Legislature:
Category:
Reset
Active:

Affarijiet Rurali u Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew id-dipartiment ikkonċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onorevoli Interpellant jeħtieġ informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qiegħed jirreferi għall-għoti ta' kuntratti pjuttost milli subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara dan fil-mistoqsija tiegħu.

Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Irrid inżid li dawn id-direct orders ingataw skond ir-regoli finanzjarji.

Assistenti Kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-applikazzjonijiet għal Assistenti Kapijiet fil-primarja u fis-sekondarja jistgħu japplikaw biss dawk li għandhom l-grad ta' għalliem? X'inhi r-raġuni li hemm instructors kemm fil-primarja u kemm fis-sekondarja li għandhom permanent warrant imma ma jistgħux japplikaw għal dan il-post ta' Assistant Kap? Minħabba li ilu jingħad li għaddejjin diskussjonijiet ma' l-union dwar l-instructors ħalli dawn jiġi ntegrati fil-grad ta' teacher, jista' jgħid fhiex jinsabu dawn id-diskussjonijiet u jekk hemmx il-possibilita' li dawn jingħalqu qabel it-28 ta' Ġunju, 2007 ħalli fil-każ ikunu jistgħu japplikaw għal dawn il-postijiet ukoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikazzjonijiet imsemmija huma skond il-kriterji ta' eliġibilita' eżistenti. Id-diskussjonijiet bejn Gvern u l-Union konċernata huma fi stadju avvanzat ħafna.

Skejjel — Statistika

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statistika dwar il-parteċipazzjoni u l-acheivments ta' minoranzi differenti fl-iskejjel ta' l-istat, tal-Knisja u privati kif ukoll fl-MCAST u fl-Universita' ta' Malta minn Jannar 2007 sal-lum? Kien hemm ċirkostanzi fejn dawn ġew segretati? Jista' ġentilment jagħti din l-informazzjoni skond l-enrolment rates, l-attendenza u kemm iddropjaw, l-attainment u l-performance rate, skond l-iskola u/jew l-educational track, l-availability u l-parteċipazzjoni fil-lingwa tat-twelid, parteċipazzjoni fil-life-long learning, il-literacy rates u skond il-gender, l-eta', ir-razza u r-reliġjon?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ewwelnett mhuwiex daqshekk ċar għaliex qed jirreferi l-Onor. Membru meta jgħid "Jista l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda l-istatistika dwar il-prteċipazzjoni u l-'achievements' ta' minoranzi differenti. Barra minn hekk t-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Membru għall-istituzzjoni kollha edukattivi pubbliċi u privati f'Malta u Għawdex ma jiġix kompilat b'mod li nista' nagħti tweġiba. Tlabt li tiġi formulata template bl-iskop li nikkonsidra tistax tingħata l-informazzjoni.

Immigranti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ħa l-gvern fi ħdan is-settur edukattiv fir-rigward ta' immigranti u minoranzi oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-settur edukattiv il-Gvern ħa diversi inizjattivi fir-rigward ta' immigranti u minoranzi, bħal: Pubblikazzjoni ta' Gwida għall-Implimentazzjoni tal-Politika tal-Kurrikulu Nazzjonali dwar Edukazzjoni Inklussiva NCC 2002. Ratifika tal-Konvenzjoni ta' Lisbona dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki dwar l-Edukazzjoni Għolja u t-transposizzjoni tagħha (A.V. 280/2006). L-Att XVIII dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki u leġislazzjoni relatata. Tagħlim fil-Malti u l-Ingliz baziku għal adulti barranin.

