Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1026 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Gym

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li għandhom gym armat fil-bini tagħhom? Hemm minn dawn li jintużaw ukoll wara l-ħin ta' l-iskola mill-pubbliku u/jew minn xi għaqda?

Response (GALEA, LOUIS)

L-iskejjel tal-gvern li għandhom gym armat fil-bini tagħhom huma kif indikat hawn taħt: Skejjel Gym Użu wara l-ħin Mellieħa Iva Le San Ġwann A Iva Le San Ġwann B Iva Le St Julian's Iva Le Luigi Preziosi - St. Andrews GSS Iva Le Santa Tereża - Mrieħel GJL Iva Le Furtu Selvatico - Naxxar BS Iva Iva M A Vassalli - Ħandaq BJL Iva Iva Dun Ġ Żammit - Ħamrun BJL Iva Iva M'Assumpta - Ħamrun GSS Iva Le Vinċenzo Buġeja - Sta Venera BSS Iva Le Maria Reġina - Blata l-Bajda GJL Iva Iva Danny Cremona School of Agriculture Iva Le Lorenzo Manche' - Floriana BS Iva Le
Leg 10 PQ #1027 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Dixxiplini sportivi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dixxiplini sportivi li jiġu mħajjra jilagħbu kemm is-subien kif ukoll il-bniet fl-iskejjel ta' l-istat fuq bażi regolari?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-dixxiplini sportivi li l-istudenti fl-iskejjel ta' l-istat huma mħajra jilagħbu jvarjaw minn skola għal oħra skond il-faċilitajiet ta' l-iskola u l-motivazzjonijiet ta' l-istudenti. It-Taqsima ta' l-Edukazzjoni Fiżika u Sport fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni torganizza Festivals ta' Sports f'diversi dixxiplini biex tħajjar dejjem iżjed il-parteċipazzjoni ta' l-istudenti. Għadd ġmielu ta' skejjel jipparteċipaw fl-Atletika, Ġinnastika (l-iktar bniet), Cross Country, Football, Netball, Hockey, Basketball, Volleyball, Handball, Table Tennis u Għawm. Il-parteċipazzjoni ssir wara li l-istudenti jagħmlu taħriġ fl-iskola, kemm waqt il-lezzjonijiet kif ukoll waqt mid-day break activities.
Leg 10 PQ #1028 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Uffiċċju Konġunt — Proprjetajiet residenzjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il unit residenzjali hemm fil-belt ta' l-Imdina? Kemm kien hemm units residenzjali fil-belt ta' l-Imdina b'ċittadini Maltin u b'persuni barranin fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 sena b'sena rispettivament? Kemm minnhom kienu b'kera u kemm minnhom huma tar-residenti li joqogħdu fihom? Kemm-il proprjeta' residenzjali hemm fil-gżejjer Maltin li l-valur tagħha hi minn Lm100,000 - Lm199,999; minn Lm200,000 - Lm300,000; minn 'il fuq minn Lm300,000 sa Lm400,000; 'il fuq minn Lm400,000 inxtrat minn ċittadini Maltin; minn persuni barranin fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 rispettivament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi la fir-Reġistru ta` l-Artijiet u lanqas fir-Reġistru Pubbliku ma tinżamm it-tip ta` informazzjoni mitluba. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, jista` jkun li, fil-każ ta` proprjeta` li nxtrat minn barranin biss, tali informazzjoni tista` tinkiseb mill-Ministru ikkonċernat.

Day centres għall-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet li fihom hemm day centres għall-anzjani? X'inhu n-numru ta' anzjani residenti f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? X'inhu n-numru ta' anzjani reġistrati ma' kull wieħed minn dawn id-day centres għall-anzjani f'dawn il-lokalitajiet? Kemm hu n-numru massimu ta' anzjani li jistgħu jattendu f'jum wieħed f'kull wieħed minn dawn id-day centres għall-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif jindika l-isem, dawn id- Day Centres mhumiex centri residenzjali.

Day centres għall-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-ministeru għall-politika soċjali ffirma ma' kunsilli lokali/entitajiet privati u oħrajn għat-twaqqif u t-tmexxija ta' day centres għall-anzjani li għandna fid-diversi lokalitajiet? B'liema mod il-ministeru jiżgura tmexxija tajba f'dawn id-day centres għall-anzjani? Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mill-amministrazzjoni ta' kull day centre għall-anzjani jsirx rapport annwali u jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti annwali għas-snin 2000, 2001 u 2002? Jista' jgħid jekk jikkonsidrawx li jawtorizza l-pubblikazzjoni ta' rapport annwali dwar it-tmexxija, attivitajiet u finanzi dwar kull day centre għall-anzjani fil-gżejjer Maltin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u risposta ser tinghata f'xi Seduta ohra.

Day centres għall-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet huma pproġettati li jiftħu day centres għall-anzjani ġodda din is-sena u hemmx lok li jinfetħu diskussjonijiet ma' dawk interessati għall-ftuħ ta' day centres f'lokalitajiet oħra li m'għandhomx day centres iżda huma nteressati li jagħmlu dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din is-sena mistenni jinfetah Day Centre gdid f’Santa Venera. Il-Gvern hu dejjem lest li jiddiskuti mal-Kunsilli Lokali nteressati li jifthu Centri bhal dawn fil-lokalita’ taghhom.
Leg 10 PQ #1094 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Passi dixxiplinarji — Kindergarten assistant

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinarji ttieħdu fil-konfront ta' kindergarten assistant, li isimha qiegħed nibgħat separatament, dwar kliem dispreġjattiv u kliem ieħor li qalet fil-konfront ta’ l-assistant head, li isimha wkoll qed nibgħat separatament, fi skola f'Ħaż –Żebbuġ, liema każ seħħ fis-6 ta' Marzu li għadda u rapport dwaru sar l-għada lid-Director of Operations fid-diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-każ ġie trattat skond Regolament 18 tar-regolamenti ta' l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina).

