Legislature:
Category:
Reset
Active:

Day Centres — Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li jinfetħu day centres għall-persuni b'diżabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f'Ottubru ta' din is-sena mistenni jinfetah Centru ta' Rizorsi gdid ghall-persuni b'dizabilita' fis-Swatar. Suggett ghar-rizorsi disponibbli, hemm il-hsieb li fil-futur jinfethu centri ohra simili f'inhawi ohra ta' Malta.
Leg 10 PQ #1165 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Kunsilli Lokali — Self ta' flus - Bini ta' uffiċini ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli li talbu li ssir laqgħa biex isir self ta' flus biex ikunu jistgħu jibnu uffiċini tal-Kunsilli ġodda?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta Kunsill ikun irid jieħu xi self mill-bank, il-Kunsill ikun irid jikseb l-awtorita` bil-miktub tal-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi. Dan skond artikolu 3(2)(a) ta` l-Att dwar Kunsill Lokali (Kap. 363). Meta Kunsill jagħmel din it-talba hemm proċedura sħiħa xi jsegwi, fosthom li jippreżenta lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, Cash Flow biex juri li dan is-self ma jkunx ser jeffettwa ħażin l-operat tal-Kunsill. Bħalissa hemm applikazzjoni waħda pendenti u din hija tal-Kunsill Lokali Paola. Jiena ninsab infurmat li l-approvazzjoni għas-self għandha toħroġ fil-ġranet li ġejjien.

Bormla — Triq San Ġwann - entrance 95

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lill-awtorita'/dipartiment tad-djar milli jibda jintuża l-lift ta' entrance 95, Triq San Ġwann, Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-installazzjoni tal-lift fil-post indikat hi lesta i¿da jonqos li tigi nstallata l-provvista tad-dawl 3 phase. Mistenni li dan ix-xoghol jitlesta u l-lift jibda jahdem f’qasir ¿mien.

Kalkara — Sqaq Marina nru. 2 - ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jara li d-dipartiment tas-sanita' jieħu l-passi neċessarji kollha ħalli jitneħħa l-leakage ta' drenaġġ fil-fond nru. 5, Sqaq Marina, nru. 2, Kalkara peress li wara li kont għamilt mistoqsija parlamentari 786 ftit taż-żmien ilu, jirriżulta li din il-problema għadha mhix solvuta kollha?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

E-Europe — Basic public services

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1051 u cioe' il-gvern irnexxielu jilħaq il-mira tiegħu stess li sa l-aħħar tas-sena 2002 joffri 90% tal-basic public services hekk kif deskritti fl-e-Europe?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-basic public services tal-eEurope - 2003 action plan fihom diversi livelli ta' servizz. L-ewwel zewg livelli huma: 1) provvista ta' informazzjoni dwar is-servizz; u 2) provvista ta' formoli li jistghu jigu stampati u jintbatu bil-posta. Il-pajjizi kandidati kienu mhegga li sa l-ahhar tas-sena 2003 ikollhom dawn il-basic public services online sa l-ewwel livell. F'dan il-kuntest il-Gvern Malti , fil-fatt, pogga aktar minn 90% tas-servizzi tieghu fuq l-Internet kemm fuq l-ewwel u t-tieni livell, sa Marzu ta' din is-sena. Il-Gvern ghamel pass sostanzjali iehor meta rnexxielu jigbor dawn is-servizzi kollha f'portal wiehed www.gov.mt li fih hemm migbura il-parti l-kbira tas-servizzi fuq iz-zewg livelli msemmija hawn fuq. Dan sar b'hidma kongunta bejn il-Ministeru li kont responsabbli minnu jien f'dak iz-zmien, il-MITTS, ic-CIMU u l-MEU. Il-pass li jmiss - li l-pajjizi membri huma mistennija jilhqu sa l-ahhar tas-sena 2005 - huwa li dawn il-basic public services jilhqu z-zewg livelli ta' wara jigifieri li l-klijent ikun jista: 1) jwettaq transazzjoni bazika fuq l-Internet (i.e. jghaddi informazzjoni permezz ta' l-Internet); 2) li l-klijent ikun jista jwettaq transazzjoni kompluta fuq l-Internet (i.e. jghaddi l-informazzjoni, jigi awtentikat u kif ukoll [fejn applikabbli) ihallas ghal dak is-servizz) Il-Gvern bhalissa diga nieda diversi basic public services li jkopru dawn iz-zewg livelli u huwa mistenni li sa l-ahhar ta' din is-sena jkun ukoll lahaq it-tieni mira tieghu li madwar 90% ta' dawn is-servizzi mhux biss ikunu online pero wkoll ikunu kompletament transaction-based.