Educational/support measures

Question

Could the Minister provide information regarding any eductional/support measures to members of ethnic minorities or other minorities? Are there any specific support services for members of such minorities? How many children belonging to minorities receive complimentary support and/or have a facilitator? Are ther any measures regarding parents of minority children? What funding exists (if any) for any such projects? (Kindly specify any available data in terms of gender, age, race and religion)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Tfal ta' minoranzi etniċi - Numru ta' tfal Sess Total M F Skejjel Primarji 110 108 218 Skejjel Sekondarji 42 81 123 Total 152 189 341 Informat ukoll li l-mizuri u/jew għajnuniet oħra li qed jingħataw lill-minoranzi etniċi u minoranzi oħra, speċjalment fl-iskejjel primarji, huwa s-servizz ta' l-Edukazzjoni Kumplimentari jew l-għajnuna tal-Facilitator. Fis-sekondarja dawn l-istudenti jattendu klassijiet bi gruppi zgħar għal taħriġ fil-ħiliet baziċi fil-litterizmu u numerizmu. Il-parti l-kbira ta' dawn it-tfal, speċjalment fil-Primarja, jirċievu edukazzjoni kumplimentari. Ftit huma dawk it-tfal li għandhom bzonn facilitator. Hemm oħrajn li huma integrati u jimxu sew mall-programmi tal-klassi, speċjalment fil-Junior Lyceums. Mizuri li jieħdu l-iskejjel, huma li jibgħatu għall-ġenituri biex jagħtuhom spjegazzjoni dwar is-servizz provdut. Informat ukoll li l-fondi tieħu ħsiebhom id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni stess billi timpjega u tħarreġ għalliema biex jagħtu dan is-servizz ta' edukazzjoni kumplimentari jew l-għajnuna tal-faciliator.

Slipway

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema fażi waslet l-applikazzjoni numru 00754/06 għall-bini ta' slipway f'Pembroke?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qed tistenna appropriate assessment mingħand l-applikant.

Hold ups

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold upsf'Malta u Għawdex separatament fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 3 u 2 rispettivament.

Visas

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' visas li nħarġu fl-ewwel sitt xhur tas-sena u minn liema pajjiżi, kemm kienu maskili u femminili u koppji miżżewġa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 26,716 persuna ta' nazzjonalita' barranija li ngħataw visa sabiex jiġu Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-pajjiżi mnejn ġew dawn il-persuni. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mhux disponibbli.

Serqiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati fl-ewwel sitt xhur tas-sena minn karozzi privati u self driveetc?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 147 u 198 rispettivament.

Serq minn djar privati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 55 u 38 rispettivament.

Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 17 u 19 rispettivament.

Kmamar tan-nar — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x'tip ta' spezzjonijiet saru, minn min u kemm drabi, fi kmamar tan-nar bil-permess li jaħdmu n-nar? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet u x'passi ttieħdu biex joperaw b'ħarsien għas-saħħa u s-sigurta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kumitat dwar l-esplossivi jagħmel spezzjonijiet fi kmamar tan-nar skond kif ikun meħtieġ. Ninsab infurmat ukoll illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jagħmel spezzjonijiet fil-kmamar tan-nar kull meta jintalab mill-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija u speċifikament fir-rigward ta' prekawzjonijiet kontra nirien. Kull meta jinstab li ħaġa li trid tkun irranġata, is-sid jintalab li jieħu azzjoni qabel ma tinħareġ il-liċenzja.

Kmamar tan-nar — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x'tip ta' spezzjonijiet saru, minn min u kemm drabi, fi kmamar tan-nar bil-permess li jaħdmu n-nar? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet u x'passi ttieħdu biex joperaw b'ħarsien għas-saħħa u s-sigurta'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-manifattura tal-logħob tan-nar hija regolata mill-Ordinanza dwar l-iSplussivi, li permezz tagħha twaqqaf il-Kumitat għall-Isplussivi, b’funzjonijiet speċifici wkoll fir-rigward tas-sigurta' ta’ min ikun qed jaħdem in-nar, u li jagħmel il-kundizzjonijiet għall-organizzar ta’ dawn il-postijiet u l-kompetenzi ta’ min jista' jaħdem in-nar. Il-liġi li twaqqaf l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol tesiġi li jkun hemm relazzjoni ta’ mpjieg bejn min iħaddem u ħaddiem, din ir-relazzjoni ma tezistix fil-maġġor parti tal-kazijiet li fihom ikun qed jinħadem in-nar. L-Awtorita' m'ghandhiex l-kompetenzi legali jew tekniċi biex tintervjeni f’dawn is-sitwazzjonijiet.

Kmamar tan-nar — Permessi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kmamar tan-nar bil-permessi meħtieġa biex jaħdmu n-nar f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet jinsabu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 39 kmamar tan-nar liċenzjati, f'dawn il-lokalitajiet: Żebbiegħ Ħal Għaxaq Naxxar Qrendi Mġarr Rabat Luqa Burmarrad Ħaż Żebbuġ Qormi Lija Żurrieq Gudja Siġġiewi Magħtab Għargħur M'Xlokk B'Kara Safi Kerċem Għarb