Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1370 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Qrati tal-Ġustizzja — Installazzjoni ta' airconditions

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ser tiġi nstallata sistema ta' airconditioning ġdida fl-Awli kollha tal-Qrati tal-Ġustizzja? Jekk iva, jista' il-Ministru jgħid meta sejra ssir l-installazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Kif inhuwa magħruf is-sistema preżenti ilha sservi u hemm bżonn li ssir bidla tagħha. Fis-snin li għaddew ġew installati numru ta` split units jew fejn is-sistema ma kienetx taħdem iktar jew fejn il-kmamar nbidlilhom ix-xogħol li kien isir fihom. Preżentement hemm numru li jridu jsiru matul ix-xahar ta` Awissu meta l-installazzjoni jkun jista` jsir mingħajr diffikulta`. Hemm ukoll il-pjan sabiex sistema ċentralizzata ġdida tidħol bħala parti mill-Business Plan għas-snin 2004-2006 u dan biex il-bidla ssir f`fażijiet li joħolqu l-inqas inkonvenjent għax-xogħol tal-Qrati.

Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali — Finanzjament tal-Kunsilli

Question

Wara li fl-aħħar laqgħa għas-Sindki, saret kritika għall-fatt illi d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali informa lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali illi 10% ta' l-allokazzjoni tagħha qed tigi miżmuma, jistax il-Ministru jikkonferma illi fil-fatt l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali u ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eżentati mill-proċeduri addottati mill-Ministeru fir-rigward tan-nefqiet minn Dipartimenti tal-Gvern u għalhekk il-Kunsilli Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għandhom jiddisponu mill-ammont kollu allokat lilhom fl-aħħar budget skond id-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u l-Avviż Legali li jirregola l-Assoċjazzjoni ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ħadd ma hu eżentat minn miżuri li jkunu meħtieġa fuq bażi nazzjonali biex nilqgħu għal ċirkustanzi li jistgħu jinqalgħu. Bhal kull entita oħra li tieħu riżorsi mill-Gvern (jiġifieri mit-taxxi tal-poplu), il-kunsilli lokali ukoll iridu jaraw li għal din is-sena, għalissa ma jikkommettux aktar minn 90% tal-ammont provdut lilhom sakemm naraw kif se jirriżulta d-dħul tal-Gvern.
Leg 10 PQ #1372 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Question

Wara li fl-aħħar laqgħa għas-Sindki saret rakkomandazzjoni sabiex il-President ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali jibda jirċievi onorarja ekwivalenti għal dik ta' Sindku, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, u f'każ li hemm tali ħsieb, meta huwa maħsub li jsir tibdil fl-Avviż Legali li jirregola l-Assoċjazzjoni sabiex il-President ta' l-Assoċjazzjoni jkun jista' jirċievi din l-onorarja ?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet dwar l-onorarja tal-President ta` l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u fil-preżent il-proposti kollha qed jiġu evalwati.
Leg 10 PQ #1373 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Sindki — Kunsilli Lokali - Protokoll

Question

Peress li fil-laqgħat kollha msejjħa għas-Sindki sa mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali kien hemm kritika għall-fatt illi għandu jkun hemm rispett u rikonnoximent akbar lejn is-Sindki billi jigu inkluzi ukoll fil-lista tal-protokol, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu huwiex qiegħed jikkonsidra li jagħmel proposti konkreti biex din il-materja tigi indirizzata ?

Response (BORG, TONIO)

Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-lista ta` Preċedenza maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. F`dak il-każ ninforma lill-Onor. Membru li kemm is-Sindki kif ukoll il-membri tal-Kunsilli Lokali huma diġa` inklużi f`din il-lista. Qiegħda tiġi kunsidrata il-pożizzjoni tas-Sindki f`dil-lista.
Leg 10 PQ #1374 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — Kodiċi ta' Etika

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li l-Kodiċi ta' Etika li kien pubblikat mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ftit wara t-twaqqif tal-Kunsilli Lokali jiġi emendat biex jaġġorna ruħu ma' l-evoluzzjoni li seħħet fil- Kunsilli Lokali ? Jista' l-Ministru igħid jekk hemmx diskussjonijiet għaddejjin fuq dan l-istess suġġett ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm ma kienx hemm uffiċjalment dan il-ħsieb pero` s-suġġeriment tal-Onor. Membru ser jiġi kkunsidrat u dan għax huwa eżerċizzju tajjeb li wara għaxar snin ta` Kunsilli Lokali jsir eżami sabiex wieħed jara kif jista` jtejjeb dan. Il-punt in kwistjoni issemma mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Sindki — Traġitt bejn Malta u Għawdex - Gozo Channel

