Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond nru. 29, Flat 7, St. Michael Str, Bormla huwiex rekwiżizzjonat? Meta ġie rekwiżizzjonat? Lil min ġie rekwiżizzjonat u llum min hu l-inkwilin li lilu ġie allokat dan il-fond u meta ġie allokat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li l-post indikat mill-Onor. Interpellant gie rekwizizzjonat fl-1988 u r-rekwi¿izzjoni ghadha valida.
L-ahhar inkwilin li gie allokat dan il-post mid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali miet fl-1999. Wara dan, is-sid accetta l-kera minghand persuna ohra li kella applikazzjoni ma’ l-istess dipartiment. Ma jidhirlix li ghandi nippubblika d-dettalji personali la ta’ l-inkwilin pre¿enti u lanqas tas-sid.
Persuna li qed titlob permess biex taħdem f'pajjiżna
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx milqugħa biex jaħdem hawn Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-talba li saret dwar il-persuna li tagħha ta d-dettalji l-Onor. Membru ġiet eżaminata mill-Bord li jipproċessa talbiet għall-ħruġ/tiġdid ta` liċenzji ta` impjieg.
Il-Bord deherlu li hawn Maltin biżżejjed jaħdmu fil-linja tax-xogħol li għaliha ntalab dan il-permess u għalhekk ma qabilx li f`dan il-każ għandha tinħareġ liċenzja ta` impjieg.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi rikonoxxuta bħala inkwilina l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn il-kera tinqaleb minn fuq missierha għal fuq isimha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sabiex persuna tigi rikonoxxuta f’post tal-gvern ikun jehtieg li jsiru l-investigazzjonijiet kollha mehtiega sabiex ikun assigurat li l-persuna li qed titlob rikonoxximent kienet verament tghix f’dan il-post.
Meta l-investigazzjonijiet ikunu konklu¿i, d-dipartiment ikun f’po¿izzjoni jiddeciedi jekk jilqax it-talba ghar-rikonoxximent jew le.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-postijiet tal-gvern ta' Triq il-Ġdida, Bormla li huma mibnija fuq siti tal-privat, jistgħux jinxtraw mill-inkwlini rikonoxxuti?
Response (BORG, TONIO)
Il-postijiet tal-Gvern f`Triq il-Ġdida Bormla jinsabu mibnija fuq siti li ġew akkwistati bit-titolu ta` pussess u użu bħal ħafna siti oħra ġewwa il-Kottonera u l-Belt Valletta.
Sa ftit xhur ilu kien diffiċli ħafna li l-Gvern jiġi s-sid assolut ta` siti li ġew akkwistati taħt dan it-titolu. Issa permezz tal-Att XI ta` 2002, li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` l-Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 88), il-Gvern jista` jsir is-sid assolut ta` dawn is-siti appena jippubblika Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta billi jikkapitalizza l-kera ta` pussess u użu li titħallas għal dawn is-siti bil-1 fil-mija (1%).
Peress li mad-Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta, il-flus dovuti ikunu jridu jiġu depositati il-bank, id-Dipartiment tal-Artijiet lest li jagħmel dan meta jkollu il-fondi neċessarji.
Tista' il-Ministru tgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet ta' manutenzjoni u ta' upgrading fl-appartamenti fil-housing estate f'Taċ-Ċawla? Jekk iva, tista' tindika x'inhuma dawn ix-xogħlijiet u meta huma maħsuba li jinbdew u f'kemm żmien huma maħsuba li jkunu terminati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fix-xhur li ġejjin ser jitkompla xxogħol ta' manutenzjoni talgallariji u tax'shafts'. Huwa mistenni illi fejn huwa possibbli dan ixxogħol ser jitlesta sa laħħar ta' din issena.
Jista' il-Ministru jgħid liema uffiċċju barrani tal-MTA instab li saru fih irregolaritajiet finanzjarji billi saret nefqa akbar mill-budget awtorizzat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Billi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, mhix etika li tingħata aktar informazzjoni f'dan l-istadju.
Sptar Mater Dei — Offerta għal xiri ta' apparat mediku
Question
Fit-taħdidiet li kellek mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan Frattini tqajmet f'xi kuntest il-kontestazzjoni li hemm dwar it-tender għall-apparat mediku għall-isptar il-ġdid? Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġetti kapitali li waqgħu lura minħabba d-dewmien fir-ratifika tal-Protokol Taljan? X'kienu l-punti ewlenin li tqajmu f'din il-laqgħa mal-Ministru Taljan?
Response (BORG, JOE)
Ir-risposta ghall-ewwel mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar it-tieni mistoqsija irrid nghid illi huwa ovvju li l-progetti kapitali li ser jinvolvu l-uzu tal-fondi taht il-protokoll Taljan jistghu biss jitwettqu meta jigi fis-sehh l-istess protokoll. Il-punt ewlieni li tqajjem mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan dwar l-istess protokoll kien l-iter li ghad jonqsu dan il-protokoll sabiex jigi ratifikat mill-Italja, u jkun jista` jigi fis-sehh.
(Din hija t-twegiba finali ghal din il-mostoqsija wara li dik li originarjament inghatat f'`seduta 25 giet korretta permezz ta` dokument imqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru ta` l-Affarijiet Barranin fis-Seduta Nru 26 tal-15 ta` Lulju 2003.