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, ma jaħsibx il-Ministru li biex jiġu riabilitati dawn il-barrieri kien ikun aħjar li kieku ntużaw għat-tfigħ ta' terrapien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1209.
Leg 10 PQ #1213 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE — Statements

Question

Bejn is-sena 2002 u s-sena 2003 s'issa, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm statements ta' l-Unjoni Ewropea li Malta allineat ruħha magħhom fil-Ġnus Magħquda u fl-OSCE?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-Mistoqsija numru 1213, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #1214 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija f'Londra — Uffiċjal għoli

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga rapporti li wasluli li fl-ambaxxata Maltija ta' Londra hemm uffiċjal għoli li saru rapporti dwaru li qed jibgħat ħafna pakketti personali Għawdex u l-Awstralja minn fuq dahar l-ambaxxata, li juża regolarment it-taxi a spejjeż ta' l-ambaxxata flok it-trasport pubbliku, li juża d-duty officers mobile phone biex iċempel lill-familjari f'Għawdex u li juża ħafna ink cartridges aktar milli jagħmlu impjegati/uffiċjali oħrajn?

Response (BORG, JOE)

Jiena tajt struzzjonijiet sabiex il-kontenut tar-rapporti li waslu lill-Onorevoli Interpellant jiġi indagat. Mill-informazzjoni li twasslitli, jirriżulta illi - L-uffiċċjal għoli li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hu nkarigat mill-Kummerċ, l-Affarijiet dwar l-Unjoni Ewropea, Informazzjoni, l-Istampa, Medikali u l-Komunita' Maltija fil-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra. Huwa jkopri ħafna xogħol li fost oħrajn jinkludi l-użu estensiv bil-posta, attendenza ta' laqgħat uffiċċjali wara l-ħin tax-xogħol, u l-pubblikazzjoni ta' tlett newsletters f'isem l-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra u l-METCO, f'Malta. (a) mhux minnu li qed jintbagħtu xi pakki personali minn xi uffiċċjal fil-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra indirizzati Għawdex jew l-Awstralja, u li l-ispiża għalihom qed tkun koperta mill-Kummissjoni jew mill-Ministeru; (b) l-użu ta' taxi huwa ġustifikat meta l-vettura tal-Kummissjoni ma tkunx tista' tintuża biex twassal l-uffiċċjali għal appuntamenti fuq xogħol li jkollhom barra mill-uffiċċju; (c) l-użu tal-mobile phone ta' l-uffiċċju għal sejħiet Malta huwa ferm limitat kif jidher fil-kontijiet dettaljati li jinsabu f'idejn il-Ministeru, u anki hawn ma jirriżultax li s-sejħiet in kwistjoni saru għal skopijiet personali (d) l-użu ta' ink cartridges minn uffiċċjal partikolari fil-Kummissjoni huwa ġustifikat minħabba l-fatt li dan l-uffiċċjal huwa nkarigat mill-istampar ta' sikwit ta' fuljetti informattivi għall-użu ta' kummerċjanti, industrijalisti u individwi oħra interessati fit-tixrid ta' tagħrif kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Leg 10 PQ #1215 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Uffiċjali fil-karigi ta' directors general

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx uffiċjali fil-karigi ta' directors general fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin?

Response (BORG, JOE)

Fl-istruttura tal-Ministeru tiegħi, kif inhija mqassma sal-lum, ma jeżisti ebda post approvat fil-livell ta' Direttur Ġenerali fuq Skala 3 ta' l-iskala ta' salarji għal Uffiċċjali Pubbliċi.
Leg 10 PQ #1216 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Studenti Maltin/Ċiniżi — Mutual recognition of academic degrees

Question

Minħabba l-istudenti Maltin u Ċiniżi li jistudjaw fl-universitajiet rispettivi tagħhom, jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistix mutual recognition of academic degrees bejn l-Universita' ta' Malta u l-awtoritajiet edukattivi Ċiniżi li jaf bih il-ministeru?

Response (BORG, JOE)

Bħal issa, Malta għaddejja f'negozjati maċ-Ċina fuq ftehim dwar mutual recognition of academic degrees.
Leg 10 PQ #1217 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Korea t'Isfel — Kuntatti diplomatiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kuntatti diplomatiċi saru mal-Korea t'Isfel f'dawn l-aħħar xhur? Hemm xi ħsieb ta' koperazzjoni bilaterali ekonomika bejn iż-żewġ pajjiżi?