Question

Billi s-Sindki Għawdxin u l-Membri ta' l-Eżekuttiv ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kienu jgawdu minn pass sabiex jaqsmu bejn Malta u Ghawdex fuq il-vapuri tal-Gozo Channel mingħajr ħlas, liema konċessjoni kienet ġiet irtirata fil-31 ta' Dicembru 2002, jista' l-Ministru igħid jekk din il-materja, wara rappreżentazzjonijiet li saru mal-Kumpanija Gozo Channel mill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hijiex qed tiġi rikkonsidrata, sabiex il-Kumpanija tkun qed tgħinhom jaqdu aħjar il-funzjonijiet politiċi tagħhom ?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kumpannija ddeċidiet li d-deċisjoni li kienet ttieħdet f'għeluq is-sena 2002 tibqa fis-seħħ.

Ħal Qormi — Triq il-Furnar

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta se jkompli ix-xogħol li nbeda ftit tal-ġimgħat ilu fi Triq il-Furnar Ħal-Qormi. Jista’ il-Ministru jispjega għaliex ix-xogħol f'din it-triq kien wieqaf għal-diversi gimgħat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-ewwel fażi tax-xogħol fi Triq il-Furnar, li kien jikkonsisti fil-livellar, formazzjoni tat-triq, bini tal-bankini u x-xogħol fuq is-servizzi mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' Lulju u wara mistennija toħroġ sejħa għall-offerti għat-tqegħid tat-tapit ta' l-asfalt fit-triq.

Gvern Taljan — Fondi - 5th Protocol

Question

Jista' il-Ministru jgħidilna jekk il-fondi li ngħataw mill-Gvern Taljan bħala assistenza għat-tiswija tat-toroq tagħna fil-5th protocol relating to Economical, Technical and Financial Assistance għandhomx arbut magħhom li x-xogħlijiet jibqgħu jitwettqu minn kumpanniji barranin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal ma ġara fil-Protokolli Finanzjarji l-oħra li Malta ffirmat ma' l-Italja, l-ispirtu tal-Ħames Protokoll Finanzjarju jirrikjedi li l-bicca l-kbira tax-xogħlijiet jitwettqu minn kumpaniji Taljani. Il-Protokoll jispeċifika wkoll li l-finanzjament ta' spejjeż u xogħlijiet Maltin jista' jlaħħaq sa ħmistax fil-mija tal-valur ta' kull proġett u f'ċerti każi din ir-rata tista' bi qbil bejn iż-żewġ partijiet titla' sa tletin fil-mija.

Prodotti — Sussidji

Question

B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 82 jista' il-Ministru jinfurmani bil-presentaġġi li se jkunu susidjati l-prodotti l-oħra bħal laħam aħmar, butir, ġobon, trab tal-ħalib xkumat u ħafna prodotti oħra? Jista' il-Ministru jgħid ukoll kemm se tkun l-ispiża ġdida fuq dawn il-prodotti sija għall-konsumaturi u fuq il-finanzi tal-Gvern u jew l-industrija ta'l-ikel ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess persentaġġi japplikaw għall-prodotti msemmija. Fir-rigward tal-prezzijiet, l-għan tas-sussidji hu li l-prezz tal-konsumatur jibqa’ l-istess ħlief, naturalment, meta l-prezz jiżdied minħabba żidiet fi spejjeż oħra. L-effett fuq il-finanzi tal-Gvern għandhu jkun newtrali minħabba li l-Gvern ser idaħħal aktar milli joħroġ fil-bilanċ ma’ l-UE. L-effett fuq l-industrija għandhu jkun ukoll newtrali dejjem jekk bħala total dawn ma jaqbżux il-livelli storiċi ta’ produzzjoni. Ta’ min isemmi li s-sussidju hu degressiv, iżda kif ingħad f’ diversi okkażjonijiet, id-differenza fil-prezzijiet bejn dawk Ewropej u dawk internazzjonai għandha tonqos sew u x’ aktarx tispiċċa għal kollox.

Depreciation — Laħam

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 85 u 86 kemm kienet ikkalkulata d-depreciation fil-kalkoli li saru? Jista' il-Ministru jinfurmani bil-b/down tal-kalkoli u kemm fil-fatt mistennija li tonqos l-ispiza tal-qatla issa li linja l-ġdida bdiet titħaddem ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jispiċċa x-xogħol kollu fil-biccerija sejjer isir cost analysis mill-ġdid biex tkun magħrufa b’ mod preċiż kemm ser tonqos l-ispiża tal-qatla. Qabel ma jsir dan l-eżerċizzju ma tistax tingħata l-informazzjoni mitluba.

