Prim Ministri barranin — Stediniet għal żjara f'pajjiżna
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm stediniet pendenti li saru mill-gvern Malti lill-Prim Ministri barranin biex iżuru pajjiżna? Liema hum?
Response (BORG, JOE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi stediniet uffiċċjali lill-Prim Ministri barranin isiru mill-Gvern Malti f'ċirkostanzi u mumenti politiċi opportuni intisi biex jissaħħu u jikkonsolidaw ir-relazzjonijiet internazzjonali ta' Malta. F'dan il-kuntest, inviti formali għal żjarat f'Malta nħarġu lill-Prim Ministri tad-Danimarka, ta' l-Eġittu, tal-Libja u ta' New Zealand.
Hemm ukoll diversi inviti pendenti oħra illi s'issa għadhom ma ġewx magħmula b'mod formali.
President tar-Repubblika — Żjarat statali lejn pajjiżi barranin
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm żjarat statali pendenti tal-President tar-Repubblika lejn pajjiżi barranin? Kemm minnhom ġew ikkonfermati u jekk fl-affermattiv, meta mistennija jsiru?
Response (BORG, JOE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-President tar-Repubblika għandu numru ta' żjarat statali pendenti u minnhom s'issa ġiet konfermata waħda. Din hija ż-żjara statali lejn l-Italja u hija mistennija li sseħħ fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li se jiġi rinegozjat il-ftehim bejn l-Albanian committee on adoptions u l-counterpart tiegħu f'pajjiżna? Jekk iva, fiex wasal dan il-proċess?
Response (BORG, JOE)
Il-ftehim li jirregola l-addozzjonijiet bejn Malta u l-Albanija li kien iffirmat fit-30 ta' Lulju tas-sena 1996, għadu fis-seħħ u mhux qed jiġi rinegozjat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi proposti lill-Gvern Malti biex jappoġġja sehem minn aktar pajjiżi tal-Mediterran fil-5+5 (Western Mediterranean Forum)? Jekk iva, minn min saru, liema pajjiżi jikkonċernaw u x'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti?
Response (BORG, JOE)
Waqt il-Presidenza Libjana tal-5+5, is-Segratarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għar-relazzjonijiet Barranin u Koperazzjoni Internazzjonali, Abdel Rahman Shalgam kitibli (fit-18 ta' Frar 2003) fejn ippropona li jiddaħħlu l-Eġittu u l-Greċja f'dan il-Forum.
Fir-risposta tiegħi, jien indikajt li l-kwistjoni tat-tkabbir ta' dan il-Forum għandha titqies fil-kuntest ta' fora reġjonali oħra eżistenti. Jien issuġġerejt inoltre li din il-kwistjoni, kif ukoll il-kriterji li a bażi tagħhom jikkwalifikaw membri ġodda fil-preċess jistgħu jkunu ndirizzati informalment waqt il-laqgħa ministerjali li jmiss.
Kunsill Ewropew — Final comprehensive motoring report
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellhom isiru jew saru Peer Reviews mill-Kummissjoni Ewropea dwar Malta bi tħejjija għall-Final Comprehensive Motoring Report li għandu jiġi sottomess lill-Kunsill Ewropew sitt xhur qabel l-adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Dawn il-Peer Reviews liema setturi jkopru u meta saru u/jew se jsiru?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni li tirrigwarda l-Peer Reviews li saru s'issa ingħatat fil-Mistoqsijiet numri 990 u 991.
S'issa hija prevista viżita oħra dwar il-Peer Review on Veterinary and Phyto f'Settembru li ġej in konnessjoni mal-Final Comprehenive Monetoring Report.
Kemm fil-fatt jammontaw ir-refunds tal-VAT u ta' Income Tax f'cifra ta' flus globali li baqalhom jitħallsu ? Kemm huwa n-numru ta' tax-payers li qed jistennew dawn il-pagamenti f' Malta u Għawdex separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Qed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar is-somma globali ta’ VAT refunds li baqgħalhom jitħallsu.
Malta - Lm7,657,919 lil 5,322 taxpayer
Għawdex - Lm305,525 lil 429 taxpayer
Iċ-ċifri indikati jinkludu refunds mitluba li għadhom mhux dovuti u oħrajn li qed jiġu verifikati.