Response (BORG, JOE)

F'dawn l-aħħar xhur il-kuntatti li saru mal-Korea t'Isfel kienu jinkludu n-nominazzjoni ta' Konslu Onorarju għal Malta fil-Korea t'Isfel kif ukoll iż-żjara ta' l-Ambaxxatur Salvu Borg fi tmiem it-terminu tiegħu bħala Ambaxxatur mhux residenti għall-Korea t'Isfel, li ma' tulha kellu laqgħat mal-Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ u diversi uffiċċjali għolja fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ. Rigward il-koperazzjoni bilaterali ekonomika bejn Malta u l-Korea t'Isfel, f'Ġunju li għadda delegazzjoni ekonomika mill-Korea t'Isfel żaret Malta fejn kellha diversi laqgħat bil-għan li jissaħħu r-rabtiet kummerċjali u l-possibilitajiet ta' investiment ġdid fis-settur industrijali u l-qasam tat-teknoloġija. Il-programm ta' din iż-żjara kien jinkludi 'seminar' organiżżat mill-METCO. Hemm ukoll il-ħsieb li jinbdew diskussjonijiet dwar il-possibilita ta' twaqqif ta' Kummissjoni Mħallta bejn iż-żewġ pajjiżi.

Bord Mediku

Question

B'referenza għall urġenza tat-talba li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, id-dipartiment jara li din il-persuna tersaq għall-bord mediku mmedjatament ħalli ma jkun hemmx dewmien sabiex tirċievi l-pensjoni ta' l-invalidita'? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-ufficcju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali li jkopri l-lokalita’ taghha.

Servizz ta' l-ilma u dawl — Kontijiet pendenti

Question

Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena kemm kien in-numru ta' stabilimenti kummerċjali, kumpaniji, fabriki, lukandi etc li nqatalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li mhumiex regolari mal-kontijiet pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-sospensjonijiet tal-provvista tal-elettriku mit-2 ta' Jannar 2003 sa 20 ta' Gunju 2003 kienet hekk: Fabbriki 9 Stabbilimenti Kummercjali (kbar) 20 Stabbilimenti Kummercjali (normali) 412 filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' qtugħ ta' ilma minħabba kontijiet pendenti.

Korporazzjonijiet ta' l-ilma u dawl — Kontijiet pendenti

Question

Kemm fil-fatt iż-żewg korporazzjonijiet ta' l-ilma u d-dawl għandhom jiġbru flus ta' kontijiet pendenti f'Malta u Għawdex separatament fil-preżent? Jista' il-Ministru jaqsam iċ-ċifra fit-tnejn cioe' kemm kummerċjali u domestiku ? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2002, 2001, 2000,1999 u 1998?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Medigrain — Importazzjoni ta' qmuħ

Question

Il-Medigrain f'Mejju tas-sena d-dieħla ser tkun eżenti mit-TARIC fuq l-importazzjoni tal-qmuħ u ċ-ċerejali minn non EU ? Kemm fil-fatt huma t-tariffi u d-dazji li l-UE timponi fuq l-istati membri fuq materja prima mportata ta' din ix-xorta mportata minn non EU ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f' xi seduta oħra.

Lukanda Verdala — Pagi

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi fil-Leġiżlatura li għaddiet dwar il-pagamenti dovuti lill-Ex Ħaddiema ta'l-Ex Lukanda Verdala għall pagi dovuti lilhom li ma' ġewx imħallsa, jista ' l-Ministru jaġġornani dwar is-sitwazzjoni u cioe' meta l-MDC u l-GWU se jifthemu sabiex jitħallsu l-pagamenti nkwistjoni lill-ħaddiema u b'hekk tissolva problema li ilha pendenti sa minn meta nxtrat il-lukanda mis-sidien attwali ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk kien għad hawn xi arretrati ta’ pagi dovuta lill-ex-impjegati tal-Verdala Hotel qabel ma nxtrat mill-MDC, dawn kienu dovuta mill-kumpanija li kienet timpjeghom u mhux mill-MDC. Fl-1984 l-MDC kienet xtrat il-bini tal-lukanda permezz ta’ subbasta u mhux l-ishma fil-kumpanija li kienet proprjetarja tal-lukanda. Legalment l-MDC ma kienetx obbligata tħallas id-djun tal-kumpanija li kienet is-sid tal-Hotel Verdala qabel l-MDC.

VAT — Refunds

Question

B'referenza għall-15.6 miljun lira li tħallsu bħala refunds tal-VAT u tal-Income tax jista' l-Ministru jara li tax-payer li dettalji tiegħu qed jintbgħatu separatament jitħallas r-refunds skond is-sena '95,'96 u '97 ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nafx x'għandhom x'jaqsmu r-refunds ta' LM15.6 miljun lira li l-biċċa l-kbira huma awtomatiċi bil-liġi kif kienet emendata, mar-rikjesta tal-klijent ta' l-Onorevoli Membru. Barra dan, din hi nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtoriżżat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista’ jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.