Risposta originali:
Huwa ovvju li l-proġetti kapitali li ser jinvolvu l-użu tal-fondi taħt il-protokoll Taljan jistgħu biss jitwettqu meta jiġi fis-seħħ l-istess protokoll. Il-punt ewlieni li tqajjem mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan dwar il-protokoll Taljan kien l-istess li għad jonqsu dan il-protokoll sabiex jiġi ratifikat mill-Italja, sabiex ikun jista jiġi fis-seħħ.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 811 u 996 u cioe' jgħid kemm hawn holiday flats, holiday apartments u djar oħra, lokalita' b'lokalitaż li għandhom il-liċenzja biex jinkrew u jgħid ukoll jekk teżistix klassifikazzjoni ta' dawn? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti wkoll id-dettalji tal-klassifikazzjoni?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 801 u 945 u cioe' jagħti l-informazzjoni mitluba fuq il-bars, night clubs, diskoteki, gyms, sports facilities privati, fitness centres u entertainment establishments?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947 (Seduta 23), ninsab infurmat li l-permessi ta' night clubs/discos jiffurmaw parti mill-liċenzji tal-bars u mhux separati. Ma tinżammx statistika ta' gyms, sports facilities, fitness centres u entertainment establishments. Dawn l-attivitajiet huma parti integrali mill-operazzjoni tal-lukandi jew stabbilimenti simili.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta membru parlamentari jitqies li spiċċa mill-kariga tiegħu, meta jissejjaħ ir-writ ta' l-elezzjoni jew meta jiġi elett membru parlamentari ieħor minfloku f'elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
I¿-zamma tal-kariga ta’ Membru Parlamentari hi regolata bl-artikolu 55 tal-Kostituzzjoni.
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsultata l-Malta tourism authority qabel ma saret din il-proposta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1202.
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati persuni tekniċi tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma peress li l-landfills proposti huma viċin ferm tar-reverse osmosis plant li hemm f'Għar Lapsi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1202.
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati l-kunsilli tas-Siġġiewi u tal-Qrendi qabel ma saret din il-proposta?
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex ikkonsultat id-dipartiment tal-mużewijiet qabel ma saret din il-proposta?
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, il-Ministru fil-press conference li ta l-bieraħ semma li kien hemm sitt barrieri li jistgħu jintużaw għal dan l-iskop f'Malta kollha minħabba l-bżonn li s-sit magħżul ikun 'il barra mill-ground water protection zone, jista' jgħid liema huma l-erba' barrieri l-oħra li għandhom il-potenzjal li jintużaw għal dan l-iskop?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-barrieri kollha li ġew ikkunsidrati fir-rigward ta' l-engineered temporary landfills u li qegħdin barra mill-ground water protection zone, jinsabu f'dokument li tħejja apposta sabiex fuqu jkunu jistgħu jibdew il-konsultazzjonijiet ma' l-entitajiet kollha kkonċernati fuq il-proġett propost.
Dan id-dokument, magħruf aħjar bħala l-Project Description Statement (PDS), jinkludi l-informazzjoni kollha u dettalji oħra fuq dan il-proġett. Il-PDS ġie mgħoddi lill-MEPA u wieħed jista' jarah fuq il-website ta' l-Awtorita'
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, kulħadd jaqbel li l-barrieri li qed jiġi propost li jintużaw għal dan l-iskop għandhom jiġu riabilitati għax qed ikerrħu l-ambjent? Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-ministeru tiegħu jissuġġerixxi barriera oħra fil-viċinanzi li qed ikollha impatt ferm akbar fuq l-ambjent tiġi kkontrollata wkoll?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1209.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex minkejja li nbniet latrina ġdida fil-Crafts Village ta' Ta' Qali din għadha magħluqa għad-detriment tat-turisti li jkollhom jużaw il-latrina mibnija mis-servizzi Ingliżi fi żmien it-tieni gwerra? Meta nbniet il-latrina ġdida u kemm swiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għad-domanda numru 356 ta' l-Onorevoli Mario Galea.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ passiġġieri ta’ ċittadinanza Maltija li ġarret l-Air Malta sabiex jiġu jivvutaw għall-elezzjonijiet ġenerali 2003 u għar-referendum tat-8 ta’ Marzu, 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-numru ta' adulti li ġew Malta bl-Air Malta biex jivvutaw fir-Referendum ta' Marzu kien 1128, filwaqt li għall-Elezzjoni Generali ta' April ġew 1149.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 83 u l-ħidma bl-akbar metikolosita' li saret, jista' il-Ministru jinformani kemm mill-521 tunnellata se jkun allokat għall-MDP, kemm għall-industrija ta' l-ikel u kemm għall-importaturi?
Fid-dawl tal-ħidma bl-akbar metokolosita' li saret, jista' il-Ministru jinformani kemm attwalment jiġi mpurtat trab ta' ħalib xkumat mill-MDP, mill-industrija ta' l-ikel lokali u f'kompożizzjoni ma' prodotti mpurtati lesti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figura nnegozjata ta’ 521 tunnellata ġiet ikkunsidrata fuq figuri storici miġbura minn diversi sorsi.
Għar-rigward ta’ tqassim ta’ din il-kwota, dan ser jiġi kkunsidrat fis-sena 2004 fuq it-talbiet tal-manifattura skond il-pjanijiet ta’ produzzjoni li jkunu pproġettaw .