Prodotti tal-laħam — Spejjes għall-produttur

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 85 u 86 wara sħubija, l-ispiża ta' 1 cent 2 mils fil-kilo għall-produttur tal-majjal u dik ta' 4 cent 8 mils fil-kilo għall-produttur taċ-ċanga se tibqa l-istess, se tiżdied, se titħallas kollha mill-Gvern Malti jew se tiġi sussidjata kollha mill-UE ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 586.

Ħxejjex — Levies ta' protezzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 84 huwa l-każ li l-Gvern Nazzjonalista se jneħħi l-levies ta' protezzjoni fuq il-varjetajiet kollha ta' ħxejjex li jipproduċu l-bdiewa Maltin u Għawdxin, u fl-istess ħin se jdaħħal levy ġdida (dazju u tariffa) fuq iz-zokkor li fuq kollox la jipproduċu l-bdiewa f'Malta u Għawdex u lanqas l-industriji lokali? Jista' l-Ministru jinfurmani x'sens jagħmel għall-pajjiżna li niproteġġu prodotti ta' pajjiżi oħra meta f'pajjiżna ma niproduċuhomx ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jidher li l-Onor. Interpellant mhux aġġornat bl-aħħar żviluppi fil-kummerċ internazzjonali taz-zokkor. Bħalissa, l-UE qed tipprotesta ma’ l-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ minħabba talbiet li għamlu pajjiżi bħall-Brażil u l-Awstralja li ma jaqblux mal-politika tal-UE u l-ftehim kummerċjali li għandha ma’ numru kbir ta’ pajjiżi sotto-żviluppati minħabba arranġamenti preferenzjali fil-kummerċ taz-zokkor. Dan jixhed l-impenn ta’ l-UE biex titneħħa l-protezzjoni fuq zokkor prodott fl-UE. Fil-fatt, il-biċċa ‘l kbira taz-zokkor li timpurta l-UE jaqa’ taħt dawn l-arranġamenti preferenzjali.

Sussidji ta' prodotti agrikoli

Question

B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 84 huwa l-każ li l Gvern Malti se joħrog 51 miljun Ewro wara s-sħubija mill-kaxxa ta' Malta sabiex jissusidja prezz taz-zokkor li jipproduċu l'Bdiewa u l-Industiji ta'l-ikel tal-pajjiżi diġa membri ta'l-UE ? Jista' l-Ministru jinfurmani x'sens jagħmel għall-pajjiżna li nisisusidjaw prodotti li ma jipproduċux lokalment il-bdiewa tagħna aktar mill-prodotti li jipproduċu l-bdiewa tagħna ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 585 u 588.

Sussidju — Prezz taz-Zokkor

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 84 huwa l-każ li l-Gvern Malti se jissusidja l-prezz għoli taz-zokkor tal-UE kif ukoll prodotti oħra li pajjiżna storikament qatt ma produċa u għaldaqstant dejjem importhom liberament mill-prezzijiet kompetitivi tas-swieq internazjonali, inkluz dawk ta'l-UE stess? Jista' il-Ministru jinfurmani x'sens jagħmel għall-pajjizna li jissusidja l-prezz ta' prodotti li ma niproduċx lokalment meta faċilment il-prodotti jinxtraw orħos bil-prezzijiet kompetittivi tas-swieq internazzjonali ta'l-UE stess fl-istess perjodu ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 585 u 588.

Wied il-Għajn — Residenti bi problema ta' housing

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma dawk ir-residenti f'Marsaskala li għandhom problema ta' housing u li rreġistraw il-każ tagħhom ma' l-awtoritajiet responsabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment ghall-Akkommodazzjoni Socjali ghandu 40 applikazzjoni pendenti minn residenti f’Marsaskala.

Wied il-Għajn — Anzjani li jinsabu f'xi residenza ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni minn Marsaskala li huma residenti f'residenzi għall-anzjani, residenza b'residenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn Marsaskala hemm tliet persuni fid-Dar ta’ l-Anzjani fi¿-¯ejtun u persuna wahda f’dik ta’ Bormla.
Leg 10 PQ #1048 Sitting 27 2003-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Instructors

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 791 u cioe' jista' jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex l-instructors jiġu ħaġa waħda ma' l-għalliema? Jista' jgħid ukoll kemm hemm instructors u fejn qed iwettqu l-ħidma tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li d-diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti dwar dan is-suġġett għadhom fi stadju preliminari. Jifdal ukoll diskussjonijiet ta' natura trejdunjonistika.

