal-Korp tal-Pulizija, liema attivita’ ilha ssir għal bosta snin.

Kunċert ta' Elton John — Involviment tal-Ministeru

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien u fiex kien jikkonsisti l-involviment tal-Miniteru fil-kunċert ta' Elton John?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru silef il-materjal biex jintrama parti mill-istand għall-ispettaturi. Xi ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru wettqu xogħol fiż-żarmar ta' l-istess stand. Il-ħlas tas-sahra ta' dawn il-ħaddiema se jitħallas mill-organizzaturi. Kienu mislufa wkoll madwar disa' mitt (900) siġġu għal dik il-parti magħrufa bħala Golden Circle. L-organizzaturi ntalbu biex jagħmlu assikurazzjoni għall-użu ta' dawn is-siġġijiet. Il-ħlas għall-ġarr tal-materjal għall-armar ta' l-istand u tas-siġġijiet sar mill-organizzaturi.
Leg 10 PQ #1124 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Korsa taż-Żwiemel — Ta' Xħajma - Xogħlijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 883, tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet li jsiru regolarment fuq il-korsa taż-żwiemel tax-Xħajma u b'liema frekwenza jsiru dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħlijiet li jsiru fil­korsa taż­żwiemel tax­Xħajma jinkludu twittija ta' ramel, qtugħ ta' ħaxix ħażin, żbir u ħart. Minn Settembru 2002 sa Marzu 2003 sar ukoll xogħol ta' manutenzjoni li jinkludi brix u żebgħa tar­railing, manutenzjoni fil­gallerija tal­premijiet, bini ta' ħajt kif ukoll manutenzjoni fl­uffiċċji u fil­gates.
Leg 10 PQ #1125 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pixxina

Question

B'referenza għal-mistoqsija parlamentari numru 839, tista' il-Ministru tgħid fejn ser tinbena l-pixxina, id-daqs tagħha, kif ukoll dwar il-faċilitajiet li l-pixxina hija maħsuba li jkollha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-bini ta’ pixxina f’Ghawdex ghadu mhux fl-istadju tad-dettal mitlub mill-onor interpellant.
Leg 10 PQ #1127 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — ħaddiema li ħarġu bis-sensja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1083 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' fl-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew issensjati ħaddiema minħabba għeluq ta' kumpanniji jew riżultat ta' tnaqqis ta' ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' ħaddiema li kienu ssensjati u ġew jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar sitt xhur ta' din is-sena (2003) kien ta' 253 f'Jannar, 168 fi Frar, 123 f'Marzu, 191 f'April, 199 f'Mejju u 204 f'Ġunju.

Kunċert ta' Elton John — Kontribut finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatax kontribut finanzjarju da parti tal-Ministru għall-kunċert ta' Elton John? Jekk iva, jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont u għal xiex intużaw il-flus?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 1122.

Żejtun — Transfer ta' linja tat-telefon

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 913 u cioe' possibbli l-Maltacom tara li tagħmel it-transfer ta' dan it-telefon li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fl-aqsar żmien possibbli għaliex f'din id-dar jgħix tifel żgħir li hu marid serjament u minħabba f'hekk ikun hemm bżonn ta' kuntatt kontinwu ma' l-isptar u t-tabib, u xi drabi anke b'mod urġenti? Billi l-familja subscriber ta' dan it-telefon ilha ħafna tinsisti għal dan it-transfer, jistgħu jittieħdu passi ħalli jsir fl-aqsar żmien possibbli minħabba r-raġunijiet imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li nifhem li l-Onor. Interpellant għamel id-domanda biex jaqdi d-dmir tiegħu ta' Membru Parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellant jifhem li l-Maltacom ma hiex dipartiment tal-Gvern iżda kumpanija kkwotata fuq l-iStock Exchange. Konsegwentament, din it-tip ta' informazzjoni hi min-natura tagħha privata u mhux kompitu li tiġi mistħarġa min dan il-Parlament. Hemm ovvjament mezzi dwar kif wieħed jista' jizgura li kumpanija bħal Maltacom tagħti is-servizz tagħha b'effiċjenza.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Grazzja - Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministtru jirrispodi l-mistoqsija parlamentari 931 u cioe' jista', permezz tal-korporazzjoni Enemalta, jinvestiga ilment li wasal għandi li ċerti residenzi fi Triq il-Grazzja, Ħaż-Żabbar qed isofru ta' spiss qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku? Billi dan qed jiġri ta' spiss, possibbli li din il-problema tiġi rrimedjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ix-xogħol meħtieġ biex tiġi rimedjata l-problema ta' qtugħ fil-provista taħ l-elettrikku kien diġa' mibdi u issa dan tlesta fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju.

Żejtun — Triq Xorb l-Għaġin - arbli

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1009 u cioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 491, possibbli l-korporazzjoni Enemalta tispjega għalfejn fi Triq Xorb l-Għaġin, fiż-Żejtun/Marsascala ilhom snin twal li twaħħlu arbli ġodda biex jinbidlu dawk imsadda u l-wires baqgħu qatt ma ġew trasferiti għal fuq l-arbli l-ġodda bil-konsegwenza li llum jeżisti periklu minħabba l-istat ta' l-arbli l-qodma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 491 f' seduta 18 tat-2 ta' Lulju 2003.

Ta' Qali crafts centre — Dawl ma' l-arbli

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1010 jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 489 u cioe' possibbli l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex tgħaddi d-dawl fil-crafts centre f'Ta' Qali billi twaħħlu l-arbli xhur ilu u d-dawl ma tkompliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ix-xogħol ta' street lighting fil-Crafts Centre Ta' Qali huwa mibdi u għandu jitkompla hekk kif jinħarġu l-permessi tat-trinek neċessarji. Dawn il-permessi ntalbu fit-18.06.03.

Persuni b'diżabilita' — Homes

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' jistennew biex jidħlu f'xi home għall dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi ghad-Djar Residenzjali ghal Persuni b’Di¿abilita’ mmexxija mill-Agenzija Sapport, ninsab infurmat li hemm 21 persuna b’dizabilita’ li t-talba taghhom biex jidhlu f’xi wahda minn dawn id-Djar ghadha pendenti. Ninsab infurmat ukoll li 15 minn dawn it-talbiet ghad iridu jigu riferuti lis-Service Allocation Committee mahtur apposta biex jikkunsidra talbiet bhal dawn.

St Vincent De Paule — Pazjenti - Air Conditioner

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali f'St Vincent De Paule li pazjenti fihom talbu għal air conditioner?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li m’hemm ebda talba pendenti minn pazjenti ghal installar ta’ air conditioning fis-swali fir-Residenza San Vincenz. Ta min jghid li kull refurbishment fis-swali li sar jew li hemm mahsub li jsir f’din ir-Residenza minn dan il-Gvern dejjem jinkludi l-installar tas-sistema ta’ air conditioning.