Sponsorship — Kunċert ta' Elton John

Question

X'kien l-ammont ta' sponsorship tal-Ministeru għall-kunċert ta' Elton John?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 1122.

Anti-spam initiatives

Question

Il-Gvern Malti qed jippjana xi anti-spam initiatives biex jiġi in line mad-direttiva tal-UE dwar privatezza u kommunkazzjoni elettronika? Il-Gvern iddeċieda jekk jipprovdix xi forma ta' protezzjoni kontra l-ispam lill corporate u individual e-mail users? Il-Gvern jaqbel mal-fehma alternattiva li miżuri ebsin anti-spam ixekklu l-buisness to buisness commerce filwaqt li oħrajn jisħqu dwar il-fatt li e-mail li jkun unsolicited jista' xorta waħda joħloq il-problemi għall-kummerċ elettroniku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Air Malta — Low cost airlines

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 907 u cioe' jgħid xi studji saru mill-Air Malta biex jistudjaw l-impatt tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl-UE, b'mod partikolari l-kompetizzjoni diretta ta' low cost airlines bħall-easy jet u Ryanair b'riżultat tal-liberalizzazzjoni li mistennija tiġi fis-seħħ mas-sħubija?

Response (GATT, AUSTIN)

Internament, mill-1994 l'hawn saru diversi studji, kemm ġeneriċi kemm speċifiċi, fuq kważi kull aspett tal-impatt tas-sħubija fl-UE u konsegwentement tal-liberalizzazjoni, fuq l-operat kummerċjali tal-kumpanija. Fejn inħass il-bżonn, dawn l-istudji ġew irreinforzati minn studji oħra magħmula minn esperti barra l-kumpanija fuq suġġetti ta' interess partikolari. Minbarra x-xogħol li sar u għadu jsir internament, kif għidna aktar 'l fuq, ġiet ikkummissjonata wkoll kumpanija finanzjarja ewlwnija Maltija , fis-sena 2000, sabiex tranaliżża speċifikament l-impatt fuq l-Air Malta ta' kompetizzjoni minn linji tal-ajru oħrajn inklużi dawn hekk imsejħa "low cost".

Teknoloġija — Code tal-Microsoft

Question

Peress li l-Ministru ftit ilu qal li s'issa ħadd għadu ma kkuntattja lill-Gvern biex ikun jista' jaċċessa l-code tal-Microsoft, għall xiex jattribwixxi dan u x'qed isir min-naħa tal-Gvern biex jiġġenera interess u rispons xieraq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhalissa ghaddejin diskussjonijiet mal-Microsoft biex titwaqqaf stuttura li fiha jkun jistghu jigu evalwati l-progetti li jigu sottomessi mill-kumpanniji jew individwi li jkunu jixtiequ access ghas-source codes tal- Microsoft. Il-Microsoft bhalissa qed timpjega xi nies biex tirraprezentha f'dan ic-centru u biex tizvillupa l-kapacita tieghu fl-isfond tal-ftehim li ntlahaq.

Rehabilitation project committee

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni li jifformaw ir-rehabilitation project committee? Jista' jgħid xi kwalifiki jipposedu? Jista' jgħid xi ħlas qed jirċievu?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rehabilitation project committee

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mir-rehabilitation project committee sa mit-twaqqif tagħhom, sena b'sena? Jista' jgħid liema huma l-proġetti li saru sa mit-twaqqif u kull proġett kemm ġie jiswa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #1145 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Rapporti dwar attakki sesswali

Question

Jista' il-Minstru jgħid kemm kien hemm attakki sesswali fuq individwi mil-bidu tas-sena 2003 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena kien hemm 31 każ ta` offiżi sesswali rrapurtati lill-Pulizija.
Leg 10 PQ #1146 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Kunsilli lokali — Żbilanċ finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1059 u cioe' b'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 687 u 857, jista' jgħid kemm huma u liema huma l-kunsilli li jinsabu fi żbilanċ finanzjarju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta` Mejju 2003, tlett (3) Kunsilli Lokali kienu jinsabu f`deficit finanzjarju. Dawn huma: Birgu Lm23,550 Rabat (Għawdex) Lm23,728 u Birkirkara Lm25,260 Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali diġa` kiteb lill-Kunsilli konċernati biex jagħtu spjegazzjoni ta` kif ser jeliminaw dan id-deficit fl-iqsar żmien possibli.

Servizzi Soċjali — Għajnuna għall-inkontinenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-faċilitajiet li jingħataw lil min ibati minn inkontinenza u mil-liema lokalita' huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' talbiet pendenti ghas-servizz ta' inkontinenza hu ta' 7. Tnejn huma mill-lokalita' ta' Marsaskala u talba minn kull wahda minn dawn il-lokalitajiet: Tarxien Safi Qormi Balzan Sta Lucia

Djar ta' l-anzjani — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa d-djar ta' l-anzjani u x'inhuwa l-grad tagħhom? Kemm hemm persuni li huma bil-kuntratt u x'inhuwa xogħolhom u kemm jitħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Ninsa infurmat li fid-Djar ta' l-Anzjani m'hemmx haddiema impjegati fuq kuntratt.

Rabat — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'qal il-housing inspector? X'qalet fir-rapport tagħha s-social worker? X'tama hemm li l-applikanta tiġi allokata fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-applikazzjoni ndikata mill-Onor. Interpellant qed tigi kkunsidrata flimkien ma ohrajn simili. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-persuna kkoncernata lid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali biex tara hi stess l-applikazzjoni taghha