Wied il-Għajn — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tal-faċilitajiet sportivi li huma pubbliċi fil-lokalita' ta' Marsascala? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern biex jara li din il-lokalita' ikollha faċilitajiet sportivi pubbliċi li tant huma meħtieġa għar-rikreazzjoni u l-użu tar-residenti ta' l-istess lokalita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li ġewwa Marsascala jeżistu pixxina (dik li darba kienet il-pixxina nazzjonali), club house mal-pitch tal-waterpolo li hemm fil-baħar u klabb tal-boċċi mgħammra bi club house. Teżisti wkoll shooting range biswit ir-Razzett tal-Ħbiberija. Infurmat ukoll li fl-iskola primarja tal-lokal hemm pitch tal-football. Ir-responsabbilta' ta' l-iżvilupp ta' faċilitajiet sportivi mhux tal-Ministru responsabbli mill-isports biss. Kunsilli Lokali f'ħafna lokalitajiet qegħdin jinvestu direttament jew bi sħab f'faċilitajiet sportivi. Il-kunċett ta' kumplessi reġjonali qiegħed ikun attwat għax mhux possibbli u lanqas ekonomikament vijabbli li jkun hemm ċerti faċilitajiet f'kull raħal jew belt. Meta jkun hemm proposti serji ġejjin minn għaqdiet jew kunsilli lokali, l-Kunsill Malti għall-Isport jidħol għal parti mill-ispiża ta' żvilupp jew titjib.

Kunsill Malti għall-isport — Sports for all

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi qed jieħu l-kunsill Malti għall-isport fil-kontest ta' sports for all u fejn qed isiru dawn l-istess inizjattivi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li s-sena li għaddiet saru numru konsiderevoli ta' laqgħat mal-Kunsilli Lokali li wrew interess fl-iskema ta' Sport għal Kulħadd. Fost dawn, seba' w għoxrin kunsill (27) lokali mlew il-kwestjonarju li ntbagħat wara l-laqgħat. Dan in-numru jirrapreżenta aktar minn ħamsa u sebgħin (75) fil-mija ta' dawk li ntbagħtilhom il-kwestjonarju. Dawn il-lokaltijiet kienu : Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Dingli, Fgura, Għargħur, Gudja, Gżira, Ħamrun, Isla, Kalkara, Kirkop, Marsa, Marsaxlokk, Mġarr, Mosta, Mtarfa, Pembroke, Pieta', San Ġwann, Santa Luċija, Tarxien, Ta' Xbiex, Valletta, Żabbar, Żejtun, Żurrieq. Dawn il-laqgħat kienu riżultat ta' inizjattiva li ħa l-Kunsill Malti għall-Isport meta ħatar uffiċjal fit-taqsima ta' Sport Development. Din it-taqsima ħolqot programm permess ta' tlettax (13) il-Sport Leader, li għandhom kwalifiki għolja f'diversi dixxiplini, biex jagħtu appoġġ sħiħ lill-Kunsill Lokali biex jimtela' l-vojt ta' nuqqas ta' sport fil-lokalitajiet. Kull Sport Leader ingħata responsabbilta' a' żewġ jew tlett kunsilli lokali bl-inkarigu li jħejju programm sħiħ ta' attivitajiet sportivi f'kull lokal. Fost id-dixxiplini sportivi li se jkunu organizzati hemm l-aerobics, fitness, ċikliżmu, għawm, mixjiet fil-kampanja, basketball, handball, volleyball, u netball. Se jkunu organizzati wkoll taħdidiet fuq temi sportivi bħal nutrition, sport injuries eċċ. Fost l-attivitajiet li diġa kienu programmati mall-Kunsilli Lokali u li diġa saru, kien hemm il-Beach Volley Tournament li sar fil-Ġnejna nhar il-Ħadd, 7 ta' Ġunju mal-Kunsill Lokali ta' l-Imġarr. Festa Sportiva nhar is-Sibt, 15 ta' Ġunju flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Belt. Hemm ukoll programmat Beach Sports Festival għall-1 ta' Settembru organizzat flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġia. Attivitajiet oħra għal matul ix-xhur tal-ħarifa u x-xitwa huma programmati ma' Kunsilli Lokali oħra. Ingħata bidu, wkoll, għal programm pilota ma' l-Universita' ta' Malta għal Sport għal Kulħadd fuq il-post tax-xogħol.
Leg 10 PQ #1054 Sitting 27 2003-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsascala — Skola primarja - ground

Question

Jista' il-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilta' li jingħata wiċċ ġdid lill-ground ta' l-iskola primarja Sant'Anna ġewwa Marsascala u li tiġi nstallata sistema bażika ta' dwal sabiex dan il-post ikun jista' jiġi wżat anke wara l-ħin tax-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ir-responsabbilta' biex jiġi rranġat u upgraded il-playground ta' din l-iskola hija tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Naturalment, dan l-upgrading isir l-ewwel biex taqdi l-bżonnijiet ta' din l-iskola, li hija skola primarja. Ma hemmx ħsieb f'dan l-istadju biex jiġu stallati floodlights.