Fir-rirward tar-refunds ta' l-Income Tax li għad baqgħalhom jitħallsu huma ta Lm13,528,878 għal 20,068 taxpayers Maltin u ta’ Lm531,997 għal 998 taxpayers Għawdxin.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 82 minn kienu l-esperti barranin ? X'riruminazjoni tħallsu għall-pariri tagħhom lill-Gvern ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-esperti barranin huma dawk imqabbda minn IAM – Bari (Istituto Agronomico, Bari) tac-CIHEAM - Centre International de Hautes Etudes Agronomiques Mediterranéennes (International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies) u dawn kienu ngaġġjati fis-sena 1996. Dawn tħallsu għal diversi studji u għalhekk ma tistax tingħata c-cifra relatata ma’ dan l-istudju partikolari.
B'refernza għal mistoqsija parlamentari numru 82 jista' il-Ministru jinfurmani x'jiġri mill-bqija tal-presentaġġ li mhux se tiġi susidjata? Se tkun spiża għall-konsumatur, għall-industrija li timanifatturah jew se tissusidja l-UE?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jiena nfurmat li kull sistema ta’ għajnuna msejħa ‘State Aid’ hija ta’ natura temporanja u digressiva. L-Onor. Interpellant jaf li aktar tard din is-sena ser tiltaqa’ l-Għaqda Dinjija tal-Kummerc, u fuq nett fl-agenda ta’ din il-laqgħa hemm it-tneħħija tal-protezzjoni mill-UE fil-konfront ta’ pajjiżi terzi. L-UE hija kommessa li dan isir u għalhekk kull differenza fi prezzijiet bejn dawk ta’ l-UE u prezzijiet internazzjonali għandhom jonqsu sew, jekk mhux jispiccaw għal kollox.
B’ dan l-iżvilupp kull spekulazzjoni dwar konsumaturi jew industrija tal-manifattura hija rrelevanti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 82 jista' il-Ministru ta' lanqas jinfurmani bil-kalkoli li l-esperti kellhom għall prezz taz-zokkor fis-snin 98,99,'00,"01 u '02 u dan peress li dawn ma kienux imbassra imma fatwali ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-ewwel nett ir-‘reference period’ kien dak ta’ 1998, 1999, u 2000. Il-prezzijiet medja taz-zokkor, kemm dawk ta’ l-UE u dawk internazzjonali qed jingħataw fil-lista annessa miġbura mill-istudju tac- CIHEAM - Centre International de Hautes Etudes Agronomiques Mediterranéennes (International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies) - IAM (Istituto Agronomico) – Bari, l-Italja, - ‘Malta’s Accession to the EU : Challenges and Opportunities for a Small Scale Multifunctional Agricultural Sector’, ippublikat f’ Novembru 2000.
Sussidju — Prodotti ta' l-ikel - Spejjeż - Negozjati ta' supply measure
Question
B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 82, jista' il-Ministru jinfurmani għaliex fis-snin 98,99,'00,'01,'02 inkluż din is-sena, pajjiżna dejjem iffranka l-100% ta' l-ispiża ta' l-hekk imsejħa negozjati ta' supply measure ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ma jidhirlix li hemm għalfejn nagħti spjega dwar għaliex s’ issa teżisti differenza fi prezzijiet bejn dawk ta’ l-UE u dawk internazzjonali meta dan kollu hu dokumentat fir-rapporti u dokumenti relatati man-negozjati li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 82 għaliex wara sħubija pajjiżna se jibda jħallas dak li qed jiffranka llum, tant li fit-trattat fuq l-importazzjoni taz-zokkor biss, il-Gvern Malti ntrabat li se jħallas 51 miljun Euro lill-UE meta llum qed jinfrankom kollha għaliex qed jixtri l-prodott bil-prezzijiet kompetittivi fis-swieq internazzjonali ta'l-UE stess ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 583.
Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Karozzi tal-gvern
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan id-dekasteru m'għandu ebda dipartiment tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 659 u cioe' tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mal-kumpanniji pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija b'kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jagħti lista sħiħa tar-riservi naturali fil-gżejjer Maltin? Jista' jindika liema għaqda ambjentali ġiet fdata bir-responsabbilta' ta' tmexxija f'kull każ? Jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li għandu ma' l-għaqdiet ambjentali f'kull każ? Jista' jgħid x'kontribuzzjoni qed issir minn fondi pubbliċi f'kull każ? Jista' jagħti lista sħiħa tas-siti ambjentali fil-gżejjer Maltin li huma protetti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ir- riservi naturali huma Filfla (Att XV of 1988), Selmunett (A. L. 25 ta' 1993) u il-Ġebla tal-Ġeneral (A. L. 22 ta' 1992), kif ukoll dawk imsemmijin fl-iskeda IV ta' A. L. 12 ta' 2001, jigifieri:
Wied il-Miżieb u l-Wied tax-Xaqrani (limits of Mellieha)
Il-Wied ta’ l-Imġiebah (limits of Mellieha)
Il-Ballut (at Wardija, limits of St Paul’s Bay)
Parti minn Wied ir-Rum (limits of Dingli)
Wied Hażrun (limits of Dingli)
Ta’ Baldu (limits of Dingli)
Ġnien il-Kbir (limits of Rabat and Siggiewi)
Il-Buskett (limits of Rabat, Siggiewi and Dingli)
Wied il-Girgenti (limits of Siggiewi)
Il-Wied ta’ l-Imtaħleb and Wied Markozz (at Mtahleb, limits of Rabat)
Wied il-Hut (at Mtahleb, limits of Rabat)
Wied Gerżuma and Wied il- Bahrija (limits of Bahrija)
Il-Maqluba (limits of Qrendi)
Wied il- Baruni (limits of Marsaskala)
Wied Żembaq (limits of Birzebbuga)
Wied Moqbol (limits of Zurrieq)
L-inħawi bejn il-Wied ta’ l- Arkata u Ta’ Sparati (at Bidnija, limits of Mosta / St.
Paul’s Bay)
Parti minn Wied il- Ghasel (limits of Mosta)
Wied Għollieqa (limits of San Gwann)
Wied Qirda (limits of Zebbug)
Wied Bloq (limits of Zebbug / Hal-Qormi)
Wied Anġlu (limits of Gharghur / Naxxar)
L-inħawi ta’ San Pawl tat-Targa (limits of Naxxar / Gharghur)
Ta’ Lambert (limits of Xewkija)
L-inħawi bejn Għajn Damma u Pergla (limits of Xaghra)
Wied San Blas and Wied Binġemma (limits of Nadur)
Il-Qawra (part of Dwejra, limits of San Lawrenz)
L-inħawi ta’ l-Hazina (Kemmuna)
Il-Qala ta’ Santa Marija (Kemmuna)
L-unika Riserva Naturali li ġiet fdata bir-responsabbilta ta’ tmexxija hija ta' Wied Għollieqa. It-tmexxija ġiet fdata lin-Nature Trust (Malta). Mhu qed issir l-ebda kontribuzzjoni minn fondi pubblici. Qed nehmeż kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat fil-5 Ġunju 2003.
Il-lista mehmuza tagħti lista tas-siti ambjentali kollha li huma mħarsa permezz ta' numru ta' liġijiet, fosthom (imma mhux biss) dawk imħarsa permezz ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent u l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.
Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-problema ta' aċċess minn dawk interessati għal siti arkeoloġiċi (bħal dolmens, eċċ) li filwaqt li dawn huma wirt nazzjonali jinsabu fuq proprjeta' privata u l-aċċess għalihom hija projbita mis-sidien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fortunatament jew sfortunatament il-wirt arkeoloġiku rikk li għandna jinsab mifrux mal-gżejjer Maltin kollha.
Fil-każ tal-monumenti l-aktar importanti, matul daw l-aħħar mija w għoxrin sena amministrazzjonijiet suċċessivi ħadu miżuri sabiex dawn isiru propjeta' pubblika, u b'hekk ikunu imħarsa aħjar għall-ġejjieni, u l-aċċess għalihom ikun garantit.
Kif qal tajjeb l-Onor. Interpellant kultant iqumu każi meta siti arkeoloġiċi li jinsabu fi propjeta' privata ma' jkunux jistgħu jintlaħqu mill-pubbliku. F'każijiet bħal dawn, l-entijiet responsabbli għall-ħarsien tal-wirt kulturali dejjem fittxew li jkun hemm kollaborazzjoni mas-sidien, sabiex flimkien inħarsu din il-parti tal-wirt tagħna. Meta sidien ikunu jenħtieġu parir dwar x'għandhom jagħmlu sabiex iħarsu dan il-wirt, jistgħu dejjem jirrikorru għand dawn l-entijiet. F'każi fejn ikun hemm abbuż u jkun hemm il-periklu li ssir xi ħsara lil din il-propjeta', il-liġi ta' l-iżvilupp kif ukoll il-liġi ġdida għall-Patrimonju Kulturali jipprovdu l-mezzi sabiex jittieħdu passi kontra dawk responsabbli.
Rigward il-problema ta' l-aċċess, wieħed irid jifhem li fi propjeta' privata, wieħed irid jirrispetta l-jeddijiet tas-sidien li jgawdu l-privatezza tal-propjeta' tagħhom mingħajr indħil li mhuwiex xieraq. Naturalment, fejn hu possibli li jintlaħaq ftehim mas-sidien sabiex dawn jippermettu aċċess għall-kommunita' f'ċerti okkażjonijiet, l-entijiet responsabbli jagħmlu ħilithom sabiex dan iseħħ. Jekk l-Onorevoli Interpellant jaf b'xi każijiet speċifiċi fejn jixtieq li dan isir, nitolbu jiġbed l-attenzjoni għall-każ speċifiku sabiex ikun segwit mill-entijiet responsabbli.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' familji b'ġenitur wieħed li huma residenti f'Marsaskala u kemm minn dawn il-familji qed jirċievu għajnuna soċjali? Kemm hu n-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa residenti f'Marsaskala?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda wiehed mid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqghu taht id-dekasteru tieghi ma j¿omm statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u fl-ahhar parti tal-Mistoqsija, jigifieri n-numru ta’ familji b’genitur wiehed jew ta’ ommijiet mhux mi¿¿ewga residenti f’xi lokalita’ partikolari.
Ninsab infurmat li n-numru ta’ genituri wehedhom (single parents), residenti f’Marsaskala, li jircievu l-ghajnuna socjali hu ta’ 89.
Wied il-Għajn — Persuni li qed jiskontaw sentenza fil-CCF
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuni residenti f'Marsaskala qed tiskonta sentenza fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? kemm-il persuna residenti f'Marsaskala qed tinżamm arrestata fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm-il persuna residenti f'Marsaskala tressqet jew qed tistenna li titressaq il-qorti mill-1995 'il hawn fuq pussess u/jew traffikar ta' drogi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, preżentament hemm ħames priġunieri li meta ġew irreġistrati iddikjaraw li huma residenti f`Marsascala.
Minn dawn, wieħed qed jiskonta sentenza, filwaqt li l-erbgħa l-oħra qegħdin taħt arrest preventiv.
L-ebda wieħed minn dawn ma huwa sentenzjat jew akkużat dwar reat konness mad-droga.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi bejn Jannar 1999, minn meta t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma ta` statistika, u Ġunju 2003, kien hemm 34 persuna li kellhom ir-residenza tagħhom Wied il-Għajn, li tressqu jew ser jitressqu l-Qorti mill-Iskwadra ta` kontra d-droga tal-Pulizija fuq akkużi relatati ma` droga.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' irġiel u nisa romol li huma residenti f'Marsaskala? Kemm huma l-persuni residenti f'Marsaskala li jgħixu waħedhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda wiehed mid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqghu taht id-dekasteru tieghi ma j¿omm statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
Wied il-Għajn — Benefiċċji soċjali għal persuni b'diżabilita'
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni residenti f'Marsaskala li jirċievu allowance għal tfal b'diżabilita'; pensjoni għal persuni b'diżabilita' jew b'vista batuta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ residenti f’Marsaskala li jircievu l-beneficcji socjali ndikati mill-Onor. Interpellant hu kif gej:
Allowance ghal tfal b’di¿abilita’ 8
Pensjoni ghal persuni b’di¿abilita’ 117
Pensjoni ghal persuni b’di¿abilita’ severa 19
Pensjoni ghal persuni b’vista